This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016D0455
Council Decision (EU) 2016/455 of 22 March 2016 authorising the opening of negotiations on behalf of the European Union on the elements of a draft text of an international legally binding instrument under the United Nations Convention on the Law of the Sea on the conservation and sustainable use of marine biodiversity of areas beyond national jurisdiction
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/455 tat-22 ta' Marzu 2016 li tawtorizza l-ftuħ ta' negozjati, f'isem l-Unjoni Ewropea, dwar l-elementi tal-abbozz ta' strument internazzjonali legalment vinkolanti fil-qafas tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar, dwar il-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tal-bijodiversità tal-baħar fiż-żoni 'l barra mill-ġurisdizzjoni nazzjonali
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/455 tat-22 ta' Marzu 2016 li tawtorizza l-ftuħ ta' negozjati, f'isem l-Unjoni Ewropea, dwar l-elementi tal-abbozz ta' strument internazzjonali legalment vinkolanti fil-qafas tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar, dwar il-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tal-bijodiversità tal-baħar fiż-żoni 'l barra mill-ġurisdizzjoni nazzjonali
ĠU L 79, 30.3.2016, p. 32–33
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
30.3.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 79/32 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/455
tat-22 ta' Marzu 2016
li tawtorizza l-ftuħ ta' negozjati, f'isem l-Unjoni Ewropea, dwar l-elementi tal-abbozz ta' strument internazzjonali legalment vinkolanti fil-qafas tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar, dwar il-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tal-bijodiversità tal-baħar fiż-żoni 'l barra mill-ġurisdizzjoni nazzjonali
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 192(1), flimkien mal-Artikolu 218(3) u (4) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
L-Unjoni formalment ikkonkludiet il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar (UNCLOS) bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/392/KE (1), fir-rigward ta' dawk il-kwistjonijiet irregolati mill-UNCLOS li għalihom il-kompetenza ġiet ittrasferita lill-Unjoni mill-Istati Membri; sal-lum l-Unjoni hija l-unika “organizzazzjoni internazzjonali” li hija parti għal dik il-Konvenzjoni fit-tifsira tal-Artikolu 305(1)(f) tal-UNCLOS u tal-Artikolu 1 tal-Anness IX tagħha. |
(2) |
Bħala parti għall-UNCLOS, l-Unjoni, flimkien mal-Istati Membri tagħha, ħadet sehem fil-Grupp ta' Ħidma Ad Hoc Informali u Miftuħ tan-NU (il-“Grupp ta' Ħidma”) biex jiġu studjati kwistjonijiet relatati mal-konservazzjoni u mal-użu sostenibbli tad-diversità bijoloġika tal-baħar 'l barra miż-żoni ta' ġurisdizzjoni nazzjonali. Fl-aħħar laqgħa tal-Grupp ta' Ħidma, ġie rrakkomandat li għandu jiġi żviluppat strument internazzjonali legalment vinkolanti fil-qafas tal-UNCLOS fuq il-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tal-bijodiversità tal-baħar fiż-żoni 'l barra mill-ġurisdizzjoni nazzjonali (“l-Istrument”). |
(3) |
Wara r-rakkomandazzjonijiet adottati mill-Grupp ta' Ħidma fit-23 ta' Jannar 2015, l-Assemblea Ġenerali tan-NU adottat, fid-19 ta' Ġunju 2015, ir-Riżoluzzjoni 69/292 li tistabbilixxi, qabel tittella' konferenza intergovernattiva, Kumitat Preparatorju, miftuħ għall-Istati kollha Membri tan-NU, għal membri ta' aġenziji speċjalizzati u għal partijiet għall-UNCLOS, bil-għan li jitħejjew rakkomandazzjonijiet sustantivi lill-Assemblea Ġenerali tan-NU dwar l-elementi ta' abbozz ta' Strument. Il-Kumitat Preparatorju ser jibda l-ħidma tiegħu fl-2016 u, sa tmiem l-2017, jirrapporta dwar il-progress tiegħu lill-Assemblea li mbagħad tiddeċiedi jekk għandhiex issir konferenza intergovernattiva u meta din għandha tibda biex tikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat Preparatorju fuq l-elementi u biex telabora t-test ta' strument internazzjonali legalment vinkolanti taħt l-UNCLOS. |
(4) |
L-Unjoni u l-Istati Membri tagħha huma partijiet għall-UNCLOS. Flimkien mal-Istati Membri tagħha, l-Unjoni għandha tipparteċipa fin-negozjati fuq l-elementi ta' abbozz ta' Strument li għandu jiġi żviluppat mill-Kumitat Preparatorju. Id-drittijiet parteċipattivi tal-Unjoni fil-laqgħa ta' dan il-Kumitat huma koperti bil-paragrafu 1(j) tar-Riżoluzzjoni 69/292. |
(5) |
Din id-deċiżjoni li jinfetħu n-negozjati u d-Direttivi tan-Negozjar tagħha jistgħu jiġu segwiti fi stadju ulterjuri minn deċiżjoni oħra b'Direttivi tan-Negozjar għall-parteċipazzjoni fi kwalunkwe konferenza intergovernattiva. |
(6) |
Il-kwistjonijiet koperti min-negozjati jistgħu jaqgħu fl-oqsma ta' kompetenza tal-Unjoni kif ukoll fl-oqsma ta' kompetenza tal-Istati Membri, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kummissjoni hija b'dan awtorizzata tinnegozja, f'isem l-Unjoni, fir-rigward ta' kwistjonijiet li jaqgħu fil-kompetenza tal-Unjoni u li fir-rigward tagħhom l-Unjoni adottat regoli, dwar l-elementi ta' abbozz ta' test ta' strument internazzjonali legalment vinkolanti fil-qafas tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar dwar il-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tal-bijodiversità tal-baħar ta' oqsma 'l barra mill-ġurisdizzjoni nazzjonali f'laqgħat tal-Kumitat Preparatorju tan-NU stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU 69/292.
Artikolu 2
Il-Kummissjoni għandha twettaq in-negozjati f'isem l-Unjoni, fir-rigward ta' kwistjonijiet li jaqgħu fil-kompetenza tal-Unjoni u li fir-rigward tagħhom l-Unjoni adottat regoli, f'konformità mad-Direttivi tan-Negozjar stipulati fl-Addendum għal din id-Deċiżjoni. Id-Direttivi tan-Negozjar ma jistgħux jinqraw bħala li jaffettwaw bi kwalunkwe mod il-kompetenzi rispettivi tal-Unjoni u l-Istati Membri.
Artikolu 3
Il-Kummissjoni għandha twettaq dawn in-negozjati f'konsultazzjoni mal-kumitat speċjali li huwa b'dan stabbilit. Il-Kumitat speċjali huwa l-Grupp ta' Ħidma dwar il-Liġi tal-Baħar (COMAR).
Artikolu 4
Safejn is-suġġett tan-negozjati jkun jaqa' fil-kompetenzi kemm tal-Unjoni kif ukoll tal-Istati Membri tagħha, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jikkooperaw mill-qrib matul il-proċess tan-negozjati, bil-għan li tkun żgurata unità fir-rappreżentanza internazzjonali tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Kummissjoni.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Marzu 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
A.G. KOENDERS
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill 98/392/KE tat-23 ta' Marzu 1998 li tirrigwarda l-konklużjoni mill-Komunità Ewropea tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-10 ta' Diċembru 1982 dwar il-Liġi tal-Baħar u l-Ftehim tat-28 ta' Lulju 1994 li għandu x'jaqsam mal-implimentazzjoni tal-Parti XI tiegħu (ĠU L 179, 23.6.1998, p. 1).