This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014R1024
Commission Implementing Regulation (EU) No 1024/2014 of 26 September 2014 fixing the allocation coefficient to be applied to the quantities covered by applications for import licences lodged from 8 to 14 September 2014 under the tariff quotas opened by Regulation (EC) No 891/2009 and Implementing Regulation (EU) No 170/2013 in the sugar sector and suspending submission of applications for such licences
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1024/2014 tas- 26 ta' Settembru 2014 li jiffissal-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandha tapplika għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqa mit- 8 sal- 14 ta' Settembru 2014 fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 891/2009 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 170/2013 fis-settur taz-zokkor u s-sospensjoni tat-tressiq tal-applikazzjoni għal liċenzji bħal dawn
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1024/2014 tas- 26 ta' Settembru 2014 li jiffissal-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandha tapplika għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqa mit- 8 sal- 14 ta' Settembru 2014 fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 891/2009 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 170/2013 fis-settur taz-zokkor u s-sospensjoni tat-tressiq tal-applikazzjoni għal liċenzji bħal dawn
ĠU L 283, 27.9.2014, pp. 44–46
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
27.9.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 283/44 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1024/2014
tas-26 ta' Settembru 2014
li jiffissal-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandha tapplika għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqa mit-8 sal-14 ta' Settembru 2014 fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 891/2009 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 170/2013 fis-settur taz-zokkor u s-sospensjoni tat-tressiq tal-applikazzjoni għal liċenzji bħal dawn
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 188(1) u (3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 891/2009 tal-Kummissjoni (2) u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 170/2013 tal-Kummissjoni (3) fetħu kwoti tarrifarji annwali għall-importazzjoni ta' prodotti fis-settur taz-zokkor. |
|
(2) |
Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet tal-liċenzji ta' importazzjoni mressqa mit-8 sal-14 ta' Settembru 2014 għas-subperjodu mill-1 sal-31 ta' Ottubru 2014 jeċċedu l-kwantitajiet disponibbli skont l-ordni numru 09.4321. Għalhekk, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet mitluba, ikkalkulati f'konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (4). Il-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet oħra għal liċenzji ta' importazzjoni skont dik l-ordni b'dak in-numru għandhom jiġu sospiżi sa tmiem il-perjodu tal-kwota. |
|
(3) |
Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet tal-liċenzji ta' importazzjoni mressqa mit-8 sal-14 ta' Settembru 2014 għas-subperjodu mill-1 sal-31 ta' Ottubru 2014 huma ugwali għall-kwantitajiet disponibbli skont l-ordni numru 09.4367. Il-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet oħra għal liċenzji ta' importazzjoni skont dik l-ordni b'dak in-numru għandhom jiġu sospiżi sa tmiem il-perjodu tal-kwota. |
|
(4) |
Sabiex tiġi żgurata l-ġestjoni effiċjenti tal-miżura, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet tal-liċenzji ta' importazzjoni mressqa skont ir-Regolament (KE) Nru 891/2009 u skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 170/2013 mit-8 sal-14 ta' Settembru 2014, għandhom jinħarġu skont il-koeffiċjent ta' allokazzjoni stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
2. Il-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet ġodda għal liċenzji ta' importazzjoni skont l-ordinijiet bin-numri indikati fl-Anness hija sospiża sa tmiem il-perjodu tal-kwota 2014/2015.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Settembru 2014.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009 tal-25 ta' Settembru 2009 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur taz-zokkor (ĠU L 254, 26.9.2009, p. 82).
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 170/2013 tal-25 ta' Frar 2013 li jistipula miżuri ta' tranżizzjoni fis-settur taz-zokkor minħabba l-adeżjoni tal-Kroazja (ĠU L 55, 27.2.2013, p. 1).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b'sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13).
ANNESS
“Il-konċessjonijiet CXL taz-zokkor”
Il-perjodu tal-kwota 2014/2015
Applikazzjonijiet imressqa mit-8 sal-14 ta' Settembru 2014
|
In-numru tal-ordni |
Il-pajjiż |
Il-koeffiċjent tal-allokazzjoni (f'perċentwal) |
Applikazzjonijiet ġodda |
|
09.4317 |
L-Awstralja |
— |
— |
|
09.4318 |
Il-Brażil |
— |
— |
|
09.4319 |
Kuba |
— |
— |
|
09.4320 |
Kull pajjiż terz |
— |
— |
|
09.4321 |
L-Indja |
33.311125 |
Sospiżi |
“Iz-zokkor mill-Balkani”
Il-perjodu tal-kwota 2014/2015
Applikazzjonijiet imressqa mit-8 sal-14 ta' Settembru 2014
|
In-numru tal-ordni |
Il-pajjiż |
Il-koeffiċjent tal-allokazzjoni (f'perċentwal) |
Applikazzjonijiet ġodda |
|
09.4324 |
L-Albanija |
— |
— |
|
09.4325 |
Il-Bosnja-Ħerzegovina |
— |
— |
|
09.4326 |
Is-Serbja |
— |
— |
|
09.4327 |
Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja |
— |
— |
Il-miżuri tranżitorji, “Zokkor għal importazzjoni eċċezzjonali” u “Zokkor industrijali”
Il-perjodu tal-kwota 2014/2015
Applikazzjonijiet imressqa mit-8 sal-14 ta' Settembru 2014
|
In-numru tal-ordni |
It-tip |
Il-koeffiċjent tal-allokazzjoni (f'perċentwal) |
Applikazzjonijiet ġodda |
|
09.4367 |
Miżuri tranżitorji (il-Kroazja) |
— |
Sospiżi |
|
09.4380 |
Importazzjoni eċċezzjonali |
— |
— |
|
09.4390 |
Zokkor industrijali |
— |
— |