EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016R0561

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/561 tal-11 ta' April 2016 li jemenda l-Anness IV tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 577/2013 fejn jikkonċerna l-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għall-klieb, għall-qtates u għall-inmsa li jiddaħħlu fi Stat Membru minn territorju jew minn pajjiż terz għal skopijiet mhux kummerċjali (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

C/2016/2008

ĠU L 96, 12.4.2016, p. 26–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2016/561/oj

12.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 96/26


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/561

tal-11 ta' April 2016

li jemenda l-Anness IV tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 577/2013 fejn jikkonċerna l-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għall-klieb, għall-qtates u għall-inmsa li jiddaħħlu fi Stat Membru minn territorju jew minn pajjiż terz għal skopijiet mhux kummerċjali

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar il-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 25(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 576/2013 jistipula li l-klieb, il-qtates u l-inmsa mdaħħla fi Stat Membru minn territorju jew minn pajjiż terz għal skopijiet mhux kummerċjali għandhom ikunu akkumpanjati minn dokument tal-identifikazzjoni fil-format ta' ċertifikat tas-saħħa tal-annimali. Il-Parti 1 tal-Anness IV tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 577/2013 (2) jistabbilixxi l-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali.

(2)

Fil-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali hemm referenza għar-riżultat tajjeb li jrid jinkiseb mit-test meħtieġ għar-reazzjoni ta' immunità għat-tilqim kontra l-marda tar-rabja li jrid isir skont l-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 576/2013 fuq kampjuni tad-demm li jittieħdu mill-klieb, mill-qtates u mill-inmsa li jkunu ġejjin minn territorju jew pajjiż terz mhux elenkat fl-Anness II tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 577/2013 jew li jkunu skedati li jgħaddu minn hemm.

(3)

Wara l-ħafna falsifikazzjonijiet ta' rapporti tal-laboratorju fuq ir-riżultati tat-test tat-titrazzjoni ta' antikorpi tar-rabja, jixraq li wieħed ifakkar lill-uffiċjali li jagħtu ċ-ċertifikati fit-territorji jew fil-pajjiżi terzi li r-riżultati tajbin ta' dak it-test ma għandhomx jiġu ċċertifikati sakemm ma tkunx ġiet ivverifikata l-awtentiċità tar-rapport tal-laboratorju. Għandu jkun hemm nota ta' gwida speċifika li tgħid dan fiċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali.

(4)

Barra minn hekk, in-nota dwar id-data ta' meta sar l-immarkar tal-klieb, tal-qtates u tal-inmsa fil-Parti I taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali ġiet interpretata ħażin minn xi uffiċjali li jiċċertifikaw fil-pajjiżi terzi, u b'hekk kien hemm il-problemi waqt il-kontrolli tal-konformità fil-fruntieri esterni tal-Unjoni. Biex jiġi evitat kull ftehim ħażin, dik in-nota għandha titħassar mill-Parti I taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali fejn jiġu deskritti l-annimali, u għandha tiddaħħal fil-Parti II taċ-ċertifikat, li tikkonċerna ċ-ċertifikazzjoni tal-annimali. Fil-Parti II għandha tiddaħħal ukoll nota speċifika ta' gwida dwar il-verifikazzjoni tal-marka.

(5)

Għalhekk, l-Anness IV tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 577/2013 għandu jiġi emendat skont dan.

(6)

Biex ma jkunx hemm tfixkil tal-movimenti, għandu jiġi awtorizzat l-użu taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali li jkunu nħarġu skont il-Parti 1 tal-Anness IV tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 577/2013 qabel id-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament waqt perjodu ta' tranżizzjoni.

(7)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 577/2013 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Għal perjodu tranżitorju sal-31 ta' Diċembru 2016, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw id-dħul ta' klieb, qtates u inmsa minn territorju jew minn pajjiż terz għal skopijiet mhux kummerċjali u akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa tal-annimali li jkun inħareġ sa mhux aktar tard mill-31 ta' Awwissu 2016 skont il-mudell stabbilit fil-Parti 1 tal-Anness IV tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 577/2013 fil-verżjoni ta' qabel ma saru l-emendi minn dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa japplika mill-1 ta' Settembru 2016.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' April 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 178, 28.6.2013, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 577/2013 tat-28 ta' Ġunju 2013 dwar id-dokumenti tal-identifikazzjoni tal-mudell għall-moviment mhux kummerċjali ta' klieb, qtates u inmsa, l-istabbiliment ta' listi ta' territorji u pajjiżi terzi u l-format, it-tqassim u r- rekwiżiti lingwistiċi tad-dikjarazzjonijiet li jiċċertifikaw il-konformità ma' ċerti kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 178, 28.6.2013, p. 109).


ANNESS

Il-Parti I tal-Anness IV tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 577/2013 tinbidel b'dan li ġej:

“PARTI I

Image

Test ta 'immaġni

Mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għall-moviment mhux kummerċjali lejn Stat membru minn territorju jew minn pajjiż terz, ta’ klieb, qtates u inmsa skont l-Artikolu 5(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 576/2013

PAJJIŻ:

Ċertifikat veterinarju għall-UE

Parti I: Dettalji tal-konsenja mibgħuta

I.1. Speditur

Isem

Indirizz

Tel.

I.2. Numru ta’ referenza taċ-ċertifikat

I.2.a.

I.3. Awtorità kompetenti ċentrali

I.4. Awtorità kompetenti lokali

I.5. Destinatarju

Isem

Indirizz

Kodiċi Postali

Tel.

I.6. Persuna responsabbli għall-konsenja fl-UE

I.7. Pajjiż tal-oriġini

Kodiċi tal-ISO

I.8. Ir-reġjun tal-oriġini

Kodiċi

I.9. Il-pajjiż tad-destinaz-zjoni

Kodiċi tal-ISO

I.10 Ir-reġjun tad-destinaz-zjoni

Il-kodiċi

I.11. Il-post tal-oriġini

I.12. Il-post tad-destinazzjoni

I.13. Il-post tat-tagħbija

I.14. Id-data tat-tluq

I.15. Il-mezz tat-trasport

I.16. BIP tad-dħul fl-UE

I.17. Nru/nri tas-CITES

I.18. Deskrizzjoni tal-oġġett

I.19. Il-kodiċi tal-merkanzija (kodiċi SA)

010619

I.20. Kwantità

I.21. Temperatura tal-prodotti

I.22. L-għadd totali ta’ pakketti

I.23. In-Numru tas-Siġill/tal-Kontenitur

I.24. It-tip tal-pakkett

Image

Test ta 'immaġni

I.25. Merkanzija ċċertifikata għal:

Annimali domestiċi

I.26. Għat-tranżitu f’pajjiż terz

I.27. Għall-importazzjoni jew għad-dħul fl-UE

I.28. Identifikazzjoni tal-merkanzija

Speċi

(Isem xjentifiku)

Sess

Kulur

Razza

Numru ta’ identifikazzjoni

[jj/xx/ssss]

Sistema ta’ identifikazzjoni

Data tat-twelid

Image

Test ta 'immaġni

PAJJIŻ

Moviment mhux kummerċjali lejn Stat Membru minn territorju jew minn pajjiż terz ta’ klieb, qtates jew inmsa skont l-Artikolu 5(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 576/2013

II. Tagħrif dwar is-saħħa

II.a. Numru ta’ referenza taċ-ċertifikat

II.b.

Jiena s-sottoskritt, veterinarju uffiċjali (1)/veterinarju awtorizzat mill-awtorità kompetenti (1) ta’ (daħħal l-isem tat-territorju jew tal-pajjiz terz) niċċertifika li:

L-għan/in-natura tal-vjaġġ attestat mis-sid

II.1. id-dikjarazzjoni mehmuża (2) mis-sid jew mill-persuna fiżika li għandha l-awtoriz-zazzjoni bil-miktub mingħand is-sid biex twettaq il-moviment mhux kummerċjali tal-annimali f’isem is-sid, sostnuta bl-evidenza (3), tiddikjara li l-annimali deskritti fil-Kaxxa I.28 se jakkumpanjaw lis-sid jew lill-persuna fiżika li għandha l-awtorizzazzjoni bil-miktub biex twettaq il-moviment mhux kummerċjali tal-annimali f’isem is-sid fi żmien mhux aktar minn ħamest ijiem tal-moviment tagħha u mhumiex suġġetti għal moviment bi skop ta’ bejgħ jew tat-trasferiment tas-sjieda tagħhom, u matul il-moviment mhux kummerċjali se jibqgħu fir-responsabbiltà ta’

(1) jew [is-sid;]

(1) jew [il-persuna fiżika li għandha awtorizzazzjoni bil-miktub mingħand is-sid biex twettaq il-moviment mhux kummerċjali tal-annimali f’isem is-sid;]

(1) jew [il-persuna fiżika maħtura minn trasportatur ikkuntrattat mis-sid biex iwettaq moviment mhux kummerċjali tal-annimali f’isem is-sid;]

(1) jew [II.2. l-għadd ta’ annimali deskritti fil-Kaxxa I.28 li qegħdin jiġu ttrasportati hu ta’ ħamsa jew inqas;]

(1) jew [II.2. l-għadd ta’ annimali deskritti fil-Kaxxa I.28 li qegħdin jiġu ttrasportati huwa ta’ aktar minn ħamsa, għandhom aktar minn sitt xhur u se jipparteċipaw f’kompetizzjonijiet, f’wirjiet jew f’avvenimenti sportivi jew fit-taħriġ għal dawk l-avvenimenti, u s-sid jew il-persuna fiżika msemmija fil-punt II.1 tat prova (3) li l-annimali huma rreġistrati

(1) jew [biex jattendu dan l-avveniment;]

(1) jew [ma’ assoċjazzjoni li torganizza dawn l-avvenimenti;]

Attestazzjoni ta’ tilqim kontra r-rabja u għat-test tat-titrazzjoni tal-antikorpi tar-rabja

(1) jew [II.3. l-annimali deskritti fil-Kaxxa I.28 għandhom inqas minn 12-il ġimgħa u għadhom ma ħadux tilqima kontra r-rabja, jew għandhom bejn 12 u 16-il ġimgħa u ħaduha t-tilqima kontra r-rabja, iżda għadhom ma għaddewx il-21 jum mindu ntemm it-tilqim primarju kontra r-rabja mwettaq skont ir-rekwiżiti tal-validità stipulati fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 576/2013 (4), u

II.3.1 t-territorju jew il-pajjiż terz minn fejn ikunu ġejjin l-annimali indikat fil-Kaxxa I.1 huwa elenkat fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 577/2013 u l-Istat Membru tad-destinazzjoni indikat fil-Kaxxa I.5 informa lill-pubbliku li huwa jawtorizza l-moviment ta’ dawn l-annimali fit-territorju tiegħu, u li magħhom għandhom

(1) jew [II.3.2 id-dikjarazzjoni tas-sid, jew tal-persuna fiżika msemmija fil-punt II.1 mehmuża (5), li tiddikjara li mit-twelid sal-mument tal-moviment mhux kummerċjali, l-annimali ma kellhom l-ebda kuntatt ma’ annimali slavaġ ta’ speċijiet suxxettibbli għar-rabja;]

(1) jew [II.3.2 lil ommhom, li għadhom jiddependu minnha, u jista’ jiġi stabbilit li din tal-aħħar kienet tlaqqmet kontra r-rabja qabel twieldu u li t-tilqima kienet tikkonforma mar-rekwiżiti tal-validità stipulati fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 576/2013;]

Parti II: Ċertifikazzjoni

Image

Test ta 'immaġni

VALSTS

Suņu, kaķu vai mājas sesku nekomerciāla pārvietošana no teritorijas vai trešās valsts uz dalībvalsti saskaņā ar Regulas (ES) Nr. 576/2013 5. panta 1. un 2. punktu

II. Informācija par veselību

II.a. Sertifikāta atsauces Nr.

II.b.

(1) vai/un [II.3. I.28. ailē minētie dzīvnieki bija vismaz 12 nedēļas veci vakcinācijas laikā pret trakumsērgu, un ir pagājusi vismaz 21 diena pēc pirmās vakcinācijas pret trakum-sērgu (4), kas veikta saskaņā ar Regulas (ES) Nr. 576/2013 III pielikumā noteiktajām derīguma prasībām, un vajadzīgās revakcinācijas ir veiktas iepriekšējās vakcinā- cijas (6) derīguma termiņā; kā arī

(1) vai nu [II.3.1. I.28. ailē minētie dzīvnieki tiek ievesti no Īstenošanas regulas (ES) Nr. 577/2013 II pielikumā minētas teritorijas vai trešās valsts vai nu tieši, vai caur Īstenošanas regulas (ES) Nr. 577/2013 II pielikumā minētu teritoriju vai trešo valsti, vai arī caur teritoriju vai trešo valsti, kas nav minēta Īstenošanas regulas (ES) Nr. 577/2013 II pielikumā, saskaņā ar Regulas (ES) Nr. 576/2013 (7) 12. panta 1. punkta c) apakšpunktu, un turpmāk sniegtajā tabulā ir norādīta informācija par pašreizējo vakcināciju pret trakumsērgu;]

(1) vai [II.3.1. I.28. ailē minētos dzīvniekus ieved no teritorijas vai trešās valsts, vai tos paredzēts pārvietot tranzītā caur teritoriju vai trešo valsti, kas nav minēta Īstenošanas regulas (ES) Nr. 577/2013 II pielikumā, un trakumsērgas antivielu titrēšanas testā (8) no asins parauga, ko kompetentās iestādes pilnvarots veterinārārsts noņēmis ne ātrāk kā 30 dienas pēc iepriekšējās vakcinācijas datuma, kas norādīts turpmākajā tabulā, un vismaz trīs mēnešus pirms šā sertifikāta izdošanas dienas, apstiprināts, ka antivielu titrs ir 0,5 SV/ml (9) vai lielāks, un vajadzīgās revakcinācijas ir veiktas iepriekšējās vakcinācijas (6) derīguma termiņā, un informācija par pašreizējo vakcināciju pret trakumsērgu un paraugu ņemšanas datums imūnreakcijas testēšanai ir turpmāk sniegtajā tabulā.

Dzīvnieka transpondera vai tetovējuma burtciparu kods

Implantācijas un/vai nolasīšanas datums (10)

[dd/mm/gggg]

Vakcinācijas datums

[dd/mm/gggg]

Vakcīnas nosaukums un ražotājs

Partijas numurs

Vakcinācijas derīgums

Asins parauga noņemšanas datums

[dd/mm/gggg]

No

[dd/mm/gggg]

līdz

[dd/mm/gggg]

]]

Image

Test ta 'immaġni

PAJJIŻ

Moviment mhux kummerċjali lejn Stat Membru minn territorju jew minn pajjiż terz ta’ klieb, qtates jew inmsa skont l-Artikolu 5(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 576/2013

II. Tagħrif dwar is-saħħa

II.a. Numru ta’ referenza taċ-ċertifikat

II.b.

Attestazzjoni tat-trattament kontra l-parassiti

(1) jew [II.4 il-klieb deskritti fil-Kaxxa I.28 huma ddestinati għal Stat Membru elenkat fl-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1152/2011 u ngħataw trattament kontra l-Echinococcus multilocularis, u d-dettalji tat-trattament li twettaq mill-veterinarju li amministrah skont l-Artikolu 7 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1152/2011 (11) (12) (13) jidhru fit-tabella hawn taħt].

(1) jew [II.4 il-klieb deskritti fil-Kaxxa I.28 ma ngħatawx trattament kontra l-Echinococcus multilocularis (11).]

Numru tat-transponder jew tat-tatwaġġ tal-kelb

Trattament kontra l-echinococcus

Il-veterinarju li amministrah

L-isem u l-manifattur tal-prodott

Id-data [jj/xx/ssss] u l-ħin tat-trattament [00:00]

Isem b’ittri kapitali, timbru u firma

]]

Noti

(a) Dan iċ-ċertifikat huwa maħsub għall-klieb (Canis lupus familiaris), għall-qtates (Felis silvestris catus) u għall-inmsa (Mustela putorius furo).

(b) Dan iċ-ċertifikat huwa validu għal 10 ijiem mid-data tal-ħruġ mill-veterinarju uffiċjali sad-data tal- kontrolli tad-dokumenti u tal-identità fil-punt tad-dħul magħżul tal-vjaġġaturi fl-Unjoni (disponibbli fuq http://ec.europa.eu/food/animal/liveanimals/pets/pointsentry_en.htm).

Fil-każ ta’ trasport bil-baħar, il-perjodu ta’ 10 ijiem, huwa estiż b’perjodu addizzjonali li jikkorrispondi għal kemm idum il-vjaġġ bil-baħar.

Għall-fini ta’ moviment ulterjuri lejn Stati Membri oħra, dan iċ-ċertifikat huwa validu mid-data tal-kontrolli dokumentarji u ta’ identità għal total ta’ erba’ xhur jew sad-data tal-iskadenza tal-validità tat-tilqima kontra r-rabja jew sakemm il-kundizzjonijiet relatati mal-annimali li għandhom anqas minn 16-il ġimgħa msemmija fil-punt II.3 ma jibqgħux japplikaw, skont liema data sseħħ l-ewwel. Jekk jogħġbok innota li ċerti Stati Membri infurmaw li l-moviment fit-territorju tagħhom ta’ annimali li għandhom anqas minn 16-il ġimgħa msemmija fil-punt II.3 mhuwiex awtorizzat. Jekk tixtieq aktar tagħrif mur http://ec.europa.eu/food/animal/liveanimals/pets/index_en.htm

Parti I:

Kaxxa I.5: Destinatarju: indika l-Istat Membru tal-ewwel destinazzjoni.

Kaxxa I.28: Is-sistema ta’ identifikazzjoni: agħżel minn dan li ġej: transponder jew tatwaġġ

Numru ta’ identifikazzjoni: indika l-kodiċi alfanumeriku tat-transponder jew tat-tatwaġġ

Data tat-twelid/razza: kif iddikjarat mis-sid.

Image

Test ta 'immaġni

PAJJIŻ

Moviment mhux kummerċjali lejn Stat Membru minn territorju jew minn pajjiż terz ta’ klieb, qtates jew inmsa skont l-Artikolu 5(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 576/2013

II. Tagħrif dwar is-saħħa

II.a. Numru ta’ referenza taċ-ċertifikat

II.b.

Parti II:

(1) Żomm skont ir-rilevanza.

(2) Id-dikjarazzjoni msemmija fil-punt II.1 għandha tinhemeż maċ-ċertifikat u tikkonforma mal-mudell u mar-rekwiżiti addizzjonali stabbiliti fil-Parti 3 tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 577/2013.

(3) L-evidenza msemmija fil-punt II.1 (pereżempju l-biljett tal-imbarkazzjoni, il-biljett tat-titjira) u fil-punt II.2 (pereżempju l-biljett għall-entratura għall-avveniment, il-prova ta’ sħubija) meta tintalab għandha tingħata lill-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-kontrolli msemmija fil-punt (b) tan-Noti.

(4) Kull tilqim mill-ġdid għandu jitqies bħala tilqim primarju jekk ma jkunx ingħata waqt il-perjodu ta’ validità tat-tilqim preċedenti.

(5) Id-dikjarazzjoni msemmija fil-punt II.3.2 li għandha tinhemeż maċ-ċertifikat tikkonforma mal-format, mat-tqassim u mar-rekwiżiti lingwistiċi stabbiliti fil-Partijiet 1 u 3 tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 577/2013.

(6) Maċ-ċertfikat għandha tinhemeż kopja ċertifikata tad-dettalji tat-tilqim u tal-identifikazzjoni tal-annimali kkonċernati.

(7) It-tielet għażla hija suġġetta għall-kundizzjoni li s-sid jew il-persuna fiżika msemmija fil-punt II.1 tipprovdi, fuq talba mill-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-kontrolli msemmija fil-punt (b), dikjarazzjoni li tistqarr li l-annimali ma kellhom l-ebda kuntatt ma’ annimali ta’ speċijiet suxxettibbli għar-rabja, u qegħdin jinżammu b’mod sikur fil-mezz tat-trasport jew fil-perimetru ta’ ajruport internazzjonali waqt it-tranżitu minn ġo territorju jew pajjiż terz li mhumiex elenkati fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 577/2013. Din id-dikjarazzjoni għandha tikkonforma mal-format, mat-tqassim u mar-rekwiżiti lingwistiċi stipulati fil-Partijiet 2 u 3 tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 577/2013.

(8) It-test tat-titrazzjoni tal-antikorpi tar-rabja msemmi fil-punt II.3.1:

— irid isir fuq kampjun miġbur minn veterinarju awtorizzat mill-awtorità kompetenti, tal-inqas 30 jum mid-data tat-tilqima u tliet xhur qabel id-data tal-importazzjoni;

— irid ikollu livell ta’ antikorpi li jinnewtralizzaw il-vajrus tar-rabja fis-serum ekwivalenti għal 0,5 IU/ml jew aktar;

— irid isir minn laboratorju approvat skont l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal- Kunsill 2000/258/KE (il-lista ta’ laboratorji approvati hija disponibbli fuq http://ec.europa.eu/food/animal/liveanimals/pets/approval_en.htm);

— ma hemmx għalfejn jerġa’ jsir fuq annimal li, wara li jkun sarlu t-test u ħarġu riżultati tajbin, ikun tlaqqam mill-ġdid kontra r-rabja waqt il-perjodu ta’ validità tat-tilqima preċedenti.

Maċ-ċertifikat għandha tinhemeż kopja ċċertifikata tar-rapport uffiċjali tal-laboratorju approvat dwar ir-riżultati tat-test tal-antikorpi tar-rabja msemmi fil-punt II.3.1.

(9) Meta jiċċertifika dan ir-riżultat, il-veterinarju uffiċjali jkun qed jikkonferma li vverifika, bl-aħjar mod li seta’, u fejn meħtieġ billi għamel kuntatt mal-laboratorju indikat fir-rapport, l-awtentiċità tar-rapport tal-laboratorju dwar ir-riżultati tat-test ta’ titrazzjoni tal-antikorpi msemmi fil-punt II.3.1.

(10) B’rabta man-nota f’qiegħ il-paġna (6), qabel ma jibda jimtela dan iċ-ċertifikat, jew jingħata ebda tilqim, jew, fejn hemm bżonn, isir xi ttestjar tal-annimali kkonċernati, irid jiġi vverifikat li l-annimali kienu mmarkati qabel it-3 ta’ Lulju 2011, permezz tal-impjant ta’ transponder jew permezz ta’ tatwaġġ li jista’ jinqara faċilment.

Image Test ta 'immaġni

Top