Agħżel il-karatteristiċi sperimentali li tixtieq tipprova

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32013R0482

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 482/2013 tal- 24 ta’ Mejju 2013 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 206/2010 li jistabbilixxi listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ annimali partikulari u laħam frisk u r-rekwiżiti relatati maċ-ċertifikazzjoni veterinarja Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 139, 25.5.2013, p. 6–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Status legali tad-dokument M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32020R0692

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/482/oj

25.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 139/6


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 482/2013

tal-24 ta’ Mejju 2013

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 206/2010 li jistabbilixxi listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ annimali partikulari u laħam frisk u r-rekwiżiti relatati maċ-ċertifikazzjoni veterinarja

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b’mod partikolari l-frażi introduttorja tal-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(1) u l-Artikolu 8(4) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 (2) jistabbilixxi r-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ ċerti kunsinni ta’ annimali ħajjin jew ta’ laħam frisk. Jistabbilixxi wkoll il-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom, li minnhom jistgħu jiġu introdotti dawk il-kunsinni fl-Unjoni.

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 206/2010 jipprevedi li kunsinni ta’ laħam frisk maħsuba għall-konsum mill-bniedem għandhom jiġu importati fl-Unjoni biss jekk ikunu ġejjin mill-pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom elenkati f’Parti 1 tal-Anness II għal dak ir-Regolament li għalih hemm mudell ta’ ċertifikat veterinarju li jikkorrespondi għall-kunsinna kkonċernata elenkata f’dik il-Parti.

(3)

Erba’ partijiet tat-territorju tal-Botswana huma elenkati fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 bħala reġjuni li minnhom huma awtorizzati l-importazzjonijiet lejn l-Unjoni ta’ ċertu laħam frisk. Dawn ir-reġjuni jikkonsistu f’għadd ta’ żoni ta’ kontroll tal-mard veterinarju.

(4)

F’Marzu 2013, twettqet verifika mill-Kummissjoni fil-Botswana sabiex tiġi evalwata s-sistema ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali sistema fis-seħħ, b’mod partikolari rigward il-kontrolli li jikkonċernaw il-marda tal-ilsien u d-dwiefer. Il-verifika sabet li r-riskju tal-introduzzjoni tal-virus tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fiż-żoni ta’ kontroll tal-mard veterinarju 6 u 4a tat-territorju ta’ dak il-pajjiż terz ma jistax jitqies bħala negliġibbli.

(5)

Sorveljanza identifikat il-preżenza tal-virus tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer f’mogħoż u tjur selvaġġ f’żona ta’ sorveljanza intensiva fiż-żona ta’ kontroll tal-mard veterinarju numru 6. Dik iż-żona ta’ sorveljanza intensiva mhijiex awtorizzata għall-esportazzjoni ta’ laħam frisk lejn l-Unjoni. Madankollu, il-qrubija ta’ dik iż-żona mal-parti awtorizzata miż-żona ta’ kontroll tal-mard veterinarju 6 minn tali esportazzjonijiet huma awtorizzati jikkostitwixxi riskju.

(6)

Iż-żona ta’ kontroll tal-mard veterinarju 4a tikkonfina żoni oħra tal-Botswana li minnhom huma awtorizzati l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ laħam frisk mhumiex awtorizzati. Il-Kummissjoni identifikat nuqqasijiet fir-rigward tas-sorveljanza tas-saħħa tal-annimali fiż-żona ta’ kontroll tal-mard veterinarju 4a. Barra minn hekk, ġew identifikati għadd ta’ nuqqasijiet fir-rigward tad-delimitazzjoni ta’ dik iż-żona miż-żoni minn fejn l-importazzjoni tal-laħam frisk fl-Unjoni mhumiex awtorizzati. Dawn in-nuqqasijiet jikkostitwixxi riskju mhux negliġibbli fir-rigward tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer.

(7)

Il-verifika tal-Kummissjoni sabet ukoll li s-sistema biex tivverifika l-effettività tal-kontrolli uffiċjali hija organizzata sew fil-bqija tat-territorju tal-Botswana u hija wriet titjib meta mqabbla mas-sitwazzjoni rrappurtata fil-verifika preċedenti fl-2011.

(8)

Minħabba r-riskju tal-introduzzjoni tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer permezz tal-importazzjoni ta’ laħam frisk minn speċijiet suxxettibbli għal din il-marda minn żoni ta’ kontroll tal-mard veterinarju 6 u 4a tal-Botswana fl-Unjoni, l-awtorizzazzjoni biex tesporta lejn l-Unjoni laħam frisk ta’ din ix-xorta minn dawk iż-żoni ta’ kontroll tal-mard veterinarju għandha madankollu tiġi sospiża.

(9)

Ir-Regolament (UE) Nru 206/2010 għandu għalhekk jigi emendat skont dan.

(10)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 l-annotazzjoni għall-Botswana għandha tinbidel b’dan li ġej:

“BW – Il-Botswana

BW-0

Il-pajjiż kollu

EQU, EQW

 

 

 

 

BW-1

Iż-żoni ta’ kontroll tal-mard veterinarju 3c, 4b, 5, 8, 9 u 18

BOV, OVI, RUF, RUW

F

1

Il-11 ta’ Mejju 2011

Is-26 ta’ Ġunju 2012

BW-2

Iż-żoni ta’ kontroll tal-mard veterinarju 10, 11, 13 u 14

BOV, OVI, RUF, RUW

F

1

 

Is-7 ta’ Marzu 2002

BW-3

Iż-żona ta’ kontroll tal-mard veterinarju 12

BOV, OVI, RUF, RUW

F

1

L-20 ta’ Ottubru 2008

L-20 ta’ Jannar 2009

BW-4

Iż-żona 4a ta’ kontroll tal-mard veterinarju, għajr iż-żona ta’ lqugħ ta’ sorveljanza intensiva ta’ 10 km tul il-fruntiera maż-żona ta’ tilqim għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer u ż-żoni ta’ ġestjoni tal-organiżmi slavaġ

BOV

F

1

It-28 ta’ Mejju 2013

It-18 ta’ Frar 2011

BW-5

Iż-żona ta’ kontroll tal-mard veterinarju 6 għajr iż-żona ta’ sorveljanza intensiva fiż-żona 6 bejn il-fruntiera maż-Żimbabwe u l-awtostrada A1

BOV, OVI, RUF, RUW

F

1

It-28 ta’ Mejju 2013

Is-26 ta’ Ġunju 2012”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(2)  ĠU L 73, 20.3.2010, p. 1.


Fuq