Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0717

2014/717/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 8 ta' Ottubru 2014 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll għall-Ftehim Qafas dwar is-Sħubija u l-Kooperazzjoni Komprensivi bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

ĠU L 300, 18.10.2014, pp. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/717/oj

Related international agreement

18.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 300/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-8 ta' Ottubru 2014

dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll għall-Ftehim Qafas dwar is-Sħubija u l-Kooperazzjoni Komprensivi bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

(2014/717/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 207 u 209, flimkien mal-Artikolu 218(5), tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Att ta' Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja, u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

F'konformità mal-Artikolu 6(2) tal-Att ta' Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja (“l-Att ta' Adeżjoni”), l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Ftehim Qafas ta' Sħubija u Kooperazzjoni Komprensivi bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”) għandu jsir qbil dwarha billi jiġi konkluż protokoll għall-Ftehim (“il-Protokoll”). F'konformità mal-Artikolu 6(2) tal-Att ta' Adeżjoni, għandha tapplika proċedura ssimplifikata għal tali adeżjoni, li permezz tagħha jiġi konkluż protokoll mill-Kunsill, li jaġixxi unanimament f'isem l-Istati Membri, u mill-pajjiżi terzi kkonċernati.

(2)

Fl-14 ta' Settembru 2012, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ in-negozjati mal-pajjiżi terzi kkonċernati. In-negozjati ġew konklużi b'suċċess mar-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam permezz tal-inizjalar tal-Protokoll fil-21 ta' Mejju 2014.

(3)

Il-Ftehim għandu jiġi ffirmat f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar tard,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni komprensivi bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea huwa b'dan awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni tal-Protokoll.

It-test tal-Protokoll għandu jiġi ppubblikat flimkien mad-Deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill qiegħed b'dan jiġi awtorizzat li jaħtar il-persuna(persuni) mogħtija s-setgħa biex tiffirma(jiffirmaw) il-Protokoll f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-8 ta' Ottubru 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

M. LUPI


Top