EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016D2087

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/2087 tal-14 ta' Novembru 2016 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iżlanda li jikkonċerna preferenzi kummerċjali addizzjonali fi prodotti agrikoli

ĠU L 324, 30.11.2016, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/2087/oj

Related international agreement

30.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 324/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/2087

tal-14 ta' Novembru 2016

dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iżlanda li jikkonċerna preferenzi kummerċjali addizzjonali fi prodotti agrikoli

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-Artikolu 19 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea jipprevedi li l-Partijiet kontraenti jimpenjaw ruħhom li jkomplu bl-isforzi tagħhom biex jiksbu liberalizzazzjoni progressiva tal-kummerċ agrikolu ta' bejniethom.

(2)

Fl-24 ta' April 2012 il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati mal-Iżlanda bil-għan li tinkiseb liberalizzazzjoni akbar tal-kummerċ bilaterali fi prodotti agrikoli skont l-Artikolu 19 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea. In-negozjati ġew konklużi b'suċċess fis-17 ta' Settembru 2015 u ġie inizjalat Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iżlanda li jikkonċerna preferenzi kummerċjali addizzjonali fi prodotti agrikoli (“il-Ftehim”).

(3)

Għalhekk, il-Ftehim għandu jiġi ffirmat f'isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data iktar tard,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar f'isem l-Unjoni tal-Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iżlanda li jikkonċerna preferenzi kummerċjali addizzjonali fi prodotti agrikoli huwa b'dan awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni ta-l-Ftehim (1).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat jinnomina l-persuna jew persuni bis-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim f'isem l-Unjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha-.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Novembru 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

G. MATEČNÁ


(1)  It-test tal-Ftehim ser jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali flimkien mad-Deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.


Top