This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014R0301
Commission Regulation (EU) No 301/2014 of 25 March 2014 amending Annex XVII to Regulation (EC) No 1907/2006 of the European Parliament and of the Council on the Registration, Evaluation, Authorisation and Restriction of Chemicals (REACH) as regards chromium VI compounds Text with EEA relevance
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 301/2014 tal- 25 ta’ Marzu 2014 li jemenda l-Anness XVII għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) fir-rigward tal-komposti tal-kromju VI Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 301/2014 tal- 25 ta’ Marzu 2014 li jemenda l-Anness XVII għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) fir-rigward tal-komposti tal-kromju VI Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 90, 26.3.2014, p. 1–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32006R1907 | Żieda | anness XVII Test | 01/05/2015 |
26.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 90/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 301/2014
tal-25 ta’ Marzu 2014
li jemenda l-Anness XVII għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) fir-rigward tal-komposti tal-kromju VI
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 68(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fid-19 ta’ Jannar 2012, ir-Renju tad-Danimarka ressaq quddiem l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (minn hawn ’il quddiem “l-Aġenzija”) dossier skont l-Artikolu 69(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, sabiex jinbeda l-proċess tar-restrizzjonijiet skont l-Artikoli minn 69 sa 73 ta’ dak ir-Regolament (minn hawn’ il quddiem “id-dossier tal-Anness XV”). F’dak id-dossier, intwera li l-esponiment għall-kromju VI, meta jkun jinsab f’oġġetti tal-ġild jew partijiet ta’ oġġetti tal-ġild li jiġu f’kuntatt mal-ġilda, hu ta’ riskju għas-saħħa tal-bniedem. Il-komposti tal-kromju VI jistgħu jinizjalaw każijiet ġodda ta’ sensitizzazzjoni u jeliċitaw reazzjoni allerġika. Id-dossier juri li hija meħtieġa azzjoni fil-livell tal-Unjoni. |
(2) |
Il-komposti tal-kromju VI jafu jiffurmaw fil-ġild permezz ta’ ossidazzjoni ta’ komposti tal-kromju III, li jiġu miżjuda f’xi proċessi tal-ikkonzar bħala cross-links għas-sottounitajiet ta’ kollaġen sabiex tiżdied l-istabbiltà dimensjonali tal-ġild kif ukoll ir-reżistenza tagħha għall-azzjoni mekkanika u s-sħana. Skont id-dossier tal-Anness XV, il-mekkaniżmi u l-kondizzjonijiet li taħthom il-kromju VI jiġi ffurmat huma magħrufa u l-maġġorparti tal-konzeriji fl-Unjoni diġà żviluppaw u implimentaw miżuri sabiex jikkontrollaw u jnaqqsu l-formazzjoni tiegħu. |
(3) |
Fit-28 ta’ Novembru 2012 il-Kumitat għall-Istima tar-Riskji (minn hawn’ il quddiem “RAC”) adotta b’kunsens l-opinjoni dwar ir-restrizzjoni proposta fid-dossier tal-Anness XV. Skont l-opinjoni tar-RAC, ir-restrizzjoni hija l-aktar miżura xierqa madwar l-Unjoni biex jiġu indirizzati r-riskji identifikati maħluqa minn komposti tal-kromju VI fil-ġild, kemm f’termini ta’ effikaċja u ta’ prattikabilità. Madankollu, fl-opinjoni tiegħu r-RAC propona li tkun modifikata r-restrizzjoni billi jitħassar il-kunċett ta’ kuntatt dirett u prolongat mal-ġilda, kif oriġinarjament inklużi fid-dossier tal-Anness XV. |
(4) |
Ir-restrizzjoni proposta tiffoka fuq ir-riskju ta’ induzzjoni ta’ sensitizzazzjoni tal-ġilda relatata ma’ kuntatt tal-ġilda b’mod dirett jew indirett ma’ oġġetti tal-ġild jew partijiet ta’ oġġetti tal-ġild li fihom il-kromju VI. Fil-persuni li huma diġà sensitizzati, kuntatti bħal dawn jistgħu wkoll jeliċitaw reazzjoni allerġika f’konċentrazzjonijiet aktar baxxi minn dawk meħtieġa għal induzzjoni ta’ sensitizzazzjoni. |
(5) |
Ir-restrizzjoni proposta għandha tkopri oġġetti tal-ġild u oġġetti li jkunu fihom partijiet tal-ġild użati mill-konsumaturi jew il-ħaddiema, li taħt kondizzjonijiet ta’ użu normali jew raġonevolment previdibbli, jiġu f’kuntatt mal-ġilda. |
(6) |
Il-metodu tal-istandard EN ISO 17075 huwa l-uniku metodu analitiku rikonoxxut internazzjonalment attwalment disponibbli biex jinstab l-kromju VI fil-ġild, inkluż il-ġild fl-oġġetti. Il-limitu ta’ determinazzjoni tal-metodu standard EN ISO 17075 huwa ta’ 3 mg/kg (0,0003 % skont il-piż) ta’ kromju VI kontenut f’piż niexef totali ta’ ġild. L-iffissar ta’ limitu bħal dan għar-restrizzjoni tat-tqegħid fis-suq ta’ oġġetti tal-ġild jew oġġetti li fihom partijiet tal-ġild huwa għaldaqstant iġġustifikat għal finijiet ta’ sorveljanza u inforzabbiltà. |
(7) |
Skont l-opinjoni tar-RAC, il-limitu ta’ 3 mg/kg (0,0003 % skont il-piż) ta’ kromju VI kontenut f’piż niexef totali tal-ġild jikkorrispondi għal skoperturi ogħla mil-Livell tal-Anqas Livell Effettiv Negattiv Osservat għall-eliċitazzjoni. Skont l-opinjoni tar-RAC, dak il-limitu huwa mistenni li jkollu effettività ta’ 80 % biex inaqqas l-okkorrenza ta’ każijiet ġodda ta’ dermatite allerġika konnessa mal-kromju VI minħabba l-kromju VI f’oġġetti tal-ġild. |
(8) |
L-effettività tar-restrizzjoni fuq in-numru ta’ każijiet ta’ allerġija għall-kromju tista’ tiġi determinata billi jsir monitoraġġ ta’ każijiet ta’ dermatite allerġika konnessa mal-kromju VI. Jekk il-prevalenza ta’ allerġija ma tonqosx, jew jekk xi metodu analitiku għad-detezzjoni ta’ kontenut aktar baxx ta’ kromju VI jsir disponibbli u jkun rikonoxxuti bħala affidabbli, din ir-restrizzjoni tiġi riveduta. |
(9) |
Fis-6 ta’ Marzu 2013, il-Kumitat għall-Analiżi Soċjoekonomika (minn hawn ’il quddiem “SEAC”) adotta b’kunsens l-opinjoni dwar ir-restrizzjoni proposta fid-dossier tal-Anness XV. Skont l-opinjoni tas-SEAC, ir-restrizzjoni, kif immodifikata mir-RAC, hija l-aktar miżura xierqa madwar l-Unjoni biex jiġu indirizzati r-riskji identifikati f’termini tal-proporzjonalità tal-benefiċċji soċjoekonomiċi tagħha meta mqabblin mal-ispejjeż soċjoekonomiċi. |
(10) |
Il-Forum għall-Ikambju tal-Informazzjoni dwar l-Infurzar ġie kkonsultat waqt l-proċess ta’ restrizzjonijiet. |
(11) |
Fit-8 ta’ April 2013 l-Aġenzija ppreżentat lill-Kummissjoni l-opinjonijiet tal-RAC u s-SEAC li abbażi tagħhom il-Kummissjoni kkonkludiet li jeżisti riskju inaċċettabbli għas-saħħa tal-bniedem li nħolqu fejn il-komposti tal-kromju VI kienu preżenti f’oġġetti tal-ġild u oġġetti li jkunu fihom partijiet tal-ġild, u li jiġu f’kuntatt mal-ġilda, u li jeħtieġ jiġi indirizzat fuq bażi mifruxa mal-Unjoni kollha. L-impatti soċjoekonomiċi ta’ din ir-restrizzjoni, inkluża d-disponibbiltà ta’ alternattivi, ġew ikkunsidrati. |
(12) |
Ir-restrizzjoni fuq it-tqegħid fis-suq ta’ oġġetti użati timponi piż sproporzjonat fuq il-konsumaturi li jbiegħu mill-ġdid dawn l-oġġetti. Barra minn hekk, minħabba n-natura ta’ dawk it-tranżazzjonijiet, it-tali restrizzjoni tkun diffiċli li tiġi infurzata. Għalhekk, din ir-restrizzjoni ma għandhiex tapplika għal oġġetti tal-ġild jew oġġetti li fihom partijiet tal-ġild li kienu diġà involuti f’użu aħħari fl-Unjoni qabel ma’ dan ir-Regolament jibda japplika. |
(13) |
Huwa xieraq li jkun hemm dispożizzjoni għal perjodu ta’ 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament biex il-partijiet interessati kkonċernati jadottaw miżuri li huma konformi ma’ dan ir-Regolament, inkluż l-indirizzar ta’ oġġetti li huma diġà fil-katina tal-forniment, inkluż fil-ħażniet. |
(14) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
(15) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 133 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness XVII mar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 huwa emendat skont l-Anness ma’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan għandu japplika mill-1 ta’ Mejju 2015.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Marzu 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.
ANNESS
Fl-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, il-paragrafi li ġejjin 5, 6 u 7 huma miżjuda mal-kolonna 2 tal-entrata 47:
|
|