This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016D2322
Commission Implementing Decision (EU) 2016/2322 of 19 December 2016 on the format of the statement of completion of ship recycling required under Regulation (EU) No 1257/2013 of the European Parliament and of the Council on ship recycling (Text with EEA relevance )
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2322 tad-19 ta' Diċembru 2016 dwar il-format tad-dikjarazzjoni tat-tlestija tar-riċiklaġġ tal-bastiment meħtieġa skont ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti (Test b'rilevanza għaż-ŻEE )
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2322 tad-19 ta' Diċembru 2016 dwar il-format tad-dikjarazzjoni tat-tlestija tar-riċiklaġġ tal-bastiment meħtieġa skont ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti (Test b'rilevanza għaż-ŻEE )
C/2016/8497
ĠU L 345, 20.12.2016, p. 117–118
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
20.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 345/117 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2322
tad-19 ta' Diċembru 2016
dwar il-format tad-dikjarazzjoni tat-tlestija tar-riċiklaġġ tal-bastiment meħtieġa skont ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2013 dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 u d-Direttiva 2009/16/KE (1), u b'mod partikolari l-punt (b) tal-Artikolu 13(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 jistabbilixxi rekwiżiti għall-kumpaniji tar-riċiklaġġ tal-bastimenti, għall-faċilitajiet tar-riċiklaġġ tal-bastimenti u għall-operaturi tal-faċilitajiet tar-riċiklaġġ tal-bastimenti fir-rigward tar-riċiklaġġ tal-bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru tal-Unjoni. |
(2) |
Skont l-Artikolu 13(2)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013, l-operatur ta' faċilità għar-riċiklaġġ tal-bastimenti, fi żmien 14-il ġurnata mid-data tar-riċiklaġġ totali jew parzjali skont il-pjan għar-riċiklaġġ tal-bastiment, għandu jibgħat dikjarazzjoni tat-tlestija lill-amministrazzjoni li tkun ħarġet iċ-ċertifikat ta' bastiment lest għar-riċiklaġġ rigward il-bastiment. Il-format tad-dikjarazzjoni tat-tlestija għandu jkun konsistenti mal-Appendiċi 7 tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar ir-Riċiklaġġ ta' Bastimenti li jkun Sikur u li Jħares l-Ambjent adottata f'Ħong Kong fil-15 ta' Mejju 2009 (il-“Konvenzjoni ta' Ħong Kong”). |
(3) |
Skont l-Artikolu 3(6) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013, “riċiklaġġ tal-bastimenti” ifisser attività ta' żarmar komplet jew parzjali ta' bastiment. Għalhekk, fil-każ ta' żarmar parzjali hija meħtieġa dikjarazzjoni tat-tlestija tar-riċiklaġġ. Il-format tad-dikjarazzjoni tat-tlestija jirreferi għal faċilità waħda ta' riċiklaġġ tal-bastimenti. Fil-każ ta' żarmar ta' bastiment wieħed li jkun qed iseħħ f'diversi faċilitajiet, hija meħtieġa dikjarazzjoni separata tat-tlestija għal kull faċilità involuta fil-proċess. |
(4) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tar-Regolament dwar ir-Riċiklaġġ tal-Bastimenti stabbilit bl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-dikjarazzjonijiet tat-tlestija tar-riċiklaġġ tal-bastiment meħtieġa skont l-Artikolu 13(2)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 għandha tikkonforma mal-format stabbilit fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Diċembru 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 330, 10.12.2013, p. 1