EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R0088

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 88/2013 tal- 31 ta’ Jannar 2013 li jemenda d-Deċiżjoni 2007/777/KE u r-Regolament (KE) Nru 798/2008 fir-rigward tal-annotazzjonijiet tal-Ukraina fil-listi tal-pajjiżi terzi li minnhom ċerti laħam, prodotti tal-laħam, bajd u prodotti tal-bajd jistgħu jiġu introdotti fl-Unjoni Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 32, 1.2.2013, p. 8–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32020R0692

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/88/oj

1.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 32/8


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 88/2013

tal-31 ta’ Jannar 2013

li jemenda d-Deċiżjoni 2007/777/KE u r-Regolament (KE) Nru 798/2008 fir-rigward tal-annotazzjonijiet tal-Ukraina fil-listi tal-pajjiżi terzi li minnhom ċerti laħam, prodotti tal-laħam, bajd u prodotti tal-bajd jistgħu jiġu introdotti fl-Unjoni

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b’mod partikolari l-frażi introduttorja tal-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu tal-punt 1 tal-Artikolu 8 u l-punt 4 tal-Artikolu 8 tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistipula regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE tad-29 ta’ Novembru 2007 li tistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika kif ukoll il-mudelli taċ-ċertifikati għall-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-laħam u tal-stonku, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren ittrattati għall-konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2005/432/KE (3), tistabbilixxi regoli għall-importazzjonijiet lejn l-Unjoni u t-tranżitu u l-ħażna fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ prodotti tal-laħam u ta’ kunsinni ta’ stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren trattati, kif definit fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (4).

(2)

Il-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE tistabbilixxi l-lista tal-pajjiżi terzi jew partijiet minnhom, minn fejn hija awtorizzata fl-Unjoni l-introduzzjoni ta’ prodotti tal-laħam u stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren trattati, sakemm dawn il-komoditajiet ikunu f’konformità mat-trattament msemmi f’dik il-lista. Fejn il-pajjiżi terzi jiġu reġjonalizzati biex jiġu inklużi f’dik il-lista, it-territorji reġjonalizzati tagħhom jiġu inklużi fil-Parti 1 ta’ dak l-Anness.

(3)

Il-Parti 4 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE tistabbilixxi t-trattamenti msemmija fil-Parti 2 ta’ dak l-Anness, filwaqt li tassenja kodiċi lil kull wieħed minn dawk it-trattamenti. Dik il-Parti tistabbilixxi trattament mhux speċifiku “A” u trattamenti speċifiċi minn “B” sa “F”, imniżżlin mill-aktar wieħed sever għall-inqas wieħed.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 tat-8 ta’ Awwissu 2008 li jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta’ tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja (5), jistipula li ċerti prodotti għandhom jiġu importati biss lejn u jgħaddu mill-Unjoni meta ġejjin minn pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kompartimenti elenkati fit-tabella tal-Parti 1 tal-Anness I tiegħu. Dan jistipula wkoll ir-rekwiżiti ta’ ċertfikazzjoni veterinarja għal dawn il-kommoditajiet.

(5)

L-Ukraina attwalment mhix elenkata fil-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE kif inhu awtorizzat għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ prodotti tal-laħam u tal-istonkijiet, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren ittrattati minn tjur, tjur tal-kaċċa mrobbija fl-irziezet, għasafar li ma jtirux mrobbija fl-irziezet u għasafar tal-kaċċa selvaġġi. Barra minn hekk, l-Ukraina mhix elenkata fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008.

(6)

L-Ukraina talbet lill-Kummissjoni biex tkun awtorizzata tagħmel importazzjonijiet lejn l-Unjoni ta’ prodotti tal-laħam u tal-istonkijiet, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren ittrattati ta’ tjur, tjur tal-kaċċa mrobbija, għasafar li ma jtirux imrobbija fl-irziezet u għasafar tal-kaċċa selvaġġi li jkunu ġew soġġetti għal trattament mhux speċifiku “A”, skont il-Parti 4 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE. Barra minn hekk, l-Ukraina talbet lill-Kummissjoni biex tkun awtorizzata tagħmel importazzjonijiet lejn l-Unjoni ta’ laħam tat-tjur, għasafar li ma jtirux imrobbija fl-irziezet għall-konsum mill-bniedem u għasafar tal-kaċċa selvaġġi, bajd u prodotti tal-bajd.

(7)

Esperti tal-Kummissjoni wettqu diversi verifiki fl-Ukraina. Dawk il-verifiki urew li l-awtorità veterinarja kompetenti ta’ dan il-pajjiż terz tipprovdi garanziji xierqa rigward il-konformità mar-regoli tal-Unjoni għall-importazzjoni lejn l-Unjoni ta’ prodotti tal-laħam u tal-istonkijiet, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren ittrattati tat-tjur, tjur tal-kaċċa, għasafar li ma jtirux u għasafar tal-kaċċa selvaġġi mrobbija fl-irziezet, tal-laħam tat-tjur, għasafar li ma jtirux imrobbija fl-irziezet għall-konsum mill-bniedem u għasafar tal-kaċċa selvaġġi u tal-bajd u tal-prodotti tal-bajd. Huwa għalhekk xieraq li tiġi emendata l-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE u l-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 sabiex jiġu awtorizzati l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ dawn il-prodotti.

(8)

Barra minn hekk, l-Ukraina pprovdiet garanziji xierqa tas-saħħa tal-annimali rigward il-konformità mar-regoli tal-Unjoni dwar l-importazzjoni tal-bajd u ppreżentat programm ta’ kontroll nazzjonali għas-Salmonella kif previst fir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 dwar il-kontroll tas-salmonella u aġenti żoonotiċi oħra speċifikati li jkun hemm fl-ikel (6). Madankollu, l-approvazzjoni ta’ dak il-programm ma ġietx iffinalizzata. Għalhekk, importazzjonijiet tal-bajd tal-Gallus gallus mill-Ukraina biss huma permessi kif indikat skont “S4” fil-Parti 2 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 798/2008.

(9)

Id-Deċiżjoni 2007/777/KE u r-Regolament (KE) Nru 798/2008 għandhom għalhekk jiġu emendati kif xieraq.

(10)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE huwa emendat skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 huwa emendat skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Jannar 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(2)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206.

(3)  ĠU L 312, 30.11.2007, p. 49.

(4)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.

(5)  ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1.

(6)  ĠU L 325, 12.12.2003, p. 1.


ANNESS I

Fil-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE, l-annotazzjoni għall-Ukraina tinbidel b’dan li ġej:

“UA

L-Ukraina

XXX

XXX

XXX

XXX

A

A

A

XXX

XXX

XXX

A

A

XXX”


ANNESS II

Fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008, l-annotazzjoni li ġejja għall-Ukraina tiddaħħal bejn l-annotazzjoni għat-Turkija u l-annotazzjoni għall-Istati Uniti:

“UA — L-Ukraina

UA-0

Il-pajjiż kollu

E, EP, POU, RAT, WGM

 

 

 

 

 

 

S4”


Top