This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014D0301
2014/301/EU: Council Decision of 19 May 2014 on the conclusion of the Arrangement between the European Union and the Kingdom of Norway on the modalities of its participation in the European Asylum Support Office
2014/301/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tad- 19 ta' Mejju 2014 dwar il-konklużjoni tal-Arranġament bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni tiegħu fl-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil
2014/301/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tad- 19 ta' Mejju 2014 dwar il-konklużjoni tal-Arranġament bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni tiegħu fl-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil
ĠU L 157, 27.5.2014, p. 33–34
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/301/oj
27.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 157/33 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tad-19 ta' Mejju 2014
dwar il-konklużjoni tal-Arranġament bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni tiegħu fl-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil
(2014/301/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 74 u 78(1) u (2), flimkien mal-punt (a) Artikolu 218(6), tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,
Billi:
(1) |
Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/204/UE (1), l-Arranġament bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni tagħha fl-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (l-“Arranġament”) ġie ffirmat fid-19 ta' Marzu 2014, soġġett għall-konklużjoni tiegħu. |
(2) |
L-Arranġament għandu jiġi approvat. |
(3) |
Kif speċifikat fil-premessa 21 tar-Regolament (UE) Nru 439/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), ir-Renju Unit u l-Irlanda qed jieħdu sehem f'dak ir-Regolament (UE) Nru 439/2010 u huma marbuta bih. Huma għandhom għalhekk jagħtu effett lill-Artikolu 49(1) tar-Regolament billi jieħdu sehem f'din id-Deċiżjoni. Ir-Renju Unit u l-Irlanda għalhekk qegħdin jieħdu sehem f'din id-Deċiżjoni. |
(4) |
Kif speċifikat fil-premessa 22 tar-Regolament (UE) Nru 439/2010, id-Danimarka mhix qed tieħu sehem f'dak ir-Regolament u mhix marbuta bih. Id-Danimarka, għalhekk mhix qed tieħu sehem f'din id-Deċiżjoni. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Arranġament bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni tagħha fl-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni (3).
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 13(1) tal-Arranġament (4).
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni ssir effettiva fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Mejju 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
A. TSAFTARIS
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/204/UE tal-11 ta' Frar 2014 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Arranġament bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni tiegħu fl-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (ĠU L 109, 12.4.2014, p. 1).
(2) Regolament (UE) Nru 439/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 li jistabbilixxi Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (ĠU L 132, 29.5.2010, p. 11).
(3) L-Arranġament ġie ppubblikat fil-ĠU L 109, 12.4.2014, p. 3, flimkien mad-Deċiżjoni dwar il-firma tiegħu.
(4) Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Arranġament ser jiġi ppubblikata f'Il Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.