Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R0778

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/778 tal-4 ta' Mejju 2017 li jemenda għall-267 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida

    C/2017/3124

    ĠU L 116, 5.5.2017, p. 26–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2017/778/oj

    5.5.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 116/26


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/778

    tal-4 ta' Mejju 2017

    li jemenda għall-267 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(5) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

    (2)

    Fit-28 ta' April 2017 u l-1 ta' Mejju 2017, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jneħħi tliet persuni fiżiċi mil-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi. Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jiġi emendat skont dan,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Mejju 2017.

    Għall-Kummissjoni,

    F'isem il-President,

    Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija


    (1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


    ANNESS

    Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, l-entrati li ġejjin taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” jitħassru:

     

    “Fritz Martin Gelowicz (alias Robert Konars, (b) Markus Gebert, (c) Malik, (d) Benzl, (e) Bentley). Indirizz: Böfinger Weg 20, 89075 Ulm, il-Ġermanja (l-indirizz ta' qabel). Data tat-twelid: (a) 1.9.1979, (b) 10.4.1979. Post tat-twelid: (a) Munich, il-Ġermanja; (b) Liège, il-Belġju. Nazzjonalità: Ġermaniża. Numru tal-passaport: 7020069907 (passaport Ġermaniż maħruġ f'Ulm, il-Ġermanja, li skada fil-11 ta' Mejju 2010). In-numru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 7020783883 (Karta tal-Identità Federali tal-Ġermanja, maħruġa f'Ulm, il-Ġermanja, skadiet fl-10.6.2008). Informazzjoni oħra: Assoċjat mal-Islamic Jihad Union (IJU — Unjoni tal-Ġiħad Islamiku), magħrufa wkoll bħala l-Islamic Jihad Group (il-Grupp tal-Ġiħad Islamiku); (b) Assoċjat ma' Daniel Martin Schneider u Adem Yilmaz; (c) Detenut fil-Ġermanja sa minn Ġunju 2010. Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 27.10.2008.”

     

    “Ata Abdoulaziz Rashid (alias (a) Ata Abdoul Aziz Barzingy, (b) Abdoulaziz Ata Rashid). Data tat-twelid: 1.12.1973. Post tat-twelid: Sulaymaniya, l-Iraq. Nazzjonalità: Iraqina. Indirizz: il-Ġermanja. Numru tal-identifikazzjoni nazzjonali: karta tar-razzjonijiet 6110922. Informazzjoni oħra: Isem l-omm: Khadija Majid Mohammed. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 6.12.2005.”

     

    “Dieman Abdulkadir Izzat (alias Deiman Alhasenben Ali Aljabbari). Indirizz: il-Bavarja, il-Ġermanja. Data tat-twelid: 4.7.1965. Post tat-twelid: Kirkuk, l-Iraq. Nazzjonalità: Iraqina. Numru tal-passaport: Dokument tal-ivvjaġġar Ġermaniż (“Reiseausweis”) A 0141062 (irrevokat f'Settembru 2012). Data ta' deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 6.12.2005.”


    Top