Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012D0723

Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/723/PESK tas- 26 ta’ Novembru 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2011/172/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu

ĠU L 327, 27.11.2012, p. 44–44 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 15/03/2021; Impliċitament imħassar minn 32021D0449

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/723/oj

27.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 327/44


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/723/PESK

tas-26 ta’ Novembru 2012

li temenda d-Deċiżjoni 2011/172/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-21 ta' Marzu 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/172/PESK (1).

(2)

Biex jiffaċilita r-ritorn ta' fondi misapproprjati lill-Istat Eġizzjan, id-derogi fid-Deċiżjoni 2011/172/PESK għandhom jiġu emendati biex ikun permess ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati fejn dawn ikunu meħtieġa biex jissodisfaw deċiżjoni ġudizzjarja jew amministrattiva meħuda fl-Unjoni, jew deċiżjoni ġudizzjarja infurzabbli fi Stat Membru, qabel jew wara d-data tan-nomina tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet u korpi kkonċernati.

(3)

Id-Deċiżjoni 2011/172/PESK għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2011/172/PESK hija b'dan emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1(4) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“4.   B'deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, dment li jkunu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi huma s-suġġett ta' deċiżjoni arbitrali meħuda qabel id-data meta l-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp imsemmi fil-paragrafu 1 ġie elenkat fl-Anness jew ta' deċiżjoni ġudizzjarja jew amministrattiva meħuda fl-Unjoni, jew ta' deċiżjoni ġudizzjarja infurzabbli fl-Istat Membru kkonċernat, qabel jew wara dik id-data;

(b)

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi ser jintużaw esklużivament biex jissodisfaw pretensjonijiet ggarantiti minn tali deċiżjoni jew rikonoxxuti bħala validi f'tali deċiżjoni, fil-limiti stipulati fil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet ta' persuni li għandhom tali pretensjonijiet;

(c)

id-deċiżjoni mhix għall-benefiċċju ta' persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkat fl-Anness; u

(d)

ir-rikonoxximent tad-deċiżjoni ma jmurx kontra l-politika pubblika fl-Istat Membru kkonċernat.

L-Istat Membru kkonċernat għandu jgħarraf lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija bis-saħħa ta' dan il-paragrafu.".

(2)

L-Artikolu 6(1) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"6.   Il-paragrafu 2 m'għandux japplika għaż-żieda fil-kontijiet iffriżati ta':

(a)

imgħax jew dħul ieħor fuq dawk il-kontijiet; jew

(b)

ħlasijiet dovuti taħt kuntratti, ftehimiet jew obbligi li jkunu ġew konklużi jew li nħolqu qabel id-data li fiha dawk il-kontijiet ġew soġġetti għall-miżuri previsti fil-paragrafi 1 u 2; jew

(c)

ħlasijiet dovuti taħt deċiżjonijiet ġudizzjarji, amministrattivi jew arbitrali mogħtija fl-Unjoni jew infurzabbli fl-Istat Membru kkonċernat,

dment li tali imgħax, dħul ieħor u ħlasijiet jibqgħu soġġetti għall-miżuri previsti fil-paragrafu 1.‧.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Novembru 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

G. DEMOSTHENOUS


(1)  ĠU L 76, 22.3.2011, p. 63.


Top