Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016R0068

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/68 tal-21 ta' Jannar 2016 dwar il-proċeduri u l-ispeċifikazzjonijiet komuni meħtieġa għall-interkonnessjoni tar-reġistri elettroniċi tal-kards tas-sewwieqa

ĠU L 15, 22.1.2016, p. 51–68 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 02/03/2018

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2016/68/oj

22.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 15/51


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/68

tal-21 ta' Jannar 2016

dwar il-proċeduri u l-ispeċifikazzjonijiet komuni meħtieġa għall-interkonnessjoni tar-reġistri elettroniċi tal-kards tas-sewwieqa

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Frar 2014 dwar takografi fit-trasport bit-triq (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 31(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 165/2014 jistipula l-obbligu tal-Istati Membri li jiskambjaw id-dejta b'mod elettroniku sabiex jiżguraw l-uniċità tal-kards tas-sewwieqa maħruġa.

(2)

Sabiex jiġi ffaċilitat l-iskambju tad-dejta elettronika dwar il-kards tas-sewwieqa mill-Istati Membri, il-Kummissjoni waqqfet is-sistema ta' messaġġi TACHOnet, li tippermetti lill-Istati Membri li jitolbu l-informazzjoni mingħand l-Istati Membri l-oħrajn dwar il-ħruġ tal-kards tas-sewwieqa, kif ukoll dwar l-istatus tagħhom.

(3)

Skont ir-Regolament (UE) Nru 165/2014 l-interkonnessjoni tar-reġistri nazzjonali elettroniċi tal-kards tas-sewwieqa fl-Unjoni kollha hija obbligatorja, jew permezz tal-użu tas-sistema ta' messaġġi TACHOnet jew permezz ta' sistema kompatibbli. Madankollu, fil-każ tal-użu ta' sistema kompatibbli, l-iskambju tad-dejta elettronika mal-Istati Membri l-oħrajn kollha għandu jkun possibbli permezz tas-sistema ta' messaġġi TACHOnet.

(4)

Għalhekk jinħtieġ li jiġu stabbiliti l-proċeduri u l-ispeċifikazzjonijiet komuni obbligatorji għal TACHOnet, inklużi l-format tad-dejta skambjata, il-proċeduri tekniċi għall-konsultazzjoni elettronika tar-reġistri elettroniċi nazzjonali, il-proċeduri tal-aċċess u l-mekkaniżmi tas-sigurtà.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 42(3) tar-Regolament (UE) Nru 165/2014,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti rigward il-konnessjoni obbligatorja tar-reġistri elettroniċi nazzjonali tal-kards tas-sewwieqa mas-sistema ta' messaġġi TACHOnet imsemmija fl-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) Nru 165/2014.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Minbarra d-definizzjonijiet rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 165/2014, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“interfaċċa asinkronika” tfisser proċess li bih messaġġ bi tweġiba għal rikjesta jiġi ritornat fuq konnessjoni HTTP ġdida;

(b)

“tfittxija ġenerali” tfisser messaġġ ta' rikjesta mingħand Stat Membru li jkun indirizzat lill-Istati Membri kollha;

(c)

“awtorità emittenti tal-kards” (“CIA”) tfisser l-entità awtorizzata minn Stat Membru għall-ħruġ u l-ġestjoni tal-kards tat-takografu;

(d)

“sistema ċentrali” tfisser is-sistema tal-informazzjoni li tippermetti r-routing tal-messaġġi TACHOnet bejn l-Istati Membri;

(e)

“sistema nazzjonali” tfisser is-sistema tal-informazzjoni stabbilita f'kull Stat Membru biex il-messaġġi TACHOnet ikunu jistgħu jintbagħtu, jiġu pproċessati u mwieġba;

(f)

“interfaċċa sinkronika” tfisser proċess li bih messaġġ bi tweġiba għal rikjesta jiġi ritornat fuq l-istess konnessjoni HTTP li kienet intużat għar-rikjesta;

(g)

“Stat Membru tar-rikjesta” tfisser l-Istat Membru li jibgħat rikjesta jew notifika, li mbagħad tiġi routed lill-Istat Membru jew l-Istati Membri xierqa għat-tweġiba;

(h)

“Stat Membru tat-tweġiba” tfisser l-Istat Membru li lilu kienet indirizzata r-rikjesta jew in-notifika ta' TACHOnet;

(i)

“tfittxija mmirata” tfisser messaġġ ta' rikjesta mingħand Stat Membru li jkun indirizzat lil Stat Membru wieħed;

(j)

“kard tat-takografu” tfisser kard tas-sewwieqa jew kard tal-workshop, kif iddefinit fl-Artikolu 2(f) u (k) tar-Regolament (UE) Nru 165/2014.

Artikolu 3

Obbligu tal-konnessjoni ma' TACHOnet

L-Istati Membri għandhom jikkollegaw ir-reġistri elettroniċi nazzjonali msemmija fl-Artikolu 31(1) tar-Regolament (UE) Nru 165/2014, mas-sistema ta' messaġġi TACHOnet.

Artikolu 4

Speċifikazzjonijiet tekniċi

Is-sistema ta' messaġġi TACHOnet għandha tissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti fl-Annessi I sa VII.

Artikolu 5

Użu ta' TACHOnet

L-Istati Membri għandhom isegwu l-proċeduri stipulati fl-Anness VIII.

L-Istati Membri għandhom jagħtu aċċess għas-sistema ta' messaġġi TACHOnet lill-awtoritajiet nazzjonali emittenti tal-kards tagħhom u lill-uffiċjali tal-kontroll li jwettqu d-dmirijiet imsemmija fl-Artikolu 38 tar-Regolament (UE) Nru 165/2014, sabiex jiffaċilitaw il-kontrolli effettivi tal-validità, tal-istatus u tal-uniċità tal-kards tas-sewwieqa.

Artikolu 6

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mit-2 ta' Marzu 2018.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Jannar 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 60, 28.2.2014, p. 1.


ANNESS I

Aspetti ġenerali tas-sistema ta' messaġġi TACHOnet

1.   Arkitettura

Is-sistema ta' messaġġi TACHOnet se tkun magħmula mill-partijiet li ġejjin:

1.1.

Sistema ċentrali, li se tkun tista' tirċievi rikjesta mingħand l-Istat Membru tar-rikjesta, tivvalidaha u tipproċessaha billi tgħaddiha lill-Istati Membri tat-tweġiba. Is-sistema ċentrali għandha tistenna lil kull Stat Membru tat-tweġiba biex iwieġeb, imbagħad tikkonsolida t-tweġibiet kollha u tibgħat ir-risposta kkonsolidata lill-Istat Membru tar-rikjesta.

Il-messaġġi kollha ta' TACHOnet għandhom jiġu routed mis-sistema ċentrali.

1.2.

Is-sistemi nazzjonali tal-Istati Membri, li għandhom jiġu mgħammra b'interfaċċa li tkun kapaċi tibgħat ir-rikjesti lis-sistema ċentrali u, ukoll, tirċievi t-tweġibiet korrispondenti. Is-sistemi nazzjonali jistgħu jużaw software tagħhom stess jew software kummerċjali biex jittrażmettu u jirċievu l-messaġġi mis-sistema ċentrali.

2.   Ġestjoni

2.1.   Is-sistema ċentrali se titmmexxa mill-Kummissjoni, li se tkun responsabbli għat-tħaddim tekniku u l-manutenzjoni tas-sistema ċentrali.

2.2.   Is-sistema ċentrali mhux se taħżen id-dejta għal perjodu ta' aktar minn sitt xhur, minbarra d-dejta tar-reġistrazzjoni u d-dejta statistika stabbilita fl-Anness VII.

2.3.   Is-sistema ċentrali mhux se tipprovdi aċċess għad-dejta personali, ħlief lill-persunal awtorizzat tal-Kummissjoni, meta dan ikun meħtieġ għall-finijiet ta' monitoraġġ, ta' manutenzjoni u ta' individwazzjoni ta' soluzzjonijiet.

2.4.   L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli:

2.4.1.

Għat-twaqqif u l-ġestjoni tas-sistemi nazzjonali tagħhom, inkluż l-interfaċċa mas-sistema ċentrali.

2.4.2.

Għall-installazzjoni u l-manutenzjoni tas-sistema nazzjonali tagħhom, kemm tal-hardware u kif ukoll tas-software, u kemm jekk tagħhom stess jew sistema kummerċjali.

2.4.3.

Għall-interoperabbiltà korretta tas-sistema nazzjonali tagħhom mas-sistema ċentrali, inkluża l-ġestjoni tal-messaġġi ta' żball li jaslu mis-sistema ċentrali.

2.4.4.

Biex jieħdu l-miżuri kollha biex jiżguraw il-kunfidenzjalità, l-integrità u d-disponibbiltà tal-informazzjoni.

2.4.5.

Għat-tħaddim tas-sistemi nazzjonali skont il-livelli ta' servizz stabbiliti fl-Anness VI.

2.5.   Il-portal tal-web MOVEHUB

Il-Kummissjoni se tipprovdi applikazzjoni bbażata fuq il-web b'aċċess sikur, imsejħa “l-portal tal-web MOVEHUB”, li tipprovdi tal-inqas dawn is-servizzi li ġejjin:

(a)

l-istatistika dwar id-disponibbiltà tal-Istati Membri;

(b)

in-notifika tal-manutenzjoni fuq is-sistema ċentrali u s-sistemi nazzjonali tal-Istati Membri;

(c)

rapporti aggregati;

(d)

il-ġestjoni tal-kuntatti;

(e)

skemi XSD.

2.6.   Il-ġestjoni tal-kuntatti

2.6.1.   Il-funzjonalità tal-ġestjoni tal-kuntatti se tipprovdi lil kull Stat Membru bil-kapaċità li jamministra d-dettalji ta' kuntatt fir-rigward tal-utenti politiċi, kummerċjali, operazzjonali u tekniċi ta' dak l-Istat Membru, billi l-awtorità kompetenti ta' kull Stat Membru hija responsabbli għaż-żamma tal-kuntatti tagħha stess. Għandu jkun possibbli li wieħed jara, iżda mhux jeditja, id-dettalji ta' kuntatt ta' Stati Membri oħrajn.

2.6.2.   TACHOnet se tuża d-dettalji ta' kuntatt imsemmija fil-punt 2.6.1 biex timla d-dettalji ta' kuntatt fil-messaġġi ta' tweġiba.


ANNESS II

Funzjonalitajiet tas-sistema ta' messaġġi TACHOnet

1.   Is-sistema ta' messaġġi TACHOnet għandha tipprovdi l-funzjonalitajiet li ġejjin:

1.1.

Verifika tal-kards maħruġa (Check Issued Cards, CIC): din tippermetti lill-Istat Membru tar-rikjesta biex jibgħat Rikjesta għal Verifika tal-Kards Maħruġa lil Stat Membru tat-tweġiba wieħed jew aktar, biex jiġi ddeterminat jekk l-applikant diġà għandux kard tas-sewwieqa maħruġa mill-Stati Membri tat-tweġiba. L-Istati Membri tat-tweġiba għandhom iwieġbu għar-rikjesta billi jibagħtu Tweġiba għall-Verifika tal-kards maħruġa.

1.2.

Verifika tal-istatus tal-kard (Check Card Status, CCS): din tippermetti lill-Istat Membru tar-rikjesta li jistaqsi lill-Istat Membru tat-tweġiba dwar id-dettalji ta' kard maħruġa minn dan tal-aħħar billi jibgħat Rikjesta għal Verifika tal-istatus tal-kard. L-Istat Membru tat-tweġiba għandu jwieġeb għar-rikjesta billi jibgħat Tweġiba għall-Verifika tal-istatus tal-kard.

1.3.

Modifika tal-istatus tal-kard (Modify Card Status, CCS): din tippermetti lill-Istat Membru tar-rikjesta li jinnotifika lill-Istat Membru tat-tweġiba, permezz ta' Rikjesta għal Modifika tal-istatus tal-kard, li l-istatus ta' kard maħruġa minn dan tal-aħħar inbidel. L-Istat Membru tat-tweġiba għandu jwieġeb b'Rikonoxximent tal-Modifika tal-istatus tal-kard.

1.4.

Kard maħruġa abbażi ta' liċenzja tas-sewqan (Issued Card Driving License, ICDL): din tippermetti lill-Istat Membru tar-rikjesta li jinnotifika lill-Istat Membru tat-tweġiba, permezz ta' Rikjesta għal kard maħruġa abbażi ta' liċenzja tas-sewqan, li nħarġet kard minn dan tal-ewwel abbażi tal-liċenzja tas-sewqan maħruġa minn dan tal-aħħar. L-Istat Membru tat-tweġiba għandu jwieġeb bi Tweġiba għal Kard maħruġa abbażi ta' liċenzja tas-sewqan.

2.   Għandhom jiġu inklużi tipi oħrajn ta' messaġġi li jitqiesu li huma xierqa għall-funzjonament effiċjenti ta' TACHOnet, pereżempju notifiki tal-iżbalji.

3.   Is-sistemi nazzjonali għandhom jirrikonoxxu l-istatuses tal-kards elenkati fl-Appendiċi ta' dan l-Anness, meta jkun qiegħed jiġi użat wieħed mill-funzjonalitajiet deskritti fil-punt 1. Madankollu, l-Istati Membri ma għandhomx għalfejn jimplimentaw proċedura amministrattiva li tagħmel użu mill-istatuses kollha elenkati.

4.   Meta Stat Membru jirċievi tweġiba jew notifika li tagħti status li ma jintużax fil-proċeduri amministrattivi tiegħu, dan l-istatus fil-messaġġ li jasal, is-sistema nazzjonali għandha tittraduċih għall-valur xieraq f'dik il-proċedura. Il-messaġġ ma għandhux jiġi miċħud mill-Istat Membru tat-tweġiba, kemm-il darba l-istatus fil-messaġġ ikun elenkat fl-Appendiċi ta' dan l-Anness.

5.   L-istatuses tal-kards elenkati fl-Appendiċi ta' dan l-Anness ma għandhomx jintużaw sabiex jiġi stabbilit jekk kard tas-sewwieqa hijiex valida għas-sewqan. Meta Stat Membru jistaqsi dwar ir-reġistrazzjoni tal-Istat Membru emittenti tal-kard permezz tal-funzjonalità CCS, it-tweġiba għandha tinkludi l-attribut apposta “valida għal sewqan”. Il-proċeduri amministrattivi nazzjonali għandhom ikunu tali li t-tweġibiet CCS dejjem ikunu jinkludu l-valur xieraq ta' “valida għas-sewqan”.

Appendiċi

Statuses tal-kards

Status tal-kard

Definizzjoni

Applikazzjoni

Is-CIA rċeviet applikazzjoni biex tinħareġ kard tas-sewwieqa. Din l-informazzjoni ġiet irreġistrata u maħżuna fil-bażi tad-dejta mal-kjavi tat-tiftix iġġenerati.

Approvata

Is-CIA approvat l-applikazzjoni għall-kard tat-takografu.

Irrifjutata

Is-CIA ma approvatx l-applikazzjoni.

Ippersonalizzata

Il-kard tat-takografu ġiet ippersonalizzata.

Mibgħuta

L-Awtorità Nazzjonali bagħtet il-kard tas-sewwieqa lis-sewwieq jew lill-aġenzija tat-twassil rilevanti.

Mogħtija

L-Awtorità Nazzjonali tat il-kard tas-sewwieqa lis-sewwieq rilevanti.

Ikkonfiskata

Il-kard tas-sewwieqa ittieħdet mingħand is-sewwieq mill-awtorità kompetenti.

Sospiża

Il-kard tas-sewwieqa ttieħdet temporanjament mingħand is-sewwieq.

Irtirata

Is-CIA ddeċidiet li tirtira l-kard tas-sewwieqa. Il-kard ġiet invalidata definittivament.

Ċeduta

Il-kard tat-takografu ngħatat lura lis-CIA, u ġiet iddikjarata li ma għadhiex aktar meħtieġa.

Mitlufa

Il-kard tat-takografu ġiet iddikjarata mitlufa lis-CIA.

Misruqa

Il-kard tat-takografu ġiet iddikjarata misruqa lis-CIA. Kard misruqa titqies bħala mitlufa.

Bil-Ħsara

Il-kard tat-takografu ġiet irrappurtata li ma għadhiex taħdem sewwa lis-CIA.

Skadiet

Il-perjodu tal-validità tal-kard tat-takografu skada.

Mibdula

Il-kard tat-takografu, li ġiet irrapportata mitlufa, misruqa jew li ma għadiex taħdem sewwa, inbidlet b'kard ġdida. Id-dejta fuq il-kard il-ġdida hija l-istess, bl-eċċezzjoni tal-indiċi tas-sostituzzjoni tan-numru tal-kard, li ġie miżjud b'wieħed.

Imġedda

Il-kard tat-takografu ġiet imġedda minħabba xi tibdil fid-dejta amministrattiva jew minħabba li l-perjodu tal-validità se jintemm. In-numru tal-kard il-ġdida huwa l-istess wieħed, bl-eċċezzjoni tal-indiċi tas-sostituzzjoni tan-numru tal-kard, li ġie miżjud b'wieħed.

Fi skambju

Is-CIA li tkun ħarġet il-kard tas-sewwieqa rċeviet notifika li nbdiet il-proċedura għall-iskambju ta' dik il-kard ma' kard tas-sewwieqa maħruġa mis-CIA ta' Stat Membru ieħor.

Skambjata

Is-CIA li tkun ħarġet il-kard tas-sewwieqa rċeviet notifika li tlestiet il-proċedura għall-iskambju ta' dik il-kard ma' kard tas-sewwieqa maħruġa mis-CIA ta' Stat Membru ieħor.


ANNESS III

Dispożizzjonijiet tal-messaġġi tas-sistema ta' messaġġi TACHOnet

1.   Rekwiżiti tekniċi ġenerali

1.1.   Is-sistema ċentrali għandha tipprovdi interfaċċa sinkronika u oħra asinkronika għall-iskambju tal-messaġġi. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu l-aktar teknoloġija adatta għall-interfaċċa mal-applikazzjonijiet tagħhom stess.

1.2.   Il-messaġġi kollha skambjati bejn is-sistema ċentrali u s-sistemi nazzjonali għandhom ikunu kkowdjati UTF-8.

1.3.   Is-sistemi nazzjonali għandhom ikunu kapaċi jirċievu u jipproċessaw il-messaġġi li jkun fihom il-karattri Griegi jew Ċirilliċi.

2.   Struttura tal-messaġġi XML u definizzjoni tal-Iskema (XSD)

2.1.   L-istruttura ġenerali tal-messaġġi XML għandha ssegwi l-format definit mill-iskemi XSD installati fis-sistema ċentrali.

2.2.   Is-sistema ċentrali u s-sistema nazzjonali għandhom jittrażmettu u jirċievu l-messaġġi li jikkonformaw mal-iskema XSD tal-messaġġi.

2.3.   Is-sistemi nazzjonali għandhom ikunu kapaċi jibagħtu, jirċievu u jipproċessaw il-messaġġi kollha li jikkorrispondu ma' kwalunkwe waħda mill-funzjonalitajiet stipulati fl-Anness I.

2.4.   Il-messaġġi XML għandhom mill-inqas jinkludu r-rekwiżiti minimi stipulati fl-Appendiċi ta' dan l-Anness.

Appendiċi

Rekwiżiti minimi għall-kontenut tal-messaġġi XML

Common Header (intestatura komuni)

Obbligatorja

Version (Verżjoni)

Il-verżjoni uffiċjali tal-ispeċifikazzjonijiet XML se tiġi speċifikata permezz tan-namespace definit fil-messaġġ XSD u fl-attribut tal-verżjoni tal-element tal-Intestatura ta' kwalunkwe messaġġ XML. In-numru tal-verżjoni (“n.m”) jiġi definit bħala valur fiss f'kull rilaxx tal-fajl tad-Definizzjoni ta' Skema XML (xsd).

Iva

Test Identifier (identifikatur tat-test)

Id fakultattiva għall-ittestjar. L-oriġinatur tat-test jimla l-id u l-parteċipanti kollha fil-workflow jittrażmettu/jirritornaw l-istess id. Fil-produzzjoni din għandha tiġi injorata u mhux se tintuża jekk tiġi pprovduta.

Le

Technical Identifier (identifikatur tekniku)

UUID li jidentifika b'mod uniku lil kull messaġġ individwali. Min jibgħat il-messaġġ jiġġenera UUID u jimla dan l-attribut. Din id-dejta ma tintużax f'kapaċità kummerċjali.

Iva

Workflow Identifier (identifikatur tal-workflow)

Il-workflowId huwa UUID u għandu jiġi ġġenerat mill-Istat Membru tar-rikjesta. Dan l-id mbagħad jintuża fil-messaġġi kollha biex jikkorrelataw il-workflow.

Iva

Sent At (mibgħut fi)

Id-data u l-ħin (UTC) li ntbagħat il-messaġġ.

Iva

Timeout (skadenza)

Dan huwa attribut fakulattiv tad-data u l-ħin (f'format UTC). Dan il-valur jiġi ssettjat biss mis-sistema ċentrali għar-rikjesti forwarded. Jinforma lill-Istat Membru tat-tweġiba bil-ħin meta tiskadi r-rikjesta. Dan il-valur mhux meħtieġ fi MS2TCN_<x>_Req u l-messaġġi kollha ta' tweġiba. Huwa fakultattiv allura d-definizzjoni tal-intestatura tista' tintuża għat-tipi kollha tal-messaġġi irrispettivament minn jekk huwiex meħtieġ l-attribut timeoutValue.

Le

From (mingħand)

Il-kodiċi ISO 3166-1 Alpha 2 tal-Istat Membru li bagħat il-messaġġ jew “UE”.

Iva

To (lil)

Il-kodiċi ISO 3166-1 Alpha 2 tal-Istat Membru li qed jintbagħatlu l-messaġġ jew “UE”.

Iva


Check Issued Cards Response (Rikjesta għal verifika tal-kards maħruġa)

Obbligatorja

Family Name (kunjom)

Il-kunjom tas-sewwieq kif jidher fuq il-kard.

Iva

First Name (isem)

L-isem tas-sewwieq kif jidher fuq il-kard (jekk l-isem ma jingħatax, dan ma jindikax tiftixa wildcard).

Le

Date of Birth (data tat-twelid)

Id-data tat-twelid tas-sewwieq kif tidher fuq il-kard.

Iva

Driving Licence Number (numru tal-liċenzja tas-sewqan)

In-numru tal-liċenzja tas-sewqan tas-sewwieq.

Le

Driving Licence Issuing Country (pajjiż emittenti tal-liċenzja tas-sewqan)

Il-pajjiż li ħareġ il-liċenzja tas-sewqan tas-sewwieq.

Le


Check Issued Cards Response (Tweġiba tal-verifika tal-kards maħruġa)

Obbligatorja

Status Code (kodiċi tal-istatus)

Il-kodiċi tal-istatus tat-tiftixa (eż. instab, ma nstabx, żball, eċċ.).

Iva

Status Message (messaġġ tal-istatus)

Deskrizzjoni ta' spjega tal-istatus (jekk ikun hemm bżonn).

Le

Dettalji tas-Sewwieqa Misjuba

Iva

Family Name (kunjom)

Il-kunjom tas-sewwieqa li nstabu.

Iva

First Name (isem)

L-isem jew l-ismijiet tas-sewwieqa li nstabu.

Le

Date of Birth (data tat-twelid)

Id-data tat-twelid tas-sewwieqa li nstabu.

Iva

Place of Birth (post tat-twelid)

Il-post tat-twelid tas-sewwieqa li nstabu.

Le

Driver Card Number (numru tal-kard tas-sewwieq)

In-numru tal-kard tas-sewwieq li nstab.

Iva

Driver Card Status (status tal-kard tas-sewwieq)

L-istatus tal-kard tas-sewwieq li nstab.

Iva

Driver Card Issuing Authority (awtorità emittenti tal-kard tas-sewwieq)

L-isem tal-awtorità li ħarġet il-kard tas-sewwieq li nstab.

Iva

Driver Card Start of Validity Date (data tal-bidu tal-validità tal-kard tas-sewwieq)

Id-data tal-bidu tal-validità tal-kard tas-sewwieq li nstab.

Iva

Driver Card Expiry Date (data tal-iskadenza tal-kard tas-sewwieq)

Id-data tal-iskadenza tal-kard tas-sewwieq li nstab.

Iva

Driver Card Status Modified Date (data tal-modifika tal-istatus tal-kard tas-sewwieq)

Id-data li fiha ġiet immodifikata l-aħħar il-kard tas-sewwieq li nstab.

Iva

Search Mechanism (mekkaniżmu ta' tfittxija)

Il-kard instabet bi tfittxija NYSIIS jew bi tfittxija adattata speċifikament?

Iva

Temporary Card (kard temporanja)

Il-kard li nstabet hija waħda temporanja.

Le

Driving Licence Number (numru tal-liċenzja tas-sewqan)

In-numru tal-liċenzja tas-sewqan tas-sewwieq li nstab.

Iva

Driving Licence Issuing Country (pajjiż emittenti tal-liċenzja tas-sewqan)

Il-pajjiż li ħareġ il-liċenzja tas-sewqan tas-sewwieq li nstab.

Iva

Driving Licence Status (status tal-liċenzja tas-sewqan)

L-istatus tal-liċenzja tas-sewqan tas-sewwieq li nstab.

Le

Driving Licence Issuing Date (data tal-ħruġ tal-liċenzja tas-sewqan)

Id-data tal-ħruġ tal-liċenzja tas-sewqan tas-sewwieq li nstab.

Le

Driving Licence Expiry Date (data tal-iskadenza tal-liċenzja tas-sewqan)

Id-data tal-iskadenza tal-liċenzja tas-sewqan tas-sewwieq li nstab.

Le


Check Card Status Request (Rikjesta ta' verifika tal-istatus tal-kard)

Obbligatorja

Driver Card Number (numru tal-kard tas-sewwieq)

In-numru tal-kard li għaliha huma meħtieġa d-dettalji.

Iva


Check Card Status Response (Tweġiba ta' verifika tal-istatus tal-kard)

Obbligatorja

Status Code (kodiċi tal-istatus)

Il-kodiċi tal-istatus tar-rikjesta għad-dettalji (eż. instab, ma nstabx, żball, eċċ.).

Iva

Status Message (messaġġ tal-istatus)

Deskrizzjoni ta' spjega tal-istatus (jekk ikun hemm bżonn).

Le

Card Status (status tal-kard)

L-istatus tal-kard rikjesta.

Iva

Card Issuing Authority (awtorità emittenti tal-kard)

L-isem tal-awtorità li ħarġet il-kard rikjesta.

Iva

Card Start of Validity Date (data tal-bidu tal-validità tal-kard)

Id-data tal-bidu tal-validità tal-kard rikjesta.

Iva

Card Expiry Date (data tal-iskadenza tal-kard)

Id-data tal-iskadenza tal-kard rikjesta.

Iva

Card Status Modified Date (data tal-modifika tal-istatus tal-kard)

Id-data li fiha ġiet immodifikata l-aħħar il-kard rikjesta.

Iva

Valid for Driving (valida għas-sewqan)

Il-kard li nstabet hija/mhijiex valida għas-sewqan.

Iva

Temporary Card (kard temporanja)

Il-kard li nstabet hija waħda temporanja.

Le

Kard tal-Workshop

Workshop Name (isem il-workshop)

L-isem tal-workshop li nħarġitlu l-kard.

Iva

Workshop Address (indirizz tal-workshop)

L-indirizz tal-workshop li nħarġitlu l-kard.

Iva

Family Name (kunjom)

Il-kunjom tal-persuna li nħarġitilha l-kard.

Le

First Name (isem)

L-isem tal-persuna li nħarġitilha l-kard.

Le

Date of Birth (data tat-twelid)

Id-data tat-twelid tal-persuna li nħarġitilha l-kard.

Le

Dettalji tad-Detentur tal-Kard

Family Name (kunjom)

Il-kunjom tas-sewwieq li nħarġitlu l-kard.

Iva

First Name (isem)

L-isem tas-sewwieq li nħarġitlu l-kard.

Le

Date of Birth (data tat-twelid)

Id-data tat-twelid tas-sewwieq li nħarġitlu l-kard.

Iva

Place of Birth (post tat-twelid)

Il-post tat-twelid tas-sewwieq li nħarġitlu l-kard.

Le

Driving Licence Number (numru tal-liċenzja tas-sewqan)

In-numru tal-liċenzja tas-sewqan tas-sewwieq li nħarġitlu l-kard.

Iva

Driving Licence Issuing Country (pajjiż emittenti tal-liċenzja tas-sewqan)

Il-pajjiż li ħareġ in-numru tal-liċenzja tas-sewqan tas-sewwieq li nħarġitlu l-kard.

Iva

Driving Licence Status (status tal-liċenzja tas-sewqan)

L-istatus tal-liċenzja tas-sewqan tas-sewwieq li nħarġitlu l-kard.

Le

Driving Licence Issuing Date (data tal-ħruġ tal-liċenzja tas-sewqan)

Id-data tal-ħruġ tal-liċenzja tas-sewqan tas-sewwieq li nħarġitlu l-kard.

Le

Driving Licence Expiry Date (data tal-iskadenza tal-liċenzja tas-sewqan)

Id-data tal-iskadenza tal-liċenzja tas-sewqan tas-sewwieq li nħarġitlu l-kard.

Le


Modify Card Status Request (Rikjesta għal modifika tal-istatus tal-kard)

Obbligatorja

Driver Card Number (numru tal-kard tas-sewwieq)

Il-numru tal-kard li l-istatus tagħha nbidel.

Iva

New Driver Card Status (status ġdid tal-kard tas-sewwieqa)

L-istatus li għalih inbidlet il-kard.

Iva

Modification Reason (raġuni għall-modifika)

Ir-raġuni (test ħieles) għall-iskambju tal-istatus tal-kard.

Le

Driver Card Status Modified Date (data tal-modifika tal-istatus tal-kard tas-sewwieq)

Id-data u l-ħin meta ġie modifikat l-istatus tal-kard.

Iva

Iddikjarata Minn

Authority (awtorità)

L-isem tal-awtorità li għamlet il-bidla fl-istatus tal-kard.

Iva

Family Name (kunjom)

Il-kunjom tal-persuna li għamlet il-bidla fl-istatus tal-kard.

Le

First Name (isem)

L-isem tal-persuna li għamlet il-bidla fl-istatus tal-kard.

Le

Phone (telefown)

In-numru tat-telefown tal-persuna li għamlet il-bidla fl-istatus tal-kard.

Le

E-Mail

L-indirizz tal-e-Mail tal-persuna li għamlet il-bidla fl-istatus tal-kard.

Le


Modify Card Status Acknowledgement (Rikonoxximent tal-modifika tal-istatus tal-kard)

Obbligatorja

Status Code (kodiċi tal-istatus)

Il-kodiċi tal-istatus tar-rikonoxximent (ok, ma nstabx, żball, eċċ.).

Iva

Acknowledgement type (tip ta' rikonoxximent)

It-tip ta' rikonoxximent: għal rikjesta jew għal tweġiba

Iva

Status Message (messaġġ tal-istatus)

Deskrizzjoni ta' spjega tal-istatus (jekk ikun hemm bżonn).

Le


Modify Card Status Response (Tweġiba tal-modifika tal-istatus tal-kard)

Obbligatorja

Status Code (kodiċi tal-istatus)

Il-kodiċi tal-istatus tal-aġġornament tar-reġistru (ok, mhux ok, żball, eċċ.).

Iva

Status Message (messaġġ tal-istatus)

Deskrizzjoni ta' spjega tal-istatus (jekk ikun hemm bżonn).

Le


Issued Card Driving Licence Request (Rikjesta għal kard maħruġa abbażi ta' liċenzja tas-sewqan)

Obbligatorja

Driver Card Number (numru tal-kard tas-sewwieq)

In-numru tal-kard tas-sewwieq li nħarġet.

Iva

Driving Licence Number (numru tal-liċenzja tas-sewqan)

In-numru tal-liċenzja tas-sewqan barranija li ntużat għall-applikazzjoni għall-kard tas-sewwieq.

Iva


Issued Card Driving Licence Response (Tweġiba għal kard maħruġa abbażi ta' liċenzja tas-sewqan)

Obbligatorja

Status Code (kodiċi tal-istatus)

Il-kodiċi tal-istatus li jirrikonoxxi n-notifika (ok, mhux ok, żball, eċċ.).

Iva

Status Message (messaġġ tal-istatus)

Deskrizzjoni ta' spjega tal-istatus (jekk ikun hemm bżonn).

Le

Family Name (kunjom)

Il-kunjom tas-sewwieq li nħarġitlu l-kard.

Iva

First Name (isem)

L-isem tas-sewwieq li nħarġitlu l-kard.

Le

Date of Birth (data tat-twelid)

Id-data tat-twelid tas-sewwieq li nħarġitlu l-kard.

Iva


ANNESS IV

Servizzi ta' transliterazzjoni u NYSIIS (Is-sistema tal-identifikazzjoni u tal-intelliġenza tal-Istat ta' New York)

1.   Biex jiddaħħlu l-ismijiet tas-sewwieqa kollha fir-reġistru nazzjonali għandu jintuża l-algoritmu NYSIIS implimentat fis-sistema ċentrali.

2.   Fit-tiftixa għal kard permezz tal-funzjonalità CIC, il-kjavi NYSIIS għandha tintuża bħala l-mekkaniżmu primarju tat-tiftix.

3.   Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jużaw algoritmu tagħhom stess biex jirritornalhom riżultati addizzjonali.

4.   Ir-riżultati tat-tiftixa għandhom jindikaw il-mekkaniżmu tat-tiftix li ntuża biex instab reġistru, jew NYSIIS jew tal-Istat Membru stess.

5.   Jekk Stat Membru jagħżel li jirreġistra n-notifiki ICDL, allura l-kjavi NYSIIS li jkunu fin-notifika għandhom jiġu rreġistrati bħala parti mid-dejta ICDL.

5.1.   Meta jfittex id-dejta ICDL, l-Istat Membru għandu juża l-kjavi NYSIIS tal-isem tal-applikant.


ANNESS V

Rekwiziti tas-sigurtà

1.   L-HTTPS għandu jintuża għall-iskambju tal-messaġġi bejn is-sistema ċentrali u s-sistemi nazzjonali.

2.   Is-sistemi nazzjonali għandhom jużaw iċ-ċertifikati PKI ipprovduti mill-Kummissjoni biex jintbagħtu l-messaġġi bejn is-sistema nazzjonali u s-sistema ċentrali.

3.   Is-sistemi nazzjonali għandhom jimplimentaw, bħala minimu, iċ-ċertifikati li jużaw l-algoritmu SHA-2 (SHA-256) u b'tul tal-kjavi pubblika ta' 2 048 bit.


ANNESS VI

Livelli ta' servizz

1.   Is-sistemi nazzjonali għandhom jissodisfaw il-livell minimu ta' servizz li ġej:

1.1.   Għandhom ikunu disponibbli 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-ġimgħa.

1.2.   Id-disponibbiltà tagħhom għandha tiġi mmonitorjata b'messaġġ pulsanti maħruġ mis-sistema ċentrali.

1.3.   Ir-rata tad-disponibbiltà tagħhom għandha tkun ta' 98 %, skont it-tabella li ġejja (iċ-ċifri ġew imqarrba għall-eqreb unità konvenjenti):

Disponibbiltà ta'

tfisser in-nuqqas ta' disponibbiltà ta'

Kuljum

Kull xahar

Kull sena

98 %

nofs siegħa

15-il siegħa

sebat ijiem u nofs

L-Istati Membri huma mħeġġa jirrispettaw ir-rata tad-disponibbiltà ta' kuljum, madankollu, huwa rikonoxxut li ċerti attivitajiet, bħall-manutenzjoni tas-sistema, jeħtieġu aktar minn 30 minuta. Madankollu, ir-rati ta' disponibilità ta' kull xahar u ta' kull sena jibqgħu obbligatorji.

1.4.   Għandhom iwieġbu għal minimu ta' 98 % tar-rikjesti mibgħuta lilhom f'xahar kalendarju wieħed.

1.5.   Għandhom iwieġbu għar-rikjesti fi żmien 10 sekondi.

1.6.   Il-ħin totali tal-iskadenza tar-rikjesta (iż-żmien li fih min jagħmel ir-rikjesta jista' jistenna tweġiba) ma għandux jeċċedi l-20 sekonda.

1.7.   Għandhom ikunu jistgħu jipprovdu rata ta' rikjesti ta' sitt messaġġi kull sekonda.

1.8.   Is-sistemi nazzjonali ma jistgħux jibagħtu rikjesti lis-sistema TACHOnet b'rata ikbar minn żewġ rikjesti kull sekonda.

1.9.   Kull sistema nazzjonali għandha tkun kapaċi tindirizza l-problemi tekniċi potenzjali tas-sistema ċentrali jew tas-sistemi nazzjonali fi Stati Membri oħrajn. Dawn jinkludu, imma mhux esklussivament:

(a)

it-telf tal-konnessjoni mas-sistema ċentrali;

(b)

ebda tweġiba għal rikjesta;

(c)

il-wasla tat-tweġibiet wara li jiskadi l-ħin ta' messaġġ;

(d)

il-wasla ta' messaġġi mhux rikjesti;

(e)

il-wasla ta' messaġġi mhux validi;

2.   Is-sistema ċentrali għandha:

2.1.   ikollha rata ta' disponibbiltà ta' 98 %;

2.2.   tipprovdi lis-sistemi nazzjonali bin-notifika ta' kull żball, permezz tal-messaġġ ta' tweġiba jew permezz ta' messaġġ ta' żball apposta. Is-sistemi nazzjonali, min-naħa tagħhom, għandhom jirċievu dawn il-messaġġi ta' żball apposta u jkollhom fis-seħħ sistema ta' eskalazzjoni tax-xogħol biex jieħdu kwalunkwe azzjoni xierqa biex jiġu kkoreġuti l-iżbalji nnotifikati.

3.   Manutenzjoni

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe attività ta' manutenzjoni ta' rutina permezz tal-applikazzjoni tal-web, mill-inqas ġimgħa qabel il-bidu ta' dawn l-attivitajiet, jekk dan ikun possibbli teknikament.


ANNESS VII

Reġistrazzjoni u statistika tad-dejta miġbura fis-sistema ċentrali

1.   Sabiex tiġi żgurata l-privatezza, id-dejta għall-finijiet tal-istatistika għandha tkun anonima. Id-dejta li tidentifika kard speċifika, sewwieq speċifiku jew liċenzja tas-sewqan speċifika ma għandhiex tkun disponibbli għal finijiet tal-istatistika.

2.   L-informazzjoni tar-reġistrazzjoni għandha ssegwi t-tranżazzjonijiet kollha għall-finijiet ta' monitoraġġ u ta' debugging, u għandha tippermetti l-ġenerazzjoni tal-istatistika dwar dawn it-tranżazzjonijiet.

3.   Id-dejta personali ma għandhiex tinżamm fir-reġistri għal aktar minn sitt xhur. L-informazzjoni statistika għandha tinżamm indefinittivament.

4.   Id-dejta statistika użata għar-rappurtar għandha tinkludi:

(a)

l-Istat Membru tar-rikjesta;

(b)

l-Istat Membru tat-tweġiba;

(c)

it-tip ta' messaġġ;

(d)

il-kodiċi tal-istatus tat-tweġiba;

(e)

id-data u l-ħin tal-messaġġi;

(f)

il-ħin tat-tweġiba.


ANNESS VIII

Użu tas-sistema ta' messaġġi TACHOnet

1.   Ħruġ tal-kards tas-sewwieqa

1.1.   Meta l-applikant għal kard tas-sewwieqa jkollu liċenzja tas-sewqan maħruġa fi Stat Membru differenti mill-Istat Membru tal-applikazzjoni, għandha ssir tfittxija ġenerali għal Check Issued Card (Verifika tal-kard maħruġa) mill-Istat Membru tal-applikazzjoni.

1.2.   L-Istati Membri li joħorġu kard tas-sewwieqa lil sewwieq li jkollu liċenzja tas-sewqan maħruġa fi Stat Membru ieħor, għandhom jinnotifikaw minnufih lil dan tal-aħħar, permezz tal-funzjoni Issued Card Driving Licence (Kard maħruġa abbażi ta' liċenzja tas-sewqan), li tkun inħarġet kard tas-sewwieqa.

1.3.   Meta l-applikant għal kard tas-sewwieqa jkollu liċenzja tas-sewqan maħruġa fl-Istat Membru tal-applikazzjoni, u li għaliha tkun diġà ġiet irreġistrata notifika ICDL fir-reġistru nazzjonali tiegħu, l-Istat Membru għandu jew jagħmel tfittxija mmirata CIC jew tfittxija ta' Check Card Status (Verifika tal-istatus tal-kard) lill-Istat Membru li bagħat in-notifika ICDL.

1.4.   Kull notifika ICDL għandha tiġi rreġistrata fir-reġistru nazzjonali tal-Istat Membru li jirċeviha.

1.5.   L-Istati Membri għandhom jagħmlu tfittxija ġenerali CIC, mill-inqas, għal 30 % tal-applikazzjonijiet ippreżentati minn sewwieqa li jkollhom liċenzja maħruġa f'dak l-Istat Membru.

1.6.   L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma jużawx il-funzjonalità ICDL kif prevista fil-punti 1.3 sa 1.5. F'dan il-każ, għandhom iwettqu tfittxija ġenerali CIC għal kull applikazzjoni li tasal.

1.7.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni qabel id-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament dwar jekk hux se jirreġistraw in-notifiki ICDL fir-reġistri nazzjonali tagħhom jew se jsegwu l-proċedura fil-punt 1.6.

1.8.   L-Istati Membri li, ħames snin jew inqas qabel id-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, ma rreġistrawx in-notifiki ICDL fir-reġistri nazzjonali tagħhom kif stipulat fil-punt 1.4, għandhom jagħmlu tfittxija ġenerali CIC għal 100 % tal-applikazzjonijiet, ħlief għal-liċenzji tas-sewqan li għalihom tkun ġiet irreġistrata notifika ICDL, f'liema każ għandu japplika l-punt 1.3.

1.9.   L-obbligu tal-punt 1.8 japplika għal perjodu ta' ħames snin mid-data li fiha r-reġistrazzjoni tan-notifiki ICDL tkun ġiet implimentata b'mod effettiv fir-reġistru nazzjonali ta' kull Stat Membru.

2.   Kards tas-sewwieqa rtirati, sospiżi jew misruqin

2.1.   Jekk, skont l-Artikolu 26(7) u l-Artikolu 29(2) tar-Regolament (UE) Nru 165/2014, kard tas-sewwieqa tkun ġiet irtirata, sospiża jew iddikjarata misruqa fi Stat Membru li mhux l-Istat Membru emittenti, l-awtorità kompetenti tal-ewwel Stat Membru għandha:

(a)

tivverifika l-istatus attwali tal-kard billi tibgħat rikjesta CCS lill-Istat Membru emittenti. Jekk in-numru tal-kard ma jkunx magħruf, għandha tintbagħat rikjesta ta' tfittxija mmirata CIC qabel ma tintbagħat ir-rikjesta CCS imsemmija qabel;

(b)

tibgħat notifika MCS permezz tas-sistema ta' messaġġi TACHOnet lill-Istat Membru emittenti.

3.   Skambju tal-kards tas-sewwieqa

3.1.   Meta d-detentur ta' kard tas-sewwieqa japplika għall-iskambju tal-kard tas-sewwieqa fi Stat Membru li mhux l-Istat Membru emittenti, l-awtorità kompetenti tal-Istat tal-ewwel għandha tivverifika l-istatus attwali tal-kard billi tibgħat rikjesta CCS lill-Istat tal-aħħar.

3.2.   Ladarba l-istatus tal-kard tas-sewwieqa jkun ġie ċċekkjat u l-kard tkun valida għall-iskambju, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn tkun saret l-applikazzjoni, għandha tibgħat rikjesta MCS permezz tas-sistema ta' messaġġi TACHOnet lill-Istat Membru emittenti.

3.3.   L-Istati Membri li jkunu qed iġeddu jew jiskambjaw kard tas-sewwieqa lil sewwieq li jkollu liċenzja tas-sewqan maħruġa fi Stat Membru ieħor, għandhom jinnotifikaw minnufih lill-Istat Membru emittenti, permezz tal-funzjoni ICDL, li l-kard tas-sewwieqa iġġeddet jew ġiet skambjata.


Top