EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016D2325

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2325 tad-19 ta' Diċembru 2016 dwar il-format taċ-ċertifikat dwar l-inventarju tal-materjali perikolużi maħruġ skont ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti (Test b'rilevanza għaż-ŻEE )

C/2016/8514

ĠU L 345, 20.12.2016, p. 131–135 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2016/2325/oj

20.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 345/131


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2325

tad-19 ta' Diċembru 2016

dwar il-format taċ-ċertifikat dwar l-inventarju tal-materjali perikolużi maħruġ skont ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2013 dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 u d-Direttiva 2009/16/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 jistipula r-rekwiżiti għas-sidien tal-bastimenti, għall-amministrazzjonijiet u għall-organizzazzjonijiet rikonoxxuti fir-rigward tal-iżvilupp, tal-istħarriġ u taċ-ċertifikazzjoni tal-inventarji tal-materjali perikolużi fil-bastimenti.

(2)

Skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013, il-bastimenti għandu jkollhom abbord inventarju tal-materjali perikolużi.

(3)

Skont l-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013, l-obbligu li jkollhom abbord inventarju ta' materjali perikolużi għandu japplika għall-bastimenti eżistenti mill-31 ta' Diċembru 2020, għall-bastimenti ġodda mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2018 u għall-bastimenti li jmorru għar-riċiklaġġ mid-data tal-pubblikazzjoni tal-Lista Ewropea ppubblikata skont ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013.

(4)

Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013, il-bastimenti għandu jsirilhom stħarriġ minn uffiċjali tal-amministrazzjonijiet jew ta' organizzazzjonijiet rikonoxxuti awtorizzati mill-amministrazzjonijiet. L-għan tal-istħarriġiet huwa li jikkonfermaw li l-inventarju tal-materjali perikolużi jikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli tar-Regolament.

(5)

Skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013, wara t-tlestija b'suċċess ta' stħarriġ inizjali jew ta' tiġdid, l-amministrazzjoni jew organizzazzjoni rikonoxxuta li tkun awtorizzata minnha għandha toħroġ ċertifikat tal-inventarju. Il-format taċ-ċertifikat tal-inventarju għandu jkun konsistenti mal-Appendiċi 3 tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar ir-Riċiklaġġ ta' Bastimenti li jkun Sikur u li Jħares l-Ambjent adottata f'Ħong Kong fil-15 ta' Mejju 2009 (il-“Konvenzjoni ta' Ħong Kong”).

(6)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tar-Regolament dwar ir-Riċiklaġġ tal-Bastimenti stabbilit bl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ċertifikati tal-inventarju maħruġa u approvati skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 għandhom ikunu konformi mal-format stipulat fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Diċembru 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 330, 10.12.2013, p. 1.


ANNESS

Image Image Image

Top