EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R0253

Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 253/2013 tal- 15 ta’ Jannar 2013 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 692/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tal-adattamenti wara r-reviżjoni tal-Istandard Internazzjonali għall-Klassifikazzjoni tal-Edukazzjoni ISCED fir-rigward tal-fatturi varjabbli u l-analiżijiet li għandhom jiġu sottomessi Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 79, 21.3.2013, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2013/253/oj

21.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 79/5


REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 253/2013

tal-15 ta’ Jannar 2013

li jemenda l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 692/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tal-adattamenti wara r-reviżjoni tal-Istandard Internazzjonali għall-Klassifikazzjoni tal-Edukazzjoni ISCED fir-rigward tal-fatturi varjabbli u l-analiżijiet li għandhom jiġu sottomessi

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 692/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2011 dwar l-istatistika Ewropea dwar it-turiżmu u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 95/57/KE (1), u b' mod partikolari l-Artikolu 3(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-introduzzjoni ta’ sistema ta’ klassifikazzjoni aġġornata hija ċentrali għall-isforzi kontinwi tal-Kummissjoni biex tinżamm ir-rilevanza tal-istatistika Ewropea, billi jitqiesu l-iżviluppi u l-bidliet fil-qasam tal-edukazzjoni.

(2)

L-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) irrevediet il-verżjoni tal-Istandard Internazzjonali għall-Klassifikazzjoni tal-Edukazzjoni (ISCED) li ntużat sa issa (ISCED 1997) bl-għan li jkun żgurat li hija konsistenti mal-iżviluppi fil-politiki u l-istrutturi tal-edukazzjoni u t-taħriġ.

(3)

L-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 692/2011 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 692/2011 huwa emendat kif ġej:

(1)

It-Taqsima 1 hija emendata kif ġej:

(a)

Fl-analiżijiet Soċjodemografiċi, il-Parti A, "3. [fakultattiv] Livell edukattiv" jinbidel u jsir "3. [fakultattiv] Livell edukattiv li għandu jintlaħaq";

(b)

Fl-analiżijiet Soċjodemografiċi, il-Parti B, "3. [fakultattiv] Livell edukattiv" jinbidel u jsir "3. [fakultattiv] Livell edukattiv li għandu jintlaħaq";

(c)

Fil-punt (3) tal-Parti C, "Livell edukattiv: livell baxx (ISCED 0, 1 jew 2), medju (ISCED 3 jew 4), ogħla (ISCED 5 jew 6)." jinbidel u jsir "Livell edukattiv li għandu jintlaħaq": mhux aktar minn sekondarju baxx, sekondarju ogħla u post-sekondarju (mhux terzjarju), terzjarju.

(2)

Il-Parti A tat-Taqsima 2 hija emendata kif ġej:

(a)

Fil-Fatturi Varjabbli, ringiela 23, "[fakultattiv] Il-profil tal-viżitatur: livell edukattiv, jinbidel u jsir [fakultattiv] Il-profil tal-viżitatur: livell edukattiv li għandu jintlaħaq";

(b)

Fil-Kategoriji li għandhom jiġu trażmessi, ir-ringiela 23 “(a) Livell baxx (ISCED 0, 1 jew 2)”, “(b) Livell medju (ISCED 3 jew 4)” u “(c) Livell għoli (ISCED 5 jew 6)” jinbidlu b’li ġej:

“(a)

Mhux aktar minn sekondarju baxx

(b)

Sekondarju ogħla u post-sekondarju (mhux terzjarju)

(c)

Terzjarju”

(3)

It-Taqsima 3 hija emendata kif ġej:

(a)

Fl-analiżijiet Soċjodemografiċi, Parti A, "3. Livell edukattiv" tinbidel u ssir "3. Livell edukattiv li għandu jintlaħaq";

(b)

Fl-analiżijiet Soċjodemografiċi, il-Parti B, "3. Livell edukattiv" tinbidel u ssir "3. Livell edukattiv li għandu jintlaħaq".

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2014.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Jannar 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 192, 22.7.2011, p. 17.


Top