This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014R0668
Commission Implementing Regulation (EU) No 668/2014 of 13 June 2014 laying down rules for the application of Regulation (EU) No 1151/2012 of the European Parliament and of the Council on quality schemes for agricultural products and foodstuffs
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat- 13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat- 13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36–61
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 08/06/2022
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32014R0668R(01) | (HR) | |||
Corrected by | 32014R0668R(02) | (BG, CS, DA, DE, EL, EN, ES, ET, FI, FR, HU, IT, LT, LV, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, SV, HR) | |||
Corrected by | 32014R0668R(03) | (DE, PT) | |||
Corrected by | 32014R0668R(04) | (MT) | |||
Corrected by | 32014R0668R(05) | (MT) | |||
Corrected by | 32014R0668R(06) | (MT) | |||
Corrected by | 32014R0668R(07) | (MT) | |||
Corrected by | 32014R0668R(08) | (PT) | |||
Modified by | 32022R0892 | Sostituzzjoni | artikolu 12 | 08/06/2022 | |
Modified by | 32022R0892 | Sostituzzjoni | anness V | 08/06/2022 | |
Modified by | 32022R0892 | Żieda | artikolu 8 paragrafu mhux numerat | 08/06/2022 | |
Modified by | 32022R0892 | Żieda | artikolu 10a | 08/06/2022 | |
Modified by | 32022R0892 | Żieda | artikolu 12a | 08/06/2022 | |
Modified by | 32022R0892 | Żieda | anness XI taqsima 2 parti I inċiż | 08/06/2022 | |
Modified by | 32022R0892 | Sostituzzjoni | anness VI | 08/06/2022 | |
Modified by | 32022R0892 | Żieda | artikolu 14 paragrafu 5 | 08/06/2022 | |
Modified by | 32022R0892 | Sostituzzjoni | artikolu 6 | 08/06/2022 | |
Modified by | 32022R0892 | Żieda | artikolu 10b | 08/06/2022 | |
Modified by | 32022R0892 | Sostituzzjoni | anness VII | 08/06/2022 | |
Modified by | 32022R0892 | Sostituzzjoni | anness XI taqsima 2 parti II | 08/06/2022 | |
Modified by | 32022R0892 | Sostituzzjoni | artikolu 10 | 08/06/2022 | |
Modified by | 32022R0892 | Żieda | artikolu 14a | 08/06/2022 | |
Modified by | 32022R0892 | Sostituzzjoni | anness VIII | 08/06/2022 |
19.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 179/36 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 668/2014
tat-13 ta' Ġunju 2014
li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(2), l-Artikolu 11(3), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12(7), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(2), l-Artikolu 22(2), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 23(4), l-Artikolu 44(3), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 49(7), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 51(6), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(3) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 54(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 irrevoka u ssostitwixxa r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 tal-20 ta' Marzu 2006 dwar prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel bħala speċjalitajiet tradizzjonali garantiti (2) u (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (3). Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta atti ddelegati u ta' implimentazzjoni. Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel tal-iskemi tal-kwalità għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel fil-qafas legali l-ġdid, għandhom jiġu adottati ċerti regoli permezz ta' tali atti. Ir-regoli l-ġodda għandhom jissostitwixxu r-regoli ta' implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1898/2006 tal-14 ta' Diċembru 2006 li jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u tal-ikel (4) u (KE) Nru 1216/2007 tat-18 ta' Ottubru 2007 li jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 dwar prodotti agrikoli u prodotti tal-ikel bħala speċjalitajiet tradizzjonali garantiti (5). Dawk ir-Regolamenti huma rrevokati mir-Regolament Iddelegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014 tat-18 ta' Diċembru 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-twaqqif tas-simboli tal-Unjoni għal denominazzjonijiet protetti ta' oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u speċjalitajiet tradizzjonali garantiti u fir-rigward ta' ċerti regoli dwar il-provvista, ċerti regoli proċedurali u ċerti regoli tranżitorji addizzjonali (6). |
(2) |
Għandhom jiġu stipulati regoli speċifiċi li jikkonċernaw l-użu ta' karattri lingwistiċi għal denominazzjoni protetta ta' oriġini, indikazzjoni ġeografika protetta u speċjalità tradizzjonali garantita, kif ukoll it-traduzzjonijiet tal-pretensjoni li takkumpanja speċjalità tradizzjonali garantita sabiex jiġi żgurat li l-operaturi u l-konsumaturi fl-Istati Membri kollha jkunu jistgħu jaqraw u jifhmu tali ismijiet u pretensjonijiet. |
(3) |
Iż-żona ġeografika tad-denominazzjonijiet protetti ta' oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti għandhom jiġu definiti fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott b'mod preċiż u ddettaljat li ma jippreżenta ebda ambigwità sabiex il-produtturi, l-awtoritajiet kompetenti u l-korpi ta' kontroll ikunu jistgħu joperaw fuq bażi ċerta u affidabbli. |
(4) |
Għandu jiġi stabbilit obbligu li jiġu inklużi regoli dettaljati dwar l-oriġini u l-kwalità tal-għalf fl-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali, li l-ismijiet tagħhom jiġu rreġistrati bħala denominazzjonijiet protetti ta' oriġini sabiex tiġi garantita l-kwalità uniformi tal-prodott u sabiex jiġi armonizzat il-mod ta' kif jiġu abbozzati dawk ir-regoli. |
(5) |
L-ispeċifikazzjoni tal-prodott għal denominazzjonijiet protetti ta' oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti għandhom jinkludu l-miżuri meħuda sabiex jiġi żgurat li l-prodott joriġina miż-żona ġeografika definita, kif imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. Dawk il-miżuri għandhom ikunu ċari u ddettaljati sabiex jippermettu li jiġu rintraċċati l-prodott, il-materja prima, l-għalf u oġġetti oħrajn li jkunu ġejjin miż-żona ġeografika definita. |
(6) |
Fir-rigward tal-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta' isem jew għall-approvazzjoni ta' emenda li tkopri prodotti distinti, jeħtieġ li jiġi definit f'liema każijiet il-prodotti li jġorru l-istess isem irreġistrat jitqiesu bħala prodotti distinti. Sabiex jiġi evitat li l-prodotti li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti għall-ismijiet ta' oriġini u għall-indikazzjonijiet ġeografiċi msemmija fl-Artikolu 5(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 jiġu kkummerċjalizzati bl-użu ta' isem irreġistrat, għandha tintwera l-konformità mar-rekwiżiti għar-reġistrazzjoni għal kull prodott distint kopert minn applikazzjoni. |
(7) |
L-ippakkjar ta' prodott agrikolu jew ta' oġġett tal-ikel jew l-operazzjonijiet li jikkonċernaw il-preżentazzjoni tiegħu, bħal tqattigħ jew ħakk, ristretti għal żona ġeografika definita, jikkostitwixxu restrizzjoni fuq il-moviment ħieles tal-merkanzija u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi. Fid-dawl tal-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, tali restrizzjonijiet jistgħu jiġu imposti biss jekk ikunu meħtieġa, proporzjonati u kapaċi jżommu r-reputazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika jew id-denominazzjoni ta' oriġini. Kif imsemmi fil-punt (e) tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, għandhom jiġu pprovduti ġustifikazzjonijiet speċifiċi tal-prodotti għal tali restrizzjonijiet. |
(8) |
Għall-funzjonament bla xkiel tas-sistema, għandhom jiġu speċifikati l-proċeduri għall-applikazzjonijiet, il-proċeduri ta' oppożizzjoni, l-emendi u l-kanċellazzjonijiet. |
(9) |
Bil-għan li jiġu żgurati proċeduri effikaċi u uniformi, għandhom jiġu pprovduti formoli li jikkonċernaw l-applikazzjonijiet, il-proċeduri ta' oppożizzjoni, l-emendi, il-kanċellazzjonijiet kif ukoll formoli li jikkonċernaw il-pubblikazzjoni ta' dokumenti uniċi għall-ismijiet li kienu rreġistrati qabel il-31 ta' Marzu 2006. |
(10) |
Għall-finijiet ta' ċertezza legali, għandhom jiġu speċifikati b'mod ċar il-kriterji għall-identifikazzjoni tad-data tas-sottomissjoni ta' applikazzjoni għar-reġistrazzjoni u tas-sottomissjoni ta' applikazzjoni għal emenda. |
(11) |
Għandu jiġi stabbilit limitu għat-tul ta' dokumenti waħdanin sabiex ikun hemm proċess aktar issimplifikat u għall-ħtiġijiet ta' standardizzazzjoni. |
(12) |
Għandhom jiġu adottati regoli speċifiċi dwar id-deskrizzjoni tal-prodott u tal-metodu ta' produzzjoni għall-ħtiġijiet ta' standardizzazzjoni. Sabiex tkun tista' ssir eżaminazzjoni faċli u malajr tal-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta' isem jew għall-approvazzjoni ta' emenda, id-deskrizzjoni tal-prodott u tal-metodu ta' produzzjoni għandha tinkludi biss l-elementi rilevanti u komparabbli. Għandhom jiġu evitati kwalunkwe repetizzjonijiet, rekwiżiti impliċiti u partijiet żejda. |
(13) |
Għall-finijiet taċ-ċertezza legali, għandhom jiġu ffissati skadenzi li jikkonċernaw il-proċedura ta' oppożizzjoni, filwaqt li jiġu stabbiliti l-kriterji għall-identifikazzjoni tad-dati tal-bidu ta' dawk l-iskadenzi. |
(14) |
Għall-finijiet tat-trasparenza, l-informazzjoni li tikkonċerna l-applikazzjonijiet għal emenda u t-talbiet għal kanċellazzjoni li jridu jiġu ppubblikati skont l-Artikolu 50(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 għandha tkun eżawrjenti. |
(15) |
Għall-finijiet ta' normalizzazzjoni u simplifikazzjoni, il-forma elettronika għandha tkun l-uniku mezz ta' komunikazzjoni permessa għat-trasmissjoni tal-applikazzjonijiet, l-informazzjoni u d-dokumenti. |
(16) |
Għandhom jiġu stabbiliti r-regoli dwar l-użu ta' simboli u indikazzjonijiet fuq il-prodotti kkummerċjalizzati taħt denominazzjonijiet protetti ta' oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi protetti jew speċjalitajiet tradizzjonali garantiti, inkluż dwar il-verżjonijiet lingwistiċi xierqa li għandhom jintużaw. |
(17) |
Għandhom jiġu ċċarati r-regoli dwar l-użu ta' ismijiet irreġistrati b'assoċjazzjoni mas-simboli, mal-indikazzjonijiet jew mal-abbrevjazzjonijiet korrispondenti, kif imsemmi fl-Artikolu 12(3) u (6) u fl-Artikolu 23(3) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. |
(18) |
Sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni uniformi tal-indikazzjonijiet, tal-abbrevjazzjonijiet u tas-simboli u sabiex titqajjem kuxjenza pubblika dwar l-iskemi tal-kwalità tal-Unjoni, għandhom jiġu stabbiliti regoli dwar l-użu ta' indikazzjonijiet, abbrevjazzjonijiet u simboli fil-mezzi tax-xandir jew fir-reklamar b'konnessjoni ma' prodotti li jiġu mmanifatturati b'konformità mal-iskema tal-kwalità rispettiva. |
(19) |
Għandhom jiġu adottati regoli dwar il-kontenut u l-forma tar-Reġistru ta' denominazzjonijiet protetti ta' oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u speċjalitajiet tradizzjonali garantiti bil-għan li jiġu żgurati t-trasparenza u ċ-ċertezza legali. |
(20) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Politika dwar il-Kwalità tal-Prodotti Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Regoli speċifiċi għal isem
1. Id-denominazzjoni protetta ta' oriġini, indikazzjoni ġeografika protetta jew speċjalità tradizzjonali garantita għandhom jiġu rreġistrati fil-kitba oriġinali tagħhom. Meta l-kitba oriġinali ma tkunx f'karattri Latini, għandha tiġi rreġistrata traskrizzjoni bil-karattri Latini flimkien mal-isem fil-kitba oriġinali tiegħu.
2. Meta l-isem ta' speċjalità tradizzjonali garantita jkun akkumpanjat mill-pretensjoni msemmija fl-Artikolu 18(3) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 u dik il-pretensjoni tkun trid tiġi tradotta fil-lingwi uffiċjali l-oħrajn, tali traduzzjonijiet għandhom jiġu inklużi fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott.
Artikolu 2
Definizzjoni taż-żona ġeografika
Fir-rigward tad-denominazzjonijiet protetti ta' oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti, iż-żona ġeografika għandha tiġi definita b'mod preċiż li ma jippreżenta ebda ambigwità, b'referenza kemm jista' jkun possibbli għall-konfini fiżiċi jew amministrattivi.
Artikolu 3
Regoli speċifiċi dwar l-għalf
L-ispeċifikazzjoni ta' prodott li ġej mill-annimali, li l-isem tiegħu huwa rreġistrat bħala denominazzjoni protetta ta' oriġini, għandha tinkludi regoli dettaljati dwar l-oriġini u l-kwalità tal-għalf.
Artikolu 4
Prova tal-oriġini
1. L-ispeċifikazzjoni ta' prodott għal denominazzjoni protetta ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta għandha tidentifika l-proċeduri li għandu jkollhom fis-seħħ l-operaturi fir-rigward tal-prova tal-oriġini li tikkonċerna l-prodott, il-materja prima, l-għalf u oġġetti oħrajn li, skont l-ispeċifikazzjoni tal-prodott, għandhom ikunu ġejjin miż-żona ġeografika definita.
2. L-operaturi għandhom ikunu jistgħu jidentifikaw:
(a) |
il-fornitur, il-kwantità u l-oriġini tal-lottijiet kollha ta' materja prima u/jew prodotti rċevuti; |
(b) |
il-benefiċjarju, il-kwantità u d-destinazzjoni tal-prodotti fornuti; |
(c) |
il-korrelazzjoni bejn kull lott ta' inputs imsemmija fil-punt (a) u kull lott ta' outputs imsemmija fil-punt (b). |
Artikolu 5
Deskrizzjoni ta' bosta prodotti distinti
Meta l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta' isem jew l-approvazzjoni ta' emenda tiddeskrivi bosta prodotti distinti li huma intitolati sabiex jużaw dak l-isem, il-konformità mar-rekwiżiti għar-reġistrazzjoni għandha tintwera separatament għal kull prodott bħal dan.
Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, “prodotti distinti” tfisser prodotti li, għalkemm jużaw l-istess isem irreġistrat, ivarjaw minn xulxin meta jitpoġġew fis-suq jew jitqiesu bħala prodotti differenti mill-konsumaturi.
Artikolu 6
Ir-rekwiżiti proċedurali għall-applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni
1. Id-dokument uniku ta' denominazzjoni protetta ta' oriġini jew ta' indikazzjoni ġeografika protetta li ssir referenza għalih fil-punt (c) tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 għandu jinkludi l-informazzjoni mitluba fl-Anness I għal dan ir-Regolament. Dan id-dokument għandu jitfassal skont il-formola prevista f'dak l-Anness. Huwa għandu jkun konċiż u ma jaqbiżx l-2 500 kelma, għajr f'każijiet li jkunu debitament ġustifikati.
Ir-referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott inkluża fid-dokument uniku għandha twassal għall-verżjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott kif proposta.
2. L-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta' speċjalità tradizzjonali garantita msemmija fl-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 għandha tinkludi l-informazzjoni mitluba fl-Anness II għal dan ir-Regolament. Hija għandha titfassal skont il-formola prevista f'dak l-Anness.
3. Id-data tas-sottomissjoni ta' applikazzjoni għandha tkun id-data li fiha tintbagħat l-applikazzjoni lill-Kummissjoni b'mezzi elettroniċi. Il-Kummissjoni għandha tibgħat irċevuta tal-kunsinna.
Artikolu 7
Regoli speċifiċi għad-deskrizzjoni tal-prodott u tal-metodu tal-produzzjoni
1. Id-dokument uniku għal applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta' denominazzjoni protetta ta' oriġini jew ta' indikazzjoni ġeografika protetta msemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 għandu jidentifika l-prodott billi juża d-definizzjonijiet u l-istandards użati komunement għal dak il-prodott.
Id-deskrizzjoni għandha tiffoka fuq l-ispeċifiċità tal-prodott li jġorr l-isem li għandu jiġi rreġistrat, billi tuża l-unitajiet tal-kejl u t-termini komuni jew tekniċi ta' tqabbil, mingħajr ma tinkludi l-karatteristiċi tekniċi inerenti għall-prodotti kollha ta' dak it-tip u r-rekwiżiti legali obbligatorji relatati applikabbli għall-prodotti kollha ta' dak it-tip.
2. Id-deskrizzjoni tal-prodott għal speċjalità tradizzjonali garantita msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 għandha ssemmi biss il-karatteristiċi meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-prodott u tal-karatteristiċi speċifiċi tiegħu. Hija ma għandhiex tirrepeti l-obbligi ġenerali u, b'mod partikolari, il-karatteristiċi tekniċi li huma inerenti għall-prodotti kollha ta' dak it-tip u r-rekwiżiti legali obbligatorji relatati.
Id-deskrizzjoni tal-metodu ta' produzzjoni msemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 għandha tinkludi biss il-metodu ta' produzzjoni fis-seħħ. Il-prattiki storiċi għandhom jiġu inklużi biss jekk ikunu għadhom qegħdin jiġu segwiti. Għandu jiġi deskritt biss il-metodu li huwa meħtieġ għall-kisba tal-prodott speċifiku u dan għandu jsir b'tali mod li jippermetti r-riproduzzjoni tal-prodott kullimkien.
L-elementi ewlenin li jagħtu prova tal-karattru tradizzjonali tal-prodott għandhom jinkludu l-elementi ewlenin li baqgħu ma nbidlux, b'referenzi preċiżi u stabbiliti sewwa.
Artikolu 8
Applikazzjonijiet konġunti
Għandha tiġi sottomessa applikazzjoni konġunta msemmija fl-Artikolu 49(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 lill-Kummissjoni minn Stat Membru kkonċernat, jew minn grupp applikant f'pajjiż terz ikkonċernat, direttament jew permezz tal-awtoritajiet ta' dak il-pajjiż terz. Din għandha tinkludi d-dikjarazzjoni msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 8(2) jew fil-punt (b) tal-Artikolu 20(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 mill-Istati Membri kollha kkonċernati. Ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 8 u 20 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 għandhom jiġu ssodisfati fl-Istati Membri u l-pajjiżi terzi kollha kkonċernati.
Artikolu 9
Ir-regoli proċedurali għall-proċeduri ta' oppożizzjoni
1. Għall-finijiet tal-Artikolu 51(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, għandha titfassal dikjarazzjoni raġunata ta' oppożizzjoni skont il-formola stabbilita fl-Anness III għal dan ir-Regolament.
2. Il-perjodu ta' tliet xhur imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 51(3) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 għandu jibda mid-data li fiha tintbagħat l-istedina b'mezzi elettroniċi lill-partijiet interessati sabiex jintlaħaq ftehim bejniethom.
3. In-notifika msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament Iddelegat (UE) Nru 664/2014 u l-komunikazzjoni tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-Kummissjoni skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 51(3) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 għandhom isiru fi żmien xahar minn tmiem il-konsultazzjonijiet skont il-formola stabbilita fl-Anness IV għal dan ir-Regolament.
Artikolu 10
Ir-rekwiżiti proċedurali għall-emendi għal speċifikazzjoni ta' prodott
1. L-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni ta' emenda għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott għal denominazzjonijiet protetti ta' oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti li mhijiex minuri għandhom jitfasslu skont il-formola stabbilita fl-Anness V. Dawk l-applikazzjonijiet għandhom jimtlew skont ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. Id-dokument uniku emendat għandu jitfassal skont il-formola stabbilita fl-Anness I għal dan ir-Regolament. Ir-referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott fid-dokument uniku emendat għandha twassal għall-verżjoni aġġornata tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott proposta.
L-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni ta' emenda għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott għal speċjalitajiet tradizzjonali garantiti li mhijiex minuri għandhom jitfasslu skont il-formola stabbilita fl-Anness VI għal dan ir-Regolament. Dawk l-applikazzjonijiet għandhom jimtlew skont ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. L-ispeċifikazzjoni tal-prodott emendata għandha titfassal skont il-formola stabbilita fl-Anness II għal dan ir-Regolament.
L-informazzjoni li għandha tiġi ppubblikata skont l-Artikolu 50(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 għandha tinkludi l-applikazzjoni debitament mimlija msemmija fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi ta' dan il-paragrafu.
2. L-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni ta' emenda minuri msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 għandhom jitfasslu skont il-formola stabbilita fl-Anness VII għal dan ir-Regolament.
L-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni ta' emenda minuri li tikkonċerna denominazzjonijiet protetti ta' oriġini jew indikazzjonijiet ġeografiċi protetti għandhom ikunu akkumpanjati mid-dokument uniku aġġornat, jekk jiġi emendat, li għandu jitfassal skont il-formola stabbilita fl-Anness I. Ir-referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott fid-dokument uniku emendat għandha twassal għall-verżjoni aġġornata tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott proposta.
Għall-applikazzjonijiet li joriġinaw mill-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jinkludu dikjarazzjoni li huma tal-fehma li l-applikazzjoni tissodisfa l-kondizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 u tad-dispożizzjonijiet adottati b'konformità miegħu, kif ukoll ir-referenza tal-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott aġġornata. Għall-applikazzjonijiet li joriġinaw minn pajjiżi terzi, il-grupp ikkonċernat jew l-awtoritajiet tal-pajjiż terz għandhom jinkludu l-ispeċifikazzjoni tal-prodott aġġornata. L-applikazzjonijiet għal emenda minuri fil-każijiet imsemmija fil-ħames subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament Iddelegat (UE) Nru 664/2014 għandhom jinkludu r-referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott aġġornata, għall-applikazzjonijiet li joriġinaw mill-Istati Membri, flimkien mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott aġġornata għall-applikazzjonijiet li joriġinaw minn pajjiżi terzi.
L-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni ta' emenda minuri li tikkonċerna speċjalitajiet tradizzjonali garantiti għandhom ikunu akkumpanjati mill-ispeċifikazzjoni tal-prodott aġġornata mfassla skont il-formola stabbilita fl-Anness II. L-Istati Membri għandhom jinkludu dikjarazzjoni li huma tal-fehma li l-applikazzjoni tissodisfa l-kondizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 u tad-dispożizzjonijiet adottati b'konformità miegħu.
L-informazzjoni li għandha tiġi ppubblikata skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 għandha tinkludi l-applikazzjoni debitament mimlija msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu.
3. Il-komunikazzjoni lill-Kummissjoni ta' emenda temporanja msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(3) tar-Regolament Iddelegat (UE) Nru 664/2014 għandha titfassal skont il-formola stabbilita fl-Anness VIII għal dan ir-Regolament. Hija għandha tkun akkumpanjata mid-dokumenti kif previsti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(3) tar-Regolament Iddelegat (UE) Nru 664/2014.
4. Id-data tas-sottomissjoni ta' applikazzjoni għal emenda għandha tkun id-data li fiha tintbagħat l-applikazzjoni lill-Kummissjoni b'mezzi elettroniċi. Imbagħad, il-Kummissjoni għandha tibgħat irċevuta tal-kunsinna.
Artikolu 11
Kanċellazzjoni
1. Talba għall-kanċellazzjoni ta' reġistrazzjoni skont l-Artikolu 54(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 għandha titfassal skont il-formola stabbilita fl-Anness IX għal dan ir-Regolament.
It-talbiet għal kanċellazzjoni għandhom ikunu akkumpanjati mid-dikjarazzjoni msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 8(2) jew fil-punt (b) tal-Artikolu 20(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.
2. L-informazzjoni li għandha tiġi ppubblikata skont l-Artikolu 50(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 għandha tinkludi t-talba debitament mimlija għal kanċellazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.
Artikolu 12
Il-mezzi ta' sottomissjoni
L-applikazzjonijiet, l-informazzjoni u d-dokumenti sottomessi lill-Kummissjoni skont l-Artikoli 6, 8, 9, 10, 11 u 15 għandhom ikunu f'forma elettronika.
Artikolu 13
L-użu ta' simboli u indikazzjonijiet
1. Is-simboli tal-Unjoni msemmija fl-Artikoli 12(2) u 23(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 u stabbiliti mill-Artikolu 2 tar-Regolament Iddelegat (UE) Nru 664/2014] għandhom jiġu riprodotti kif stipulat fl-Anness X għal dan ir-Regolament.
2. L-indikazzjonijiet “DENOMINAZZJONI PROTETTA TA' ORIĠINI”, “INDIKAZZJONI ĠEOGRAFIKA PROTETTA” u “SPEĊJALITÀ TRADIZZJONALI GARANTITA” fi ħdan is-simbolu jistgħu jintużaw bi kwalunkwe waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni kif stipulat fl-Anness X għal dan ir-Regolament.
3. Meta s-simboli, l-indikazzjonijiet jew l-abbrevjazzjonijiet korrispondenti tal-Unjoni msemmija fl-Artikoli 12 u 23 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 ikunu jidhru fuq it-tikkettar ta' prodott, dawn għandhom ikunu akkumpanjati mill-isem irreġistrat.
4. L-indikazzjonijiet, l-abbrevjazzjonijiet u s-simboli jistgħu jintużaw skont l-Artikolu 44(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 fil-mezzi tax-xandir jew fir-reklamar għall-finijiet ta' divulgazzjoni tal-iskema tal-kwalità jew tar-reklamar tal-ismijiet irreġistrati.
5. Il-prodotti mqiegħda fis-suq qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament li ma jkunux konformi mal-paragrafi 1 u 2 jistgħu jibqgħu fis-suq sakemm tispiċċa l-ħażna tagħhom.
Artikolu 14
Reġistru ta' denominazzjonijiet protetti ta' oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u Reġistru ta' speċjalitajiet tradizzjonali garantiti
1. Mad-dħul fis-seħħ ta' strument legali li jirreġistra denominazzjoni protetta ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta, il-Kummissjoni għandha tirreġistra d-dejta li ġejja fir-Reġistru ta' denominazzjonijiet protetti ta' oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti msemmi fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012:
(a) |
l-isem (ismijiet) irreġistrat(i) tal-prodott; |
(b) |
il-kategorija tal-prodott imsemmija fl-Anness XI għal dan ir-Regolament; |
(c) |
referenza għall-istrument li jirreġistra l-isem; |
(d) |
informazzjoni li l-isem huwa protett bħala indikazzjoni ġeografika jew bħala denominazzjoni ta' oriġini; |
(e) |
indikazzjoni tal-pajjiż jew pajjiżi ta' oriġini. |
2. Mad-dħul fis-seħħ ta' strument legali li jirreġistra speċjalità tradizzjonali garantita, il-Kummissjoni għandha tirreġistra d-dejta li ġejja fir-Reġistru ta' speċjalitajiet tradizzjonali garantiti msemmi fl-Artikolu 22(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012:
(a) |
l-isem (ismijiet) irreġistrat(i) tal-prodott; |
(b) |
il-kategorija tal-prodott imsemmija fl-Anness XI għal dan ir-Regolament; |
(c) |
referenza għall-istrument li jirreġistra l-isem; |
(d) |
indikazzjoni tal-pajjiż jew pajjiżi tal-grupp jew gruppi li għamel/għamlu l-applikazzjoni; |
(e) |
informazzjoni dwar jekk id-deċiżjoni rigward ir-reġistrazzjoni tistabbilixxix li l-isem tal-ispeċjalità tradizzjonali garantita għandha tkun akkumpanjata mill-pretensjoni msemmija fl-Artikolu 18(3) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012; |
(f) |
għall-applikazzjonijiet irċevuti qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 biss, informazzjoni dwar jekk ir-reġistrazzjoni ssirx mingħajr riżerva tal-isem. |
3. Meta l-Kummissjoni tapprova emenda għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott li tinkludi bidla fl-informazzjoni rreġistrata fir-Reġistri, hija għandha tħassar id-dejta oriġinali u tirreġistra d-dejta ġdida b'effett mid-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni li tapprova l-emenda.
4. Meta tidħol fis-seħħ kanċellazzjoni, il-Kummissjoni għandha tħassar l-isem mir-Reġistru kkonċernat.
Artikolu 15
Regoli tranżitorji
Għandha titfassal talba għall-pubblikazzjoni tad-dokument uniku sottomess minn Stat Membru b'konformità mal-Artikolu 8(1) tar-Regolament Iddelegat (UE) Nru 664/2014 fir-rigward ta' denominazzjoni protetta ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta rreġistrati qabel il-31 ta' Marzu 2006. Tali talba għandha titfassal skont il-formola stabbilita fl-Anness I għal dan ir-Regolament.
Artikolu 16
Id-dħul fis-seħħ u l-applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 9(1) għandu japplika biss għall-proċeduri ta' oppożizzjoni li għalihom il-perjodu ta' tliet xhur stabbilit fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 ikun għadu ma bediex fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
L-Artikolu 9(3) għandu japplika biss għall-proċeduri ta' oppożizzjoni li għalihom il-perjodu ta' tliet xhur stabbilit fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 ikun għadu ma skadiex fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
L-ewwel sentenza tal-punt 2 tal-Anness X għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2016, mingħajr preġudizzju għall-prodotti li kienu diġà tpoġġew fis-suq qabel dik id-data.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Ġunju 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(3) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.
(4) ĠU L 369, 23.12.2006, p. 1.
(5) ĠU L 275, 19.10.2007, p. 3.
(6) Ara p. 17 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
ANNESS I
DOKUMENT UNIKU
[Daħħal l-isem, kif indikat fil-punt 1 hawn taħt:] “…”
Nru tal-UE: [għall-użu tal-UE biss]
[Agħżel waħda, immarka b'“X”:] |
|
|
1. Isem/Ismijiet [tad-DPO jew tal-IĠP]
[Daħħal l-isem propost għar-reġistrazzjoni jew, fil-każ ta' applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' emenda għall-Ispeċifikazzjoni ta' prodott jew talba għall-pubblikazzjoni skont l-Artikolu 15 ta' dan ir-Regolament, l-isem irreġistrat]
2. Stat Membru jew pajjiż terz
…
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta' prodott [bħal fl-Anness XI]
…
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f'(1)
[Il-punti ewlenin imsemmija fl-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. Sabiex jiġu identifikati d-definizzjonijiet tal-użu tal-prodott u l-istandards komunement użati għal dak il-prodott, fid-deskrizzjoni tal-prodott, iffoka fuq l-ispeċifiċità tiegħu, billi tuża l-unitajiet tal-kejl u termini tekniċi jew komuni ta' tqabbil, mingħajr ma tinkludi l-karatteristiċi tekniċi li huma inerenti għall-prodotti kollha ta' dak it-tip u r-rekwiżiti legali obbligatorji relatati applikabbli għall-prodotti kollha ta' dak it-tip (l-Artikolu 7(1) ta' dan ir-Regolament).]
3.3. Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
[Għad-DPO: ikkonferma li l-għalf u l-materja prima ġejjin miż-żona. F'każ li l-għalf jew il-materja prima jkunu ġejjin minn barra ż-żona, ipprovdi deskrizzjoni ddettaljata ta' dawk l-eċċezzjonijiet u agħti l-ġustifikazzjonijiet. Dawk l-eċċezzjonijiet għandhom ikunu konformi mar-regoli adottati skont l-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.
Għall-IĠP: indika x'inhuma r-rekwiżiti tal-kwalità jew ir-restrizzjonijiet fuq l-oriġini tal-materja prima. Agħti l-ġustifikazzjonijiet għal kwalunkwe restrizzjoni. Tali restrizzjonijiet għandhom ikunu konformi mar-regoli adottati skont l-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u għandhom jiġu ġġustifikati fir-rigward tar-rabta msemmija fl-Artikolu 7(1)(f) ta' dak ir-Regolament.]
…
3.4. Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita
[Agħti l-ġustifikazzjonijiet għal kwalunkwe restrizzjoni jew deroga.]
…
3.5. Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.
[Jekk ma hemmx, ħalliha vojta. Għal kwalunkwe restrizzjoni, agħti l-ġustifikazzjonijiet speċifiċi għall-prodott.]
…
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar
[Jekk ma hemmx, ħalliha vojta. Agħti l-ġustifikazzjonijiet għal kwalunkwe restrizzjoni.]
…
4. Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika
[Fejn ikun xieraq, inkludi mappa taż-żona]
…
5. Rabta maż-żona ġeografika
[Għad-DPO: rabta kawżali bejn il-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott u l-ambjent ġeografiku, bil-fatturi umani u naturali inerenti tiegħu, inklużi, fejn xieraq, l-elementi tad-deskrizzjoni tal-prodott jew tal-metodu ta' produzzjoni li jiġġustifikaw ir-rabta.
Għall-IĠP: rabta kawżali bejn l-oriġini ġeografika u, fejn xieraq, kwalità partikolari, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħrajn tal-prodott.
Iddikjara espliċitament fuq liema mill-fatturi msemmija (ir-reputazzjoni, kwalità partikolari, karatteristika oħra tal-prodott) hija bbażata r-rabta kawżali, u agħti informazzjoni biss fir-rigward tal-fatturi rilevanti, inklużi, fejn xieraq, l-elementi tad-deskrizzjoni tal-prodott jew tal-metodu ta' produzzjoni li jiġġustifikaw ir-rabta.]
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-prodott
(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta' dan ir-Regolament)
…
ANNESS II
SPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT TA' SPEĊJALITÀ TRADIZZJONALI GARANTITA
[Daħħal l-isem, kif indikat fil-punt 1 hawn taħt:] “”
Nru tal-UE: [għall-użu tal-UE biss]
Stat Membru jew pajjiż terz “”
1. Isem li għandu jiġi rreġistrat/Ismijiet li għandhom jiġu rreġistrati
…
2. Tip ta' prodott [bħal fl-Anness XI]
…
3. Raġunijiet għar-reġistrazzjoni
3.1. Indika jekk il-prodott:
☐ |
jirriżultax minn metodu ta' produzzjoni, ipproċessar jew kompożizzjoni li jikkorrispondi għal prattika tradizzjonali għal dak il-prodott jew oġġett tal-ikel |
☐ |
huwiex manifatturat minn materja prima jew ingredjenti li kienu jintużaw tradizzjonalment. |
[Agħti spjegazzjoni]
3.2. Indika jekk l-isem:
☐ |
kienx jintuża tradizzjonalment sabiex jirreferi għall-prodott speċifiku |
☐ |
jidentifikax il-karattru tradizzjonali jew il-karattru speċifiku tal-prodott |
[Ipprovdi spjegazzjoni]
4. Deskrizzjoni
4.1 Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem imsemmi fil-punt 1, inklużi l-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi, mikrobijoloġiċi jew organolettiċi tiegħu li juru l-karattru speċifiku tal-prodott (l-Artikolu 7(2) ta' dan ir-Regolament)
…
4.2. Deskrizzjoni tal-metodu ta' produzzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem imsemmi fil-punt 1 li għandhom isegwu l-produtturi, inklużi, fejn xieraq, in-natura u l-karatteristiċi tal-materja prima jew tal-ingredjenti użati, kif ukoll il-metodu li permezz tiegħu jitħejja l-prodott (l-Artikolu 7(2) ta' dan ir-Regolament)
…
4.3. Deskrizzjoni tal-elementi ewlenin li jistabbilixxu l-karattru tradizzjonali tal-prodott (l-Artikolu 7(2) ta' dan ir-Regolament)
…
ANNESS III
DIKJARAZZJONI RAĠUNATA TAL-OPPOŻIZZJONI
[Agħżel waħda, immarka b'“X”:] |
|
|
|
1. Isem il-prodott
[kif jidher fil-pubblikazzjoni ta' Il-Ġurnal Uffiċjali (ĠU)]
…
2. Referenza uffiċjali
[kif tidher fil-pubblikazzjoni ta' Il-Ġurnal Uffiċjali (ĠU)]
Numru ta' referenza: …
Data tal-pubblikazzjoni fil-ĠU: …
3. Dettalji ta' kuntatt
Persuna ta' kuntatt: |
Titolu (Sur, Sra.…): … |
Isem: … |
Grupp/organizzazzjoni/individwu: …
Jew awtorità nazzjonali:
Dipartiment: …
Indirizz: …
Telefon + …
Indirizz tal-posta elettronika: …
4. Raġuni għall-oppożizzjoni:
Għal DPO/IĠP:
☐ |
Nuqqas ta' konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 5 u 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 |
☐ |
Ir-reġistrazzjoni tal-isem tmur kontra l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 (varjetà ta' pjanti jew razza ta' annimali) |
☐ |
Ir-reġistrazzjoni tal-isem tmur kontra l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 (isem kompletament jew parzjalment omonimu) |
☐ |
Ir-reġistrazzjoni tal-isem tmur kontra l-Artikolu 6(4) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 (marka kummerċjali eżistenti) |
☐ |
Ir-reġistrazzjoni tipperikola l-eżistenza ta' ismijiet, marki kummerċjali jew prodotti kif speċifikati fl-Artikolu 10(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 |
☐ |
L-isem propost għar-reġistrazzjoni huwa ġeneriku; id-dettalji għandhom jiġu pprovduti kif stipulat fl-Artikolu 10(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 |
Għal STG:
☐ |
Nuqqas ta' konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 |
☐ |
Ir-reġistrazzjoni tal-isem tkun inkompatibbli mat-termini tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 (l-Artikolu 21(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012). |
☐ |
L-isem propost għar-reġistrazzjoni huwa leġittimu, rinomat u ekonomikament sinifikanti għal prodotti agrikoli jew oġġetti tal-ikel simili (l-Artikolu 21(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012). |
5. Dettalji tal-oppożizzjoni
Ipprovdi raġunijiet debitament issostanzjati u ġustifikazzjoni għall-oppożizzjoni.
Ipprovdi wkoll dikjarazzjoni li tispjega l-interess leġittimu tal-oppożizzjoni, sakemm l-oppożizzjoni ma titressaqx mill-awtoritajiet nazzjonali, f'liema każ ma tkun meħtieġa l-ebda dikjarazzjoni ta' interess leġittimu. Id-dikjarazzjoni tal-oppożizzjoni għandha tkun iffirmata u ddatata.
ANNESS IV
NOTIFIKA TA' TMIEM IL-KONSULTAZZJONIJIET WARA L-PROĊEDURA TA' OPPOŻIZZJONI
[Agħżel waħda, immarka b'“X”:] |
|
|
|
1. Isem il-prodott
[kif jidher fil-pubblikazzjoni ta' Il-Ġurnal Uffiċjali (ĠU)]
2. Referenza uffiċjali [kif tidher fil-pubblikazzjoni ta' Il-Ġurnal Uffiċjali (ĠU)]
Numru ta' referenza:
Data tal-pubblikazzjoni fil-ĠU:
3. Riżultat tal-konsultazzjonijiet
3.1. Intlaħaq ftehim mal-opponent(i) li ġej(jin):
[Ehmeż kopji tal-ittri li juru l-ftehim u l-fatturi kollha li ppermettew li jintlaħaq il-ftehim (l-Artikolu 5 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 664/2014]
3.2. Ma ntlaħaqx ftehim mal-opponent(i) li ġej(jin):
[Ehmeż l-informazzjoni msemmija fl-aħħar sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 51(3) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012]
4. Speċifikazzjoni tal-prodott u Dokument Uniku
4.1. L-Ispeċifikazzjoni tal-prodott ġiet emendata:
… Iva (*) |
… Le |
4.2. Id-Dokument Uniku ġie emendat (għad-DPO u l-IĠP biss):
… Iva (**) |
… Le |
5. Data u firma
[Isem]
[Dipartiment/Organizzazzjoni]
[Indirizz]
[Telefon: +]
[Indirizz tal-posta elettronika:]
(*) Jekk 'Iva', ehmeż deskrizzjoni tal-emendi u l-Ispeċifikazzjoni tal-prodott emendata
(**) Jekk 'Iva', ehmeż kopja tad-Dokument Uniku aġġornat
ANNESS V
Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' emenda mhux minuri għall-Ispeċifikazzjoni tal-prodott ta' Denominazzjonijiet Protetti tal-Oriġini/Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti
Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' emenda skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012
[Isem irreġistrat]“…”
Nru tal-UE: [għall-użu tal-UE biss]
[Agħżel waħda, immarka b'“X”:] |
|
|
1. Grupp applikant u interess leġittimu
[Ipprovdi l-isem, l-indirizz, it-telefon u l-indirizz tal-posta elettronika tal-grupp li qiegħed jipproponi l-emenda (għall-applikazzjonijiet ta' pajjiżi terzi, ipprovdi wkoll l-isem u l-indirizz tal-awtoritajiet jew, jekk ikunu disponibbli, l-entitajiet li jivverifikaw il-konformità mad-dispożizzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-prodott). Ipprovdi wkoll dikjarazzjoni li tispjega l-interess leġittimu tal-grupp applikant.]
2. Stat Membru jew pajjiż terz
…
3. Intestatura fl-Ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda/i
☐ |
Isem il-prodott |
☐ |
Deskrizzjoni tal-prodott |
☐ |
Żona ġeografika |
☐ |
Prova tal-oriġini |
☐ |
Metodu ta' produzzjoni |
☐ |
Rabta |
☐ |
Tikkettar |
☐ |
Oħrajn [speċifika] |
4. Tip ta' emenda/i
☐ |
Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-prodott ta' DPO jew IĠP irreġistrata li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. |
☐ |
Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-prodott ta' DPO jew IĠP irreġistrata li għaliha ma jkun ġie rreġistrat l-ebda Dokument Uniku (jew ekwivalenti) u li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. |
5. Emenda/i
[Għal kull intestatura mmarkata fit-taqsima 3 hawn fuq, ipprovdi deskrizzjoni eżawrjenti u r-raġunijiet speċifiċi għal kull emenda. L-Ispeċifikazzjoni tal-prodott oriġinali u, fejn rilevanti, id-Dokument Uniku oriġinali għandhom jitqabblu fid-dettall mal-verżjonijiet emendati proposti għal kull emenda. L-applikazzjoni għall-emenda għandha tkun awtosuffiċjenti. L-informazzjoni mogħtija f'din it-taqsima għandha tkun eżawrjenti (l-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 664/2014].
ANNESS VI
Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' emenda mhux minuri għall-Ispeċifikazzjoni tal-prodott ta' Speċjalitajiet Tradizzjonali Garantiti
Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' emenda skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012
[Isem irreġistrat] “”
Nru tal-UE: [għall-użu tal-UE biss]
1. Grupp applikant u interess leġittimu
Isem il-grupp:
Indirizz:
Telefon: +
Indirizz tal-posta elettronika:
Ipprovdi dikjarazzjoni li tispjega l-interess leġittimu tal-grupp li qiegħed jipproponi l-emenda.
2. Stat membru jew pajjiż terz
…
3. Intestatura fl-Ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda/i
☐ |
Isem il-prodott |
☐ |
Deskrizzjoni tal-prodott |
☐ |
Metodu ta' produzzjoni |
☐ |
Oħrajn [speċifika] |
4. Tip ta' emenda/i
☐ |
Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-prodott ta' STG irreġistrata li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri skont ir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. |
5. Emenda/i
[Għal kull intestatura mmarkata fit-taqsima 3 hawn fuq, ipprovdi deskrizzjoni eżawrjenti u r-raġunijiet speċifiċi għal kull emenda. L-Ispeċifikazzjoni tal-prodott oriġinali u, fejn rilevanti, id-Dokument Uniku oriġinali għandhom jitqabblu fid-dettall mal-verżjoni emendata proposta għal kull emenda. L-applikazzjoni għall-emenda għandha tkun awtosuffiċjenti. L-informazzjoni mogħtija f'din it-taqsima għandha tkun eżawrjenti (l-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 664/2014].
ANNESS VII
APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA' EMENDA MINURI
Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' emenda minuri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012
[Isem irreġistrat]“…”
Nru tal-UE: [għall-użu tal-UE biss]
[Agħżel waħda, immarka b'“X”:] |
|
|
|
1. Grupp applikant u interess leġittimu
[Ipprovdi l-isem, l-indirizz, it-telefon u l-indirizz tal-posta elettronika tal-grupp li qiegħed jipproponi l-emenda (għall-applikazzjonijiet li jikkonċernaw id-DPO u l-IĠP minn pajjiżi terzi, ipprovdi wkoll l-isem u l-indirizz tal-awtoritajiet jew, jekk ikunu disponibbli, l-entitajiet li jivverifikaw il-konformità mad-dispożizzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-prodott). Ipprovdi wkoll dikjarazzjoni li tispjega l-interess leġittimu tal-grupp applikant.]
2. Stat Membru jew pajjiż terz
…
3. Intestatura fl-Ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda/i
☐ |
Deskrizzjoni tal-prodott |
☐ |
Prova tal-oriġini |
☐ |
Metodu ta' produzzjoni |
☐ |
Rabta |
☐ |
Tikkettar |
☐ |
Oħrajn [speċifika] |
4. Tip ta' emenda/i
☐ |
Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-prodott ta' DPO jew IĠP irreġistrata li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, li ma teħtieġ l-ebda emenda għad-Dokument Uniku ppubblikat |
☐ |
Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-prodott ta' DPO jew IĠP irreġistrata li għandha tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, li teħtieġ emenda għad-Dokument Uniku ppubblikat |
☐ |
Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-prodott ta' DPO jew IĠP irreġistrata li għandha tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, li għaliha ma ġie ppubblikat l-ebda Dokument Uniku (jew ekwivalenti) |
☐ |
Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-prodott ta' STG irreġistrata li għandha tikkwalifika bħala minuri skont ir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. |
5. Emenda/i
[Għal kull intestatura mmarkata fit-taqsima ta' hawn fuq, ipprovdi deskrizzjoni u s-sommarju tar-raġunijiet għal kull emenda. L-Ispeċifikazzjoni tal-prodott oriġinali u, fejn rilevanti, id-Dokument Uniku oriġinali għandhom jitqabblu mal-verżjonijiet emendati proposti għal kull emenda. Ipprovdi wkoll raġuni ċara għaliex skont it-tielet u/jew ir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-emenda għandha tikkwalifika bħala minuri. L-applikazzjoni għall-emenda minuri għandha tkun awtosuffiċjenti (it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 664/2014].
6. Speċifikazzjoni tal-prodott aġġornata (għal DPO u IĠP biss)
[Din tapplika biss fil-każijiet imsemmija fil-ħames subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 664/2014:
(a) |
fil-każ ta' applikazzjonijiet sottomessi minn Stati Membri, inkludi r-referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-prodott aġġornata; |
(b) |
fil-każ ta' applikazzjonijiet minn pajjiżi terzi, inkludi l-Ispeċifikazzjoni tal-prodott aġġornata.] |
ANNESS VIII
KOMUNIKAZZJONI TA' EMENDA TEMPORANJA
Komunikazzjoni li tikkonċerna emenda temporanja skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(3) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 664/2014.
[Isem irreġistrat] “”
Nru tal-UE: [għall-użu tal-UE biss]
[Agħżel waħda, immarka b'“X”:] |
|
|
|
1. Stat membru jew pajjiż terz
…
2. Emenda/i
[Indika l-intestatura fl-Ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda temporanja. Ipprovdi deskrizzjoni ddettaljata u r-raġunijiet ta' kull emenda temporanja approvata, inklużi deskrizzjoni u valutazzjoni tal-konsegwenzi ta' dik l-emenda fuq ir-rekwiżiti u l-kriterji li jikkwalifikaw il-prodott taħt l-iskema tal-kwalità (l-Artikolu 5(1) u (2) u l-Artikolu 18(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 għad-DPO, għall-IĠP u għall-STG rispettivament). Ipprovdi wkoll deskrizzjoni ddettaljata tal-miżuri li jiġġustifikaw l-emendi temporanji (miżuri sanitarji u fitosanitarji, ir-rikonoxximent formali tad-diżastri naturali jew tal-kundizzjonijiet ħżiena tat-temp, eċċ.) u r-raġunijiet għal dawk il-miżuri li għandhom jittieħdu. Iddeskrivi wkoll ir-relazzjoni bejn dawk il-miżuri u l-emenda temporanja approvata.]
ANNESS IX
TALBA GĦAL KANĊELLAMENT
It-talba għal kanċellament skont l-Artikolu 54(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012
[Isem irreġistrat:] “…”
Nru tal-UE: [għall-użu tal-UE biss]
[Agħżel waħda, immarka b'“X”:] |
|
|
|
1. Isem irreġistrat propost għall-kanċellament
…
2. Stat Membru jew pajjiż terz
…
3. Tip ta' prodott [bħal fl-Anness XI]
…
4. Persuna jew entità li tagħmel it-talba għall-kanċellament
[Ipprovdi l-isem, l-indirizz, it-telefon u l-indirizz tal-posta elettronika tal-persuna fiżika jew ġuridika jew tal-produtturi msemmija fl-Artikolu 54(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 li jagħmlu talba għall-kanċellament (għat-talbiet li jikkonċernaw DPO u IĠP minn pajjiżi terzi, ipprovdi wkoll l-isem u l-indirizz tal-awtoritajiet jew, jekk ikunu disponibbli, tal-entitajiet li jivverifikaw il-konformità mad-dispożizzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-prodott). Ipprovdi wkoll dikjarazzjoni li tispjega l-interess leġittimu tal-persuna fiżika jew ġuridika li tagħmel it-talba għall-kanċellament.]
…
5. Tip ta' kanċellament u raġunijiet relatati
☐ |
Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 54(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 |
☐ |
il-punt (a) [Ipprovdi r-raġunijiet iddettaljati u, fejn xieraq, l-evidenza għall-kanċellament tar-reġistrazzjoni tal-isem skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 54(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.] |
☐ |
il-punt (b) [Ipprovdi r-raġunijiet iddettaljati u, fejn xieraq, l-evidenza għall-kanċellament tar-reġistrazzjoni tal-isem skont il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 54(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.] |
☐ |
Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 54(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 [Ipprovdi r-raġunijiet iddettaljati u, fejn xieraq, l-evidenza għall-kanċellament tar-reġistrazzjoni tal-isem skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 54(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.] |
ANNESS X
RIPRODUZZJONI TAS-SIMBOLI U L-INDIKAZZJONIJIET TAL-UNJONI GĦAD-DPO, GĦALL-IĠP U GĦALL-STG
1. Simboli tal-Unjoni bil-kulur
Meta jintużaw bil-kulur, jistgħu jintużaw kuluri diretti (Pantone) jew proċess ta' erba' kuluri. Il-kuluri ta' referenza huma indikati hawn taħt.
Is-simboli tal-Unjoni f'pantone:
Is-simboli tal-Unjoni fi proċess ta' erba' kuluri:
Il-kuntrast mal-kuluri tal-isfond
Jekk simbolu jintuża bil-kulur fuq sfond ikkulurit li jagħmlu diffiċli sabiex jintgħaraf, għandu jintuża ċirku estern ta' delinjazzjoni madwar is-simbolu sabiex itejjeb il-kuntrast mal-isfond:
2. Simboli tal-Unjoni bl-abjad u iswed
L-użu tas-simboli bl-abjad u iswed huwa permess biss meta l-iswed u l-abjad ikunu l-uniċi kuluri tal-linka li jintużaw fuq l-imballaġġ.
Meta jintużaw bl-abjad u iswed, is-simboli tal-Unjoni jiġu riprodotti kif ġej:
Is-simboli tal-Unjoni bl-abjad u iswed bin-negattiv
Jekk l-isfond fuq l-imballaġġ jew fuq it-tikketta jkun skur, is-simboli jistgħu jintużaw fil-format negattiv kif ġej:
3. Tipografija
It-test għandu jinkiteb f'ittri kapitali Times Roman.
4. Tiċkin
Id-daqs minimu tas-simboli tal-Unjoni huwa dijametru ta' 15-il mm, iżda dan jista' jiċċekken għal 10 mm f'każ ta' pakketti jew prodotti żgħar.
5. “Denominazzjoni Protetta tal-Oriġini” u t-taqsira tagħha fil-lingwi tal-UE
Lingwa tal-UE | Terminu | Taqsira |
BG | защитено наименование за произход | ЗНП |
ES | denominación de origen protegida | DOP |
CS | chráněné označení původu | CHOP |
DA | beskyttet oprindelsesbetegnelse | BOB |
DE | geschützte Ursprungsbezeichnung | g.U. |
ET | kaitstud päritolunimetus | KPN |
EL | προστατευόμενη ονομασία προέλευσης | ΠΟΠ |
EN | protected designation of origin | PDO |
FR | appellation d'origine protégée | AOP |
GA | bunús ainmníochta cosanta | BAC |
HR | zaštićena oznaka izvornosti | ZOI |
IT | denominazione d'origine protetta | DOP |
LV | aizsargāts cilmes vietas nosaukums | ACVN |
LT | saugoma kilmės vietos nuoroda | SKVN |
HU | oltalom alatt álló eredetmegjelölés | OEM |
MT | denominazzjoni protetta tal-oriġini | DPO |
NL | beschermde oorsprongsbenaming | BOB |
PL | chroniona nazwa pochodzenia | CHNP |
PT | denominação de origem protegida | DOP |
RO | denumire de origine protejată | DOP |
SK | chránené označenie pôvodu | CHOP |
SL | zaščitena označba porekla | ZOP |
FI | suojattu alkuperänimitys | SAN |
SV | skyddad ursprungsbeteckning | SUB |
6. “Indikazzjoni Ġeografika Protetta” u t-taqsira tagħha fil-lingwi tal-UE
Lingwa tal-UE | Terminu | Taqsira |
BG | защитено географско указание | ЗГУ |
ES | indicación geográfica protegida | IGP |
CS | chráněné zeměpisné označení | CHZO |
DA | beskyttet geografisk betegnelse | BGB |
DE | geschützte geografische Angabe | g.g.A. |
ET | kaitstud geograafiline tähis | KGT |
EL | προστατευόμενη γεωγραφική ένδειξη | ΠΓΕ |
EN | protected geographical indication | PGI |
FR | indication géographique protégée | IGP |
GA | sonra geografach cosanta | SGC |
HR | zaštićena oznaka zemljopisnog podrijetla | ZOZP |
IT | indicazione geografica protetta | IGP |
LV | aizsargāta ģeogrāfiskās izcelsmes norāde | AĢIN |
LT | saugoma geografinė nuoroda | SGN |
HU | oltalom alatt álló földrajzi jelzés | OFJ |
MT | indikazzjoni ġeografika protetta | IĠP |
NL | beschermde geografische aanduiding | BGA |
PL | chronione oznaczenie geograficzne | CHOG |
PT | indicação geográfica protegida | IGP |
RO | indicație geografică protejată | IGP |
SK | chránené zemepisné označenie | CHZO |
SL | zaščitena geografska označba | ZGO |
FI | suojattu maantieteellinen merkintä | SMM |
SV | skyddad geografisk beteckning | SGB |
7. “Speċjalità Tradizzjonali Garantita” u t-taqsira tagħha fil-lingwi tal-UE
Lingwa tal-UE | Terminu | Taqsira |
BG | храна с традиционно специфичен характер | ХТСХ |
ES | especialidad tradicional garantizada | ETG |
CS | zaručená tradiční specialita | ZTS |
DA | garanteret traditionel specialitet | GTS |
DE | garantiert traditionelle Spezialität | g.t.S. |
ET | garanteeritud traditsiooniline toode | GTT |
EL | εγγυημένο παραδοσιακό ιδιότυπο προϊόν | Ε Π Ι Π |
EN | traditional speciality guaranteed | TSG |
FR | spécialité traditionnelle garantie | STG |
GA | speisialtacht thraidisiúnta ráthaithe | STR |
HR | zajamčeno tradicionalni specijalitet | ZTS |
IT | specialità tradizionale garantita | STG |
LV | garantēta tradicionālā īpatnība | GTI |
LT | garantuotas tradicinis gaminys | GTG |
HU | hagyományos különleges termék | HKT |
MT | speċjalità tradizzjonali garantita | STG |
NL | gegarandeerde traditionele specialiteit | GTS |
PL | gwarantowana tradycyjna specjalność | GTS |
PT | especialidade tradicional garantida | ETG |
RO | specialitate tradițională garantată | STG |
SK | zaručená tradičná špecialita | ZTŠ |
SL | zajamčena tradicionalna posebnost | ZTP |
FI | aito perinteinen tuote | APT |
SV | garanterad traditionell specialitet | GTS |
ANNESS XI
KLASSIFIKAZZJONI TAL-PRODOTTI
1. Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I għat-Trattat
— |
Klassi 1.1. Laħam frisk (u l-ġewwieni) |
— |
Klassi 1.2. Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.) |
— |
Klassi 1.3. Ġobon |
— |
Klassi 1.4. Prodotti oħrajn li joriġinaw mill-annimali (bajd, għasel, diversi prodotti mill-ħalib għajr butir, eċċ.) |
— |
Klassi 1.5. Żjut u xaħmijiet (butir, marġerina, żejt, eċċ.) |
— |
Klassi 1.6. Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati |
— |
Klassi 1.7. Ħut frisk, molluski, krustaċji u prodotti derivati minnhom |
— |
Klassi 1.8. Prodotti oħrajn elenkati fl-Anness I għat-Trattat (ħwawar eċċ.) |
2. Prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel imsemmija fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 1151/2012
I. Denominazzjonijiet tal-Oriġini u Indikazzjonijiet Ġeografiċi
— |
Klassi 2.1. birra, |
— |
Klassi 2.2. ċikkulata u prodotti derivati minnhom, |
— |
Klassi 2.3. ħobż, għaġina, kejkijiet, ħelu, gallettini u prodotti oħra tal-furnara, |
— |
Klassi 2.4. xorb magħmul minn estratti tal-pjanti, |
— |
Klassi 2.5. għaġin, |
— |
Klassi 2.6. melħ, |
— |
Klassi 2.7. gomma u reżina naturali, |
— |
Klassi 2.8. pejst tal-mustarda, |
— |
Klassi 2.9. ħuxlief, |
— |
Klassi 2.10. żjut essenzjali, |
— |
Klassi 2.11. sufra, |
— |
Klassi 2.12. kuċċinilja, |
— |
Klassi 2.13. fjuri u pjanti ornamentali, |
— |
Klassi 2.14. qoton, |
— |
Klassi 2.15. suf, |
— |
Klassi 2.16. qasab, |
— |
Klassi 2.17. kittien imħabbat, |
— |
Klassi 2.18. ġilda, |
— |
Klassi 2.19. fer, |
— |
Klassi 2.20. rix. |
II. Speċjalitajiet Tradizzjonali Garantiti
— |
Klassi 2.21. ikliet ippreparati, |
— |
Klassi 2.22. birra, |
— |
Klassi 2.23. ċikkulata u prodotti derivati, |
— |
Klassi 2.24. prodotti ta' ħobż, għaġina, kejkijiet, ħlewwiet, gallettini u prodotti oħra tal-furnara, |
— |
Klassi 2.25. xorb magħmul minn estratti tal-pjanti, |
— |
Klassi 2.26. għaġin, |
— |
Klassi 2.27. melħ. |