EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018D1876

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1876 tad-29 ta' Novembru 2018 dwar l-approvazzjoni tat-teknoloġija użata fl-alternaturi effiċjenti ta' 12-il Volt għall-użu fil-vetturi kummerċjali ħfief li jaħdmu b'magni tal-kombustjoni konvenzjonali bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-vetturi kummerċjali ħfief skont ir-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)

C/2018/7741

ĠU L 306, 30.11.2018, p. 53–60 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2020; Imħassar b' 32020D1806

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2018/1876/oj

30.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 306/53


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1876

tad-29 ta' Novembru 2018

dwar l-approvazzjoni tat-teknoloġija użata fl-alternaturi effiċjenti ta' 12-il Volt għall-użu fil-vetturi kummerċjali ħfief li jaħdmu b'magni tal-kombustjoni konvenzjonali bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-vetturi kummerċjali ħfief skont ir-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2011 li jistabbilixxi standards ta' rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda bħala parti mill-approċċ integrat tal-Unjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi ħfief (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 12(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-22 ta' Diċembru 2017, il-fornitur Mitsubishi Electric Corporation (MELCO), li huwa rrappreżentat mill-kumpanija MELCO Electric Automotive Europe B.V. fl-Unjoni, ressaq applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-alternatur MELCO GXi għall-vetturi tal-kategorija N1 bħala ekoinnovazzjoni. L-applikazzjoni ġiet ivvalutata skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 u skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 427/2014 (2).

(2)

L-informazzjoni li ntbagħtet fl-applikazzjoni turi li ntlaħqu l-kundizzjonijiet u l-kriterji msemmijin fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 u fl-Artikoli 2 u 4 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 427/2014. B'hekk jenħtieġ li l-alternatur MELCO GXi applikat għall-vetturi tal-kategorija N1 jiġi approvat bħala ekoinnovazzjoni.

(3)

Permezz tad-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni 2013/341/UE (3), 2014/465/UE (4), (UE) 2015/158 (5), (UE) 2015/295 (6), (UE) 2015/2280 (7) u (UE) 2016/588 (8), il-Kummissjoni approvat sitt applikazzjonijiet b'rabta ma' teknoloġiji li jikkontribwixxu biex itejbu l-effiċjenza tal-alternaturi għall-vetturi tat-tip M1. Abbażi tal-esperjenza li nkisbet mill-valutazzjoni ta' dawk l-applikazzjonijiet, kif ukoll tal-informazzjoni mogħtija fl-applikazzjoni tal-kumpanija MELCO Electric Automotive Europe B.V. li wasslet għal din id-Deċiżjoni, intwera b'mod konklużiv u sodisfaċenti li l-alternatur MELCO GXi għall-vetturi tal-kategorija N1, li huwa alternatur ta' 12-il Volt (12 V) b'effiċjenza minima li tvarja bejn 73,4 % u 74,2 % skont is-sistema tal-motopropulsjoni, jissodisfa l-kriterji tal-eliġibbiltà msemmijin fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 u fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 427/2014, u jnaqqas l-emissjonijiet tas-CO2 b'mill-inqas gramma ta' CO2 għal kull km meta mqabbel ma' alternatur ta' referenza b'effiċjenza ta' 67 %.

(4)

Għalhekk huwa xieraq li l-manifatturi jingħataw il-possibbiltà japplikaw għand awtorità tal-approvazzjoni skont it-tifsira tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar tas-CO2 mill-vetturi li jkunu mgħammra b'alternaturi effiċjenti ta' 12-il Volt li jkunu jissodisfaw dawk il-kundizzjonijiet. Sabiex ikun żgurat li ċ-ċertifikazzjoni tingħata biss għall-iffrankar tas-CO2 mill-vetturi li jkunu mgħammra b'alternaturi li jkunu jħarsu dawk il-kundizzjonijiet, jenħtieġ li, flimkien mal-applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni, il-manifatturi jkunu obbligati jibagħtu rapport ta' verifika lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip li jkun maħruġ minn korp indipendenti ta' verifika u li jkun jikkonferma din il-konformità.

(5)

Jekk l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tqis li l-alternatur ta' 12-il Volt ma jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti f'din id-Deċiżjoni, jenħtieġ li l-applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar tiġi miċħuda.

(6)

Huwa xieraq li tiġi approvata l-metodoloġija tal-ittestjar biex jiġi stabbilit l-iffrankar tas-CO2 mill-alternaturi effiċjenti ta' 12-il Volt.

(7)

Sabiex jiġi stabbilit l-iffrankar tas-CO2 minn vettura li tkun mgħammra b'alternatur effiċjenti ta' 12-il Volt, jeħtieġ li tiġi stabbilita t-teknoloġija ta' referenza li magħha jenħtieġ li jsir tqabbil biex tiġi vvalutata l-effiċjenza tal-alternatur. Abbażi tal-esperjenza miksuba, huwa xieraq li alternatur ta' 12-il Volt b'effiċjenza ta' 67 % jitqies bħala t-teknoloġija ta' referenza adattata.

(8)

L-iffrankar tas-CO2 minn vettura li tkun mgħammra b'alternatur effiċjenti ta' 12-il Volt jista' jintwera parzjalment permezz tat-test imsemmi fl-Anness XII tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 (10). Għalhekk jeħtieġ li jiġi żgurat li din il-kopertura parzjali titqies fil-metodoloġija tal-ittestjar għall-iffrankar tas-CO2 mill-vetturi li jkunu mgħammra b'alternaturi effiċjenti ta' 12-il Volt.

(9)

Sabiex ikun iffaċilitat użu usa' tal-alternaturi effiċjenti ta' 12-il Volt fil-vetturi l-ġodda, jenħtieġ li manifattur ikollu wkoll il-possibbiltà li japplika għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar tas-CO2 minn vetturi li jkunu mgħammra b'diversi alternaturi effiċjenti ta' 12-il Volt permezz ta' applikazzjoni waħda għaċ-ċertifikazzjoni. Madankollu, huwa xieraq li jiġi żgurat li meta tintuża din il-possibbiltà jiġi applikat mekkaniżmu li jinċentiva biss l-użu ta' dawk l-alternaturi li joffru l-ogħla effiċjenza.

(10)

Bil-għan li jiġi stabbilit il-kodiċi ġenerali tal-ekoinnovazzjoni li jrid jintuża fid-dokumenti rilevanti tal-approvazzjoni tat-tip skont l-Annessi I, VIII u IX tad-Direttiva 2007/46/KE, jenħtieġ li jiġi speċifikat il-kodiċi individwali li jrid jintuża għat-teknoloġija innovattiva,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Approvazzjoni

It-teknoloġija użata fl-alternatur MELCO GXi għall-vetturi tal-kategorija N1 hija approvata bħala teknoloġija innovattiva skont it-tifsira tal-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 510/2011.

Artikolu 2

Applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar tas-CO2

1.   Manifattur jista' japplika għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar tas-CO2 minn alternatur effiċjenti ta' 12-il Volt (V) wieħed jew aktar maħsubin għall-użu f'vetturi tal-kategorija N1, dejjem jekk kull alternatur ikun komponent li jintuża biss għall-iċċarġjar tal-batterija tal-vettura u għat-tħaddim tas-sistema elettrika tal-vettura meta l-magna tal-kombustjoni tagħha tkun qed taħdem, u jekk dan ikun jikkonforma ma' kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

meta l-massa tal-alternatur effiċjenti ta' 12-il Volt ma tkunx taqbeż il-massa tal-alternatur ta' referenza ta' 7 kg, l-effiċjenza tal-alternatur, stabbilita skont l-Anness, għandha tkun mill-inqas:

(i)

ta' 73,8 % għall-vetturi li jaħdmu bil-petrol;

(ii)

ta' 73,4 % għall-vetturi li jaħdmu bil-petrol bit-turbo;

(iii)

ta' 74,2 % għall-vetturi li jaħdmu bid-diżil;

(b)

meta l-massa tal-alternatur effiċjenti ta' 12-il Volt tkun taqbeż il-massa tal-alternatur ta' referenza ta' 7 kg, il-vettura li tkun mgħammra b'dan l-alternatur għandha tissodisfa l-limitu minimu ta' tnaqqis ta' gramma ta' CO2 għal kull km speċifikat fl-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 427/2014; dak it-tnaqqis għandu jiġi stabbilit billi titqies il-massa żejda skont il-Formola 10 mogħtija fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni; il-massa żejda għandha tiġi vverifikata u kkonfermata fir-rapport ta' verifika li jrid jintbagħat lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip flimkien mal-applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni.

2.   Mal-applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar minn alternatur effiċjenti wieħed jew aktar għandu jintbagħat rapport indipendenti ta' verifika li jiċċertifika li l-alternatur jew l-alternaturi jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 u li jivverifika u jikkonferma l-massa tal-alternatur.

3.   L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tiċħad l-applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni jekk ikun jidhrilha li l-alternatur jew l-alternaturi ma jkunux jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1.

Artikolu 3

Ċertifikazzjoni tal-iffrankar tas-CO2

1.   It-tnaqqis fl-emissjonijiet tas-CO2 li jiġi mill-użu ta' alternatur effiċjenti msemmi fl-Artikolu 2(1) għandu jiġi stabbilit bl-użu tal-metodoloġija mogħtija fl-Anness.

2.   Meta manifattur japplika għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar tas-CO2 minn verżjoni ta' vettura li tkun mgħammra b'diversi alternaturi effiċjenti msemmijin fl-Artikolu 2(1), l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tistabbilixxi liema alternatur minn fost dawk ittestjati jkun iwassal għall-inqas iffrankar tas-CO2 u għandha tirreġistra l-iktar valur baxx miksub fid-dokumentazzjoni rilevanti tal-approvazzjoni tat-tip. Dak il-valur għandu jitniżżel fiċ-ċertifikat ta' konformità skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 427/2014.

Artikolu 4

Kodiċi tal-ekoinnovazzjoni

Il-kodiċi tal-ekoinnovazzjoni Nru 24 għandu jiddaħħal fid-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip meta ssir referenza għal din id-Deċiżjoni skont l-Artikolu 11(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 427/2014.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Novembru 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 145, 31.5.2011, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 427/2014 tal-25 ta' April 2014 li jistabbilixxi proċedura għall-approvazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni ta' teknoloġiji innovattivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi kummerċjali ħfief skont ir-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 125, 26.4.2014, p. 57).

(3)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/341/UE tas-27 ta' Ġunju 2013 dwar l-approvazzjoni tal-Alternatur ta' Ġenerazzjoni Effiċjenti Valeo bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tad-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 179, 29.6.2013, p. 98).

(4)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/465/UE tas-16 ta' Lulju 2014 dwar l-approvazzjoni tal-alternatur effiċjenti DENSO bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/341/UE (ĠU L 210, 17.7.2014, p. 17).

(5)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/158 tat-30 ta' Jannar 2015 dwar l-approvazzjoni ta' żewġ alternaturi ta' effiċjenza għolja Robert Bosch GmbH bħala t-teknoloġiji innovattivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 26, 31.1.2015, p. 31).

(6)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/295 tal-24 ta' Frar 2015 dwar l-approvazzjoni tal-alternatur effiċjenti MELCO GXi bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 53, 25.2.2015, p. 11).

(7)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2280 tas-7 ta' Diċembru 2015 dwar l-approvazzjoni tal-alternatur effiċjenti DENSO bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 322, 8.12.2015, p. 64).

(8)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/588 tal-14 ta' April 2016 dwar l-approvazzjoni tat-teknoloġija użata fl-alternaturi ta' effiċjenza għolja ta' 12 Volts bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 101, 16.4.2016, p. 25).

(9)  Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).

(10)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 tat-18 ta' Lulju 2008 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura (ĠU L 199, 28.7.2008, p. 1).


ANNESS

METODOLOĠIJA BIEX JIĠI STABBILIT L-IFFRANKAR TAS-CO2 MINN ALTERNATUR EFFIĊJENTI TA' 12-IL VOLT MAĦSUB GĦALL-UŻU FIL-VETTURI TAL-KATEGORIJA N1 LI JAĦDMU B'MAGNI TAL-KOMBUSTJONI KONVENZJONALI

1.   Daħla

Sabiex jiġi stabbilit l-iffrankar tas-CO2 li jista' jiġi attribwit għall-użu ta' alternatur effiċjenti f'vettura tal-kategorija N1, jeħtieġ li jiġu speċifikati l-affarijiet li ġejjin:

(1)

il-kundizzjonijiet tal-ittestjar;

(2)

it-tagħmir tat-testijiet;

(3)

id-determinazzjoni tal-effiċjenza tal-alternatur effiċjenti u tal-alternatur ta' referenza;

(4)

il-kalkolu tal-iffrankar tas-CO2;

(5)

il-kalkolu tal-livell tal-iżball statistiku.

Simboli, parametri u unitajiet

Simboli bil-Latin

Formula

l-iffrankar tas-CO2 [fi grammi ta' CO2 għal kull km]

CO2

id-diossidu tal-karbonju

CF

il-fattur ta' konverżjoni (l/100 km) — (g CO2/km) [gCO2/l] kif iddefinit fit-Tabella 3

h

il-frekwenza kif iddefinita fit-Tabella 1

I

l-intensità tal-kurrent li bih għandu jitwettaq il-kejl [f'A]

m

l-għadd ta' kejl għall-kampjun

M

it-torque [f'Nm]

n

il-frekwenza tar-rotazzjoni [f'min– 1] kif iddefinita fit-Tabella 1

P

il-potenza [f'W]

Formula

id-devjazzjoni standard tal-effiċjenza tal-alternatur ekoinnovattiv [f'perċentwali]

Formula

id-devjazzjoni standard tal-medja tal-effiċjenza tal-alternatur ekoinnovattiv [f'perċentwali]

Formula

id-devjazzjoni standard tal-għadd totali ta' CO2 iffrankat [fi grammi ta' CO2 għal kull km]

U

il-vultaġġ tat-test li fiha għandu jitwettaq il-kejl [f'V]

v

il-veloċità medja tas-sewqan taċ-Ċiklu tas-Sewqan Ewropew il-Ġdid (l-NEDC) [km/h]

VPe

il-konsum tal-potenza effettiva [l/kWh] kif iddefinit fit-Tabella 2

Formula

is-sensittività tal-iffrankar tas-CO2 ikkalkulat b'rabta mal-effiċjenza tal-alternatur ekoinnovattiv

Simboli Griegi

Δ

id-differenza

η

l-effiċjenza tal-alternatur ta' referenza [f'perċentwali]

ηEI

l-effiċjenza tal-alternatur effiċjenti [f'perċentwali]

Formula

l-effiċjenza medja tal-alternatur ekoinnovattiv fil-punt tat-tħaddim i [f'perċentwali]

Simboli miktubin taħt il-vers

L-indiċi (i) jirreferi għall-punt tat-tħaddim

L-indiċi (j) jirreferi għall-kejl tal-kampjun

EI

ekoinnovattiv

m

mekkanika

RW

il-kundizzjonijiet tal-ħajja reali

TA

il-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni tat-tip

B

ix-xenarju ta' referenza

2.   Kundizzjonijiet u tagħmir tat-test

Il-kundizzjonijiet tal-ittestjar għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti speċifikati fl-istandard tal-ISO 8854:2012 (1).

It-tagħmir tat-test għandu jkun skont l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fl-istandard tal-ISO 8854:2012.

3.   Kejl u determinazzjoni tal-effiċjenza

L-effiċjenza tal-alternatur effiċjenti għandha tiġi stabbilita skont l-istandard tal-ISO 8854:2012, ħlief għall-elementi speċifikati f'dan il-paragrafu.

Il-kejl għandu jsir f'diversi punti tat-tħaddim i, kif iddefinit fit-Tabella 1. L-intensità tal-kurrent tal-alternatur hija ddefinita bħala nofs il-kurrent nominali għall-punti kollha tat-tħaddim. Għal kull veloċità, il-vultaġġ u l-kurrent tal-output tal-alternatur għandhom jinżammu kostanti, u l-vultaġġ għandu jkun dejjem ta' 14.3 V.

Tabella 1

Punti ta' tħaddim

Il-punt ta' tħaddim

i

Il-ħin ta' żamma

[f'sekondi]

Il-frekwenza tar-rotazzjoni

ni [min– 1]

Il-frekwenza

hi

1

1 200

1 800

0,25

2

1 200

3 000

0,40

3

600

6 000

0,25

4

300

10 000

0,10

L-effiċjenza għandha tiġi kkalkulata skont il-Formola 1.

Formola 1

Formula

Il-kejl kollu tal-effiċjenza għandu jsir b'mod konsekuttiv għal mill-inqas ħames (5) darbiet. Għandu jiġi kkalkulat il-kejl medju f'kull punt tat-tħaddim (Formula).

L-effiċjenza tal-alternatur ekoinnovattiv għandha tiġi kkalkulata skont il-Formola 2 (ηEI).

Formola 2

Formula

L-alternatur effiċjenti jwassal biex tiġi ffrankata l-potenza mekkanika fil-kundizzjonijiet tal-ħajja reali (ΔPmRW) u fil-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni tat-tip (ΔPmTA) kif iddefinit fil-Formola 3.

Formola 3

Formula

fejn il-potenza mekkanika ffrankata bil-kundizzjonijiet tal-ħajja reali (ΔPmRW) tiġi kkalkulata skont il-Formola 4 u l-potenza mekkanika ffrankata bil-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni tat-tip (ΔPmTA) tiġi kkalkulata skont il-Formola 5.

Formola 4

Formula

Formola 5

Formula

fejn:

PRW : ir-rekwiżit tal-potenza bil-kundizzjonijiet “tal-ħajja reali” [f'W], jiġifieri 750 W;

PTA : ir-rekwiżit tal-potenza bil-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni tat-tip [f'W], jiġifieri 350 W;

ηB : l-effiċjenza tal-alternatur ta' referenza [f'perċentwali], jiġifieri 67 %.

4.   Kalkolu tal-iffrankar tas-CO2

L-iffrankar tas-CO2 tal-alternatur effiċjenti għandu jiġi kkalkulat billi tintuża l-formola li ġejja.

Formola 6

Formula

fejn:

v: il-veloċità medja tas-sewqan tal-NEDC [km/h], jiġifieri 33,58 km fis-siegħa;

VPe : il-konsum tal-potenza effettiva speċifikat fit-Tabella 2 li ġejja:

Tabella 2

Il-konsum tal-potenza effettiva

It-tip ta' magna

Il-konsum tal-potenza effettiva (VPe)

[l/kWh]

Magna petrol

0,264

Magna petrol bit-turbo

0,280

Magna diżil

0,220

CF: il-fattur speċifikat fit-Tabella 3 li ġejja:

Tabella 3

Il-fattur ta' konverżjoni tal-fjuwil

It-tip ta' fjuwil

Il-fattur ta' konverżjoni (l/100 km) — (g CO2/km) (CF)

[gCO2/l]

Petrol

2 330

Diżil

2 640

5.   Kalkolu tal-livell tal-iżball statistiku

Għandhom jiġu kkwantifikati l-iżbalji statistiċi fir-riżultati tal-metodoloġija tal-ittestjar ikkawżati mill-kejl. Id-devjazzjoni standard tiġi kkalkulata għal kull punt tat-tħaddim kif iddefinit mill-formola li ġejja:

Formola 7

Formula

Id-devjazzjoni standard tal-valur tal-effiċjenza tal-alternatur effiċjenti (Formula) tiġi kkalkulata skont il-Formola 8:

Formola 8

Formula

Id-devjazzjoni standard tal-effiċjenza tal-alternatur (Formula) twassal għal żball fl-iffrankar tas-CO2 (Formula). Dak l-iżball jiġi kkalkulat skont il-Formola 9:

Formola 9

Formula

Sinifikat statistiku

Għal kull tip, varjant u verżjoni ta' vettura mgħammra bl-alternatur effiċjenti jrid jintwera li l-iżball fl-iffrankar tas-CO2 ikkalkulat skont il-Formola 9 mhuwiex ikbar mid-differenza bejn l-għadd totali ta' CO2 iffrankat u l-limitu minimu ta' ffrankar speċifikat fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 427/2014 (ara l-Formola 10).

Formola 10

Formula

fejn:

MT: il-limitu minimu [fi grammi ta' CO2 għal kull km];

Formula : l-għadd totali ta' CO2 iffrankat [fi grammi ta' CO2 għal kull km];

Formula : id-devjazzjoni standard tal-għadd totali ta' CO2 iffrankat [fi grammi ta' CO2 għal kull km];

Formula : il-koeffiċjent ta' korrezzjoni tas-CO2 minħabba d-differenza pożittiva bejn il-massa tal-alternatur effiċjenti u dik tal-alternatur ta' referenza. Formula jiġi kkalkulat skont it-Tabella 4:

Tabella 4

Il-koeffiċjent ta' korrezzjoni tas-CO2 minħabba l-massa żejda

Petrol (

Formula

) [fi g CO2/km kg]

0,0277 · Δm

Diżil (

Formula

) [fi g CO2/km kg]

0,0383 · Δm

Fit-Tabella 4, is-simbolu Δm jirreferi għall-massa ż-żejda li hemm minħabba l-installazzjoni tal-alternatur effiċjenti. Din hija d-differenza pożittiva bejn il-massa tal-alternatur effiċjenti u dik tal-alternatur ta' referenza. Il-massa tal-alternatur ta' referenza hija ta' 7 kg. Il-manifattur irid jgħaddi dokumentazzjoni vverifikata lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip dwar l-evalwazzjoni tal-massa ż-żejda.

Rapport tat-test u tal-evalwazzjoni

Ir-rapport għandu jinkludi:

il-mudell u l-massa tal-alternaturi ttestjati;

deskrizzjoni tal-bank tat-test;

ir-riżultati tat-testijiet (il-valuri mkejla);

ir-riżultati kkalkulati u l-formoli korrispondenti.

L-alternatur effiċjenti li għandu jiġi installat fil-vetturi

L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tiċċertifika l-iffrankar tas-CO2 abbażi tal-kejl relatat mal-alternatur effiċjenti u mal-alternatur ta' referenza billi tuża l-metodoloġija tal-ittestjar stabbilita f'dan l-Anness. F'każ li jiġu ffrankati inqas emissjonijiet tas-CO2 mil-limitu speċifikat fl-Artikolu 9(1), japplika t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 427/2014.


(1)  L-istandard tal-ISO 8854:2012 Vetturi tat-triq – Alternaturi bir-regolaturi – Metodi ta' ttestjar u rekwiżiti ġenerali

Numru ta' referenza ISO 8854:2012, ippubblikat fl-1 ta' Ġunju 2012.


Top