Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0685

    Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/685/PESK tas- 26 ta’ Novembru 2013 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

    ĠU L 316, 27.11.2013, p. 46–49 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/685/oj

    27.11.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 316/46


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2013/685/PESK

    tas-26 ta’ Novembru 2013

    li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (1), u b'mod partikolari mal-Artikolu 23(2) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Fis-26 ta' Lulju 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran.

    (2)

    Skont is-sentenzi tagħha tas-16 ta' Settembru 2013 fil-Kawża T-489/10 (2), il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea annulat id-deċiżjonijiet tal-Kunsill biex Islamic Republic of Iran Shipping Lines, Bushehr Shipping Co. Ltd, Hafize Darya Shipping Lines (HDSL), Irano – Misr Shipping Co., Irinvestship Ltd, IRISL (Malta) Ltd, IRISL Club, IRISL Europe GmbH, IRISL Marine Services and Engineering Co., ISI Maritime Ltd, Khazar Shipping Lines, Leadmarine, Marble Shipping Ltd, Safiran Payam Darya Shipping Lines (SAPID), Shipping Computer Services Co., Soroush Saramin Asatir Ship Management, South Way Shipping Agency Co. Ltd u Valfajr 8th Shipping Line Co. jiġu inklużi fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK.

    (3)

    Islamic Republic of Iran Shipping Lines, Bushehr Shipping Co. Ltd, Hafize Darya Shipping Lines (HDSL), Irano – Misr Shipping Co., Irinvestship Ltd, IRISL (Malta) Ltd, IRISL Europe GmbH, IRISL Marine Services and Engineering Co., ISI Maritime Ltd, Khazar Shipping Lines, Marble Shipping Ltd, Safiran Payam Darya Shipping Lines (SAPID), Shipping Computer Services Co., Soroush Saramin Asatir Ship Management, South Way Shipping Agency Co. Ltd u Valfajr 8th Shipping Line Co. għandhom jerġgħu jiġu inklużi fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi, abbażi ta' dikjarazzjonijiet ġodda ta' raġunijiet li jikkonċernaw kull waħda minn dawk l-entitajiet.

    (4)

    L-informazzjoni ta' identifikazzjoni marbuta ma' entità fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK għandha tiġi emendata.

    (5)

    B'segwitu għas-sentenzi tal-Qorti Ġenerali fil-Kawżi T-392/11 (3), T-404/11 (4) u T-63/2012 (5), Iran Transfo, Sakhte Turbopomp va Kompressor (SATAK) (magħrufa wkoll bħala Turbo Compressor Manufacturer, TCMFG) u Oil Turbo Compressor Co. mhumiex inklużi fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK.

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK huwa b'dan emendat kif jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Novembru 2013.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    L. LINKEVIČIUS


    (1)  ĠU L 195, 27.7.2010, p. 39.

    (2)  Sentenza tas-16 ta' Settembru 2013 fil-Każ-T-489/10, Islam Republic of Iran Shipping Lines v il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

    (3)  Sentenza tas-16 ta' Mejju 2013 fil-Każ T-392/11, Iran Transfo v il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

    (4)  Sentenza tas-17 ta' April 2013 fil-Każ T-404/11, Turbo Compressor Manufacturer (TCMFG) v il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    (5)  Sentenza tas-26 ta' Ottubru 2012 fil-Każ T-63/12, Oil Turbo Compressor Co. (Private Joint Stock) v il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea


    ANNESS

    I.   L-entitajiet elenkati hawn taħt huma miżjuda mal-lista li tinsab fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK.

    III.   Islamic Republic of Iran Shipping Lines (IRISL)

    B.   Entitajiet

     

    Isem

    Informazzjoni ta' identifikazzjoni

    Raġunijiet

    Data tal-elenkar

    1.

    Islamic Republic of Iran Shipping Lines (IRISL)

    No. 37, Aseman Tower (Sky Tower), Sayyade Shirazee Square, Pasdaran Ave., PO Box 19395-1311, Tehran. Iran;

    IRISL IMO Nri: 9051624; 9465849; 7632826; 7632814; 9465760; 8107581; 9226944; 7620550; 9465863; 9226956; 7375363; 9465758; 9270696; 9193214; 8107579; 9193197; 8108559; 8105284; 9465746; 9346524; 9465851; 8112990

    IRISL kienet involuta fit-trasbord ta' materjal relatat mal-armi mill-Iran bi ksur tal-paragrafu 5 tar-Riżoluzzjoni tal-KSNU 1747(2007). Tliet każijiet ta' ksur ċar kienu rrappurtati lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Iran tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU fl-2009.

    27.11.2013

    2.

    Bushehr Shipping Company Limited (magħrufa wkoll bħala Bimeh Iran)

    143/1 Tower Road, Sliema, Slm 1604, Malta;

    Nru tar-Reġistrazzjoni C 37422; c/o Hafiz Darya Shipping Company, No. 60, Ehteshamiyeh Square, 7th Neyestan Street, Pasdaran Avenue, Tehran, Iran;

    IMO Nru 9270658

    Bushehr Shipping Company Limitedhija proprjetà ta' IRISL.

    27.11.2013

    3.

    Hafiz Darya Shipping Lines (HDSL)

    (magħrufa wkoll bħala HDS Lines)

    No. 60, Ehteshamiyeh Square, 7th Neyestan Street, Pasdaran Avenue, Tehran, Iran.

    HDSL ħadet ir-responsabbiltà bħala s-sid benefiċjarju ta' numru ta' bastimenti ta' Islamic Republic of Iran Shipping Line's (IRISL). Għalhekk, HDSL qed taġixxi f'isem IRISL.

    27.11.2013

    4.

    Irano Misr Shipping Company

    (magħrufa wkoll bħala. Nefertiti Shipping)

    6, El Horeya Rd., El Attarein, Alexandria, Eġittu;

    Inside Damietta Port, New Damietta City, Damietta, Eġittu;

    403, El NahdaSt., Port Said, Port Said, Eġittu.

    Irano Misr Shipping Company bħala aġent għal IRISL fl-Eġittu tipprovdi servizzi essenzjali lil IRISL.

    27.11.2013

    5.

    Irinvestship Ltd

    10 Greycoat Place, London SW1P 1SB, Renju Unit;

    Numru tar-Reġistrazzjoni tal-Kumpannija # 41101 79

    Irinvestship Ltd hija proprjetà ta' IRISL.

    27.11.2013

    6.

    IRISL (Malta) Ltd

    Flat 1, 143 Tower Road, Sliema SLM 1604, Malta;

    Nru tar-Reġistrazzjoni C 33735

    IRISL (Malta) Ltd hija fil-biċċa l-kbira proprjetà ta' IRISL, permezz ta' IRISL Europe GmbH, li min-naħa l-oħra hija proprjetà ta' IRISL. Għalhekk, IRISL Malta Ltd hija kkontrollata minn IRISL.

    27.11.2013

    7.

    IRISL Europe GmbH (Hamburg)

    Schottweg 5, 22087 Hamburg, Ġermanja;

    Numru tal-V.A.T. DE217283818

    Nru tar-Reġistrazzjoni HRB 81573

    IRISL Europe GmbH (Hamburg) hija proprjetà ta' IRISL.

    27.11.2013

    8.

    IRISL Marine Services and Engineering Company

    Sarbandar Gas Station PO Box 199, Bandar Imam Khomeini, Iran;

    Karim Khan Zand Avenue (jew: Karimkhan Avenue), Iran Shahr Shomai (jew: Northern Iranshahr Street), No 221, Tehran, Iran;

    Shahaid Rajaee Port Road, Kilometer of 8, Before Tavanir Power Station, Bandar Abbas, Iran.

    IRISL Marine Services and Engineering Company hija kkontrollata minn IRISL.

    27.11.2013

    9.

    ISI Maritime Limited (Malta)

    147/1 St. Lucia Street, Valetta, Vlt 1185, Malta;

    Nru tar-Reġistrazzjoni C 28940

    c/o IranoHind Shipping Co. Ltd., Mehrshad Street, Sedaghat St., opp. Park Mellat vali-e-asr Ave., Tehran, Iran

    ISI Maritime Limited (Malta) hija kollha kemm hi proprjetà ta' Irano Hind Shipping Company li min-naħa tagħha hija fil-biċċa l-kbira tagħha proprjetà ta' IRISL. Għalhekk, ISI Maritime Limited (Malta) hija kkontrollata minn IRISL. Irano Hind Shipping Company hija indikata min-NU li hija proprjetà, li hija kkontrollata, jew li taġixxi f'isem IRISL.

    27.11.2013

    10.

    Khazar Shipping Lines (Bandar Anzali)

    End of Shahid Mostafa, Khomeini St., Tohid Square, Bandar Anzali 1711-324, Iran, P.O. Box 43145.

    Khazar Shipping Lines

    hija proprjetà ta' IRISL.

    27.11.2013

    11.

    Marble Shipping Limited

    (Malta)

    143/1 Tower Road, Sliema, Slm 1604, Malta;

    Nru tar-Reġistrazzjoni C 41949

    Marble Shipping Limited (Malta)hija proprjetà ta' IRISL.

    27.11.2013

    12.

    Safiran Payam Darya (SAPID) Shipping Company

    (magħrufa wkoll bħala Safiran Payam Darya Shipping Lines, SAPID Shipping Company)

    33241 - Narenjestan 8th ST, Artesh Blvd, Aghdasieh, PO Box 19635-1116, Tehran, Iran.

    Safiran Payam Darya (SAPID) ħadet ir-responsabbiltà bħala s-sid benefiċjarju ta' numru ta' bastimenti ta' Islamic Republic of Iran Shipping Line's (IRISL). Għalhekk, hija qed taġixxi f'isem IRISL.

    27.11.2013

    13.

    Shipping Computer Services Company

    (SCSCOL)

    No 37, Asseman, Shahid Sayyad Shirazees Ave, P.O. Box 1587553-1351, Tehran, Iran.

    Shipping Computer Services Company hija kkontrollata minn IRISL.

    27.11.2013

    14.

    Soroush Saramin Asatir (SSA)

    (magħrufa wkoll bħala Soroush Sarzamin Asatir Ship Management Company, Rabbaran Omid Darya Ship Management Company, Sealeaders)

    No 14 (alt. 5), Shabnam Alley, Fajr Street, Shahid Motahhari Avenue, PO Box 196365-1114, Tehran, Iran.

    Soroush Saramin Asatir (SSA) topera u timmaniġġja numru ta' bastimenti ta' Islamic Republic of Iran Shipping Line's (IRISL). Għalhekk, hija taġixxi f'isem IRISL u tipprovdilha servizzi essenzjali.

    27.11.2013

    15.

    South Way Shipping Agency Co. Ltd

    (magħrufa wkoll bħala Hoopad Darya Shipping Agent)

    Hoopad Darya Shipping Agency Company, No 101, Shabnam Alley, Ghaem Magham Street, Tehran, Iran;

    Fergħa ta' Bandar Abbas: Hoopad Darya Shipping Agency building, Imam Khomeini Blvd, Bandar Abbas, Iran;

    Fergħa ta' Imam Khomieni: Hoopad Darya Shipping Agency building B.I.K. port complex, Bandar Imam Khomeini, Iran;

    Fergħa ta' Khorramshahr: Flat no.2-2nd floor, SSL Building, Coastal Blvd, between City Hall and Post Office, Khorramshahr, Iran;

    Fergħa ta' Assaluyeh: Opposite to city post office, no.2 telecommunication center, Bandar Assaluyeh, Iran;

    Fergħa ta' Chabahar: Indirizz mhux disponibbli;

    Fergħa ta' Bushehr: Indirizz mhux disponibbli.

    South Way Shipping Agency Co Ltd timmaniġġja operazzjonijiet ta' terminal tal-kontejners fl-Iran u tipprovdi servizzi ta' persunal għal flotot f'Bandar Abbas f'isem IRISL. Għalhekk, South Way Shipping Agency Co Ltd qed taġixxi f'isem IRISL.

    27.11.2013

    16.

    Valfajr 8th Shipping Line

    (magħrufa wkoll bħala Valjafr 8th Shipping Line, Valfajr)

    No 119, Corner Shabnam Alley, Shoaa Square, Ghaem Magam Farahani, Tehran, Iran P.O. Box 15875/4155

    Abyar Alley, Corner of Shahid Azodi St. & Karim Khan Zand Ave., Tehran, Iran;

    Shahid Azodi St., Karim Khan Zand Ave., Abiar Alley, PO Box 4155, Tehran, Iran.

    Valfajr 8th Shipping Line hija proprjetà ta' IRISL.

    27.11.2013

    II.   L-entrata għall-entità li tinsab fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK elenkata hawn hija sostitwita bl-entrata ta' hawn taħt.

    I.   Persuni u entitajiet involuti fl-attivitajiet nukleari jew tal-missili ballistiċi u persuni u entitajiet li jipprovdu appoġġ lill-Gvern tal-Iran.

    B.   Entitajiet

     

    Isem

    Informazzjoni ta' identifikazzjoni

    Raġunijiet

    Data tal-elenkar

    1.

    MASNA (Modierat Saakht Niroogahye Atomi Iran) Kumpannija Maniġerjali għall-Kostruzzjoni tal-Impjanti tal-Enerġija Nukleari

    P.O. Box 14395-1359, Tehran, Iran

    Subordinata għal AEOI u Novin Energy (it-tnejn indikati taħt UNSCR 1737). Involuti fl-iżvilupp tar-reatturi nukleari.

    26.7.2010


    Top