EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015D1055

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1055 tat-30 ta' Ġunju 2015 dwar il-konsistenza ta' ċerti miri fil-pjanijiet għall-blokok tal-ispazju tal-ajru nazzjonali jew funzjonali mressqa mill-Iżvizzera skont ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill mal-miri tal-prestazzjoni għall-Unjoni kollha għat-tieni perjodu ta' referenza (notifikata bid-dokument C(2015) 4403) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 171, 2.7.2015, p. 14–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2015/1055/oj

2.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 171/14


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1055

tat-30 ta' Ġunju 2015

dwar il-konsistenza ta' ċerti miri fil-pjanijiet għall-blokok tal-ispazju tal-ajru nazzjonali jew funzjonali mressqa mill-Iżvizzera skont ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill mal-miri tal-prestazzjoni għall-Unjoni kollha għat-tieni perjodu ta' referenza

(notifikata bid-dokument C(2015) 4403)

(It-testi bil-Franċiż, bil-Ġermaniz u bit-Taljan biss huma awtentiċi)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru (il-Ftehim) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament qafas) (2), kif inkorporat fil-Ftehim u b'mod partikolari l-Artikolu 11(3)(c) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 549/2004, kif inkorporat fil-Ftehim, l-Istati Membri u l-Iżvizzera għandhom jadottaw il-pjanijiet nazzjonali jew tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali (“FAB”), inklużi l-miri nazzjonali vinkolanti jew il-miri fil-livell tal-FABs, filwaqt li jiżguraw il-konsistenza mal-miri tal-prestazzjoni għall-Unjoni kollha. Dak ir-Regolament jistipula wkoll li l-Kummissjoni għandha tevalwa l-konsistenza ta' dawk il-miri abbażi tal-kriterji tal-valutazzjoni msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 11(6) tiegħu, u li l-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li toħroġ rakkomandazzjonijiet f'każ li tidentifika li dawk il-kriterji ma ntlaħqux. Regoli dettaljati f'dan ir-rigward ġew stabbiliti fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 390/2013 (3).

(2)

Il-miri tal-prestazzjoni għall-Unjoni kollha fl-oqsma ewlenin tal-prestazzjoni tas-sikurezza u tal-ambjent, tal-kapaċità u tal-kosteffiċjenza għat-tieni perjodu ta' referenza (2015-2019) ġew adottati bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/132/UE (4).

(3)

Fit-30 ta' Ġunju 2014, l-Iżvizzera bagħtet il-pjan tal-prestazzjoni fil-livell tal-FAB, f'dan il-każ l-FAB tal-Ewropa Ċentrali (“FABEC”), lill-Kummissjoni. Għall-valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni bbażat ruħha fuq l-informazzjoni ppreżentata fil-pjan tal-prestazzjoni.

(4)

Il-Korp ta' Analiżi tal-Prestazzjoni, li huwa inkarigat li jassisti lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tal-iskema tal-prestazzjoni skont l-Artikolu 3 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013, ippreżenta l-ewwel rapport ta' valutazzjoni lill-Kummissjoni fis-7 ta' Ottubru 2014 u verżjoni aġġornata ta' dak ir-rapport fil-15 ta' Diċembru 2014. Il-Kummissjoni rċeviet ukoll mingħand il-Korp ta' Analiżi tal-Prestazzjoni, rapporti bbażati fuq informazzjoni mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali dwar il-monitoraġġ tal-pjanijiet u tal-miri tal-prestazzjoni ppreżentati skont l-Artikolu 18(4) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013.

(5)

Fir-rigward tal-qasam tal-prestazzjoni ewlieni tas-sikurezza, ġiet ivvalutata l-konsistenza tal-miri ppreżentati mill-Iżvizzera, kif stabbiliti fil-pjan tal-prestazzjoni tal-FABEC, dwar l-effettività tal-ġestjoni tas-sikurezza u l-applikazzjoni tal-klassifikazzjoni tas-severità abbażi tal-metodoloġija tal-Għodda għall-Analiżi tar-Riskju (RAT), skont il-prinċipji stabbiliti fil-punt 2 tal-Anness IV tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013. Dik il-valutazzjoni wriet li dawk il-miri ppreżentati huma konsistenti mal-mira tal-prestazzjoni rilevanti għall-Unjoni kollha.

(6)

Fir-rigward tal-qasam tal-prestazzjoni ewlieni tal-ambjent, ġiet ivvalutata l-konsistenza tal-miri ppreżentati mill-Iżvizzera, kif stabbiliti fil-pjan tal-prestazzjoni tal-FABEC, skont il-prinċipji stabbiliti fil-punt 3 tal-Anness IV tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013, bl-użu tal-valuri ta' referenza tal-FAB rispettivi għall-effiċjenza ta' titjira en route orizzontali tal-perkors effettiv li, meta jiġu applikati, jiżguraw li fil-livell tal-Unjoni tintlaħaq il-mira tal-prestazzjoni għall-Unjoni kollha, ikkalkulata mill-Maniġer tan-Netwerk u stabbilita fil-Pjan Operattiv tan-Netwerk (2014-2018/2019) fl-aktar verżjoni reċenti tiegħu ta' Ġunju 2014 (“il-Pjan Operattiv tan-Netwerk”). Dik il-valutazzjoni wriet li dawk il-miri ppreżentati huma konsistenti mal-mira tal-prestazzjoni rilevanti għall-Unjoni kollha.

(7)

Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-miri inklużi fil-pjan tal-prestazzjoni mfassal mill-Iżvizzera b'rabta mall-FABEC, huma konsistenti mal-miri tal-prestazzjoni għall-Unjoni kollha fl-oqsma tal-prestazzjoni ewlenin tas-sikurezza u tal-ambjent. Għaldaqstant, fir-rigward ta' dawk il-miri kollha, ma hemmx bżonn li jinħarġu rakkomandazzjonijiet biex l-awtorità superviżorja nazzjonali kkonċernata tipproponi miri riveduti. Fir-rigward tal-miri ppreżentati mill-Iżvizzera fl-oqsma tal-prestazzjoni ewlenin tal-kapaċità u tal-kosteffiċjenza, kif stabbiliti fil-pjan tal-prestazzjoni tal-FABEC, li mhumiex konsistenti mal-miri tal-prestazzjoni għall-Unjoni kollha, il-Kummissjoni ħarġet rakkomandazzjonijiet għar-reviżjoni ta' dawk il-miri, kif stabbilit fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-inkonsistenza tal-miri mressqa mill-Iżvizzera.

(8)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar Ajru Uniku,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-miri tal-prestazzjoni li jikkonċernaw l-oqsma ta' prestazzjoni ewlenin tas-sikurezza u tal-ambjent li huma inklużi fil-pjan ta' prestazzjoni tal-FABEC ippreżentat mill-Iżvizzera skont ir-Regolament (KE) Nru 549/2004, kif inkorporat fil-Ftehim, u li huma elenkati fl-Anness, huma konsistenti mal-miri tal-prestazzjoni għall-Unjoni kollha għat-tieni perjodu ta' referenza, stabbiliti fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/132/UE.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Konfederazzjoni Żvizzera.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Ġunju 2015.

Għall-Kummissjoni

Violeta BULC

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 114, 30.4.2002, p. 73.

(2)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 1.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 390/2013 li jistabbilixxi skema ta' prestazzjoni għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u għall-funzjonijiet tan-netwerk (ĠU L 128, 9.5.2013, p. 1).

(4)  Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Marzu 2014 li tistabbilixxi miri tal-prestazzjoni mal-Unjoni kollha għan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u l-livelli limiti ta' twissija għat-tieni perjodu ta' referenza mill-2015 sal-2019 (ĠU L 71, 12.3.2014, p. 20).


ANNESS

Il-miri tal-prestazzjoni fl-oqsma tal-prestazzjoni ewlenin tas-sikurezza, tal-ambjent, tal-kapaċità u tal-kosteffiċjenza inklużi fil-pjanijiet għall-blokok tal-ispazju tal-ajru nazzjonali jew funzjonali mressqa mill-Iżvizzera skont ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 li nstab li huma konsistenti mal-miri tal-prestazzjoni għall-Unjoni kollha għat-tieni perjodu ta' referenza

IL-QASAM TAL-PRESTAZZJONI EWLIENI TAS-SIKUREZZA

L-effettività tal-Ġestjoni tas-Sikurezza (EOSM) u l-applikazzjoni tal-klassifikazzjoni tas-severità bbażata fuqil-metodoloġija tal-Għodda għall-Analiżi tar-Riskju (RAT)

STAT MEMBRU

FAB

EOSM

ATM Livell tal-Art % (RAT)

ATM Livell Globali % (RAT)

 

STAT Livell

ANSP Livell

2017

2019

2017

2019

 

SC

MO oħrajn

SMI

RI's

ATM-S

SMI

RI's

ATM-S

SMI

RI's

ATM-S

SMI

RI's

ATM-S

L-Iżvizzera

FAB EC

C

C

D

≥ 80

≥ 80

≥ 80

100

100

100

≥ 80

≥ 80

≥ 80

≥ 80

≥ 80

100

[Il-Belġju]

[Il-Lussemburgu]

[In-Netherlands]

[Franza]

[Il-Ġermanja]

Taqsiriet:

“SC”

:

L-għan tal-ġestjoni “Kultura tas-Sikurezza” kif imsemmi fil-punt 1.1.(a) tat-Taqsima 2 tal-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013

“MO oħrajn”

:

L-għanijiet tal-ġestjoni (Management Objectives) kif indikati fil-punt 1.1.(a) tat-Taqsima 2 tal-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013 għajr il-“kultura tas-sikurezza”

“RIs”

:

Inkursjonijiet fuq ir-runway

“SMI”

:

Ksur tas-separazzjoni minima

“ATM-S”

:

Okkorrenzi speċifiċi marbuta mal-ATM

IL-QASAM TAL-PRESTAZZJONI EWLIENI TAL-AMBJENT

L-effiċjenza ta' titjira orizzontali en route tat-trajettorja effettiva

STAT MEMBRU

FAB

MIRA tal-FAB tal-AMBJENT

2019

[Il-Belġju/il-Lussemburgu]

FAB EC

2,96 %

[Franza]

[Il-Ġermanja]

[In-Netherlands]

L-Iżvizzera


Top