This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012D0430
2012/430/EU: Council Decision of 26 June 2012 on the position to be taken, on behalf of the European Union, in the EU-EFTA Joint Committee concerning the adoption of a Decision amending the Convention of 20 May 1987 on a common transit procedure
2012/430/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 26 ta’ Ġunju 2012 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed, f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt EU-EFTA dwar l-adozzjoni ta’ Deċiżjoni li temenda l-Konvenzjoni tal- 20 ta’ Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta’ transitu
2012/430/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 26 ta’ Ġunju 2012 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed, f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt EU-EFTA dwar l-adozzjoni ta’ Deċiżjoni li temenda l-Konvenzjoni tal- 20 ta’ Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta’ transitu
ĠU L 199, 26.7.2012, p. 6–14
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32012D0430R(01) | (EL) |
26.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 199/6 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tas-26 ta’ Ġunju 2012
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed, f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt EU-EFTA dwar l-adozzjoni ta’ Deċiżjoni li temenda l-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta’ transitu
(2012/430/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari), l-1 subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 15a tal-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta’ transitu (1) (il-“Konvenzjoni”) tippermetti pajjiż terz li jsir Parti Kontraenti għall-Konvenzjoni wara deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt imwaqqaf mill-Konvenzjoni li jistieden lill-pajjiż. |
(2) |
L-Artikolu 15 tal-Konvenzjoni jagħti s-setgħa lill-Kumitat Konġunt li jirrakkommanda u jadotta, permezz ta’ deċiżjonijiet, emendi għall-Konvenzjoni u għall-Appendiċi tagħha. |
(3) |
It-Turkija esprimiet formalment ix-xewqa tagħha li tissieħeb fis-sistema komuni ta’ transitu u ġiet mistiedna wara deċiżjoni mill-Kumitat Konġunt fid-19 ta’ Jannar 2012. |
(4) |
It-Turkija ssodisfat ir-rekwiżiti meħtieġa legali, strutturali u tat-teknoloġija tal-informazzjoni, li huma prekundizzjonijiet għall-adeżjoni, u wara l-proċedura formali għall-adeżjoni t-Turkija ser tissieħeb fil-Konvenzjoni. |
(5) |
It-tkabbir tas-sistema komuni ta’ transitu ser teħtieġ ċerti emendi għall-Konvenzjoni. Dawn jikkonċernaw referenzi lingwistiċi ġodda bit-Tork u l-adattamenti adatti għad-dokumenti ta’ garanzija. |
(6) |
L-emenda proposta ġiet ippreżentata u diskussa fi ħdan il-Grupp ta’ Ħidma tal-EU-EFTA u t-test irċieva approvazzjoni preliminarja. |
(7) |
Għalhekk, il-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea dwar l-emenda proposta għandha tkun determinata, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt EU-EFTA dwar it-transitu komuni dwar l-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru XXX minn dak il-Kumitat li temenda l-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta’ transitu għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Ir-rappreżentanti tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt EU-EFTA jistgħu jaqblu fuq bidliet minuri għall-abbozz tad-Deċiżjoni wara li jkunu infurmaw lill-Kunsill b’mod debitu.
Artikolu 2
Il-Kummissjoni għandha tippubblika d-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt EU-EFTA dwar transitu komuni, meta tiġi adottata, f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fil-Lussemburgu, is-26 ta’ Ġunju 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
N. WAMMEN
(1) ĠU L 226, 13.8.1987, p. 2.
ABOZZ TA’
DEĊIŻJONI Nru XXX TAL-KUMITAT KONĠUNT EU-EFTA DWAR TRANSITU KOMUNI
ta’
li temenda l-Konvenzjoni tal- 20 ta’ Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta’ transitu […]
IL-KUMITAT KONĠUNT,
Wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta’ transitu, (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 15(3)(a) tagħha,
Billi:
(1) |
It-Turkija esprimiet ix-xewqa tagħha li taċċedi għall-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta’ transitu (il-“Konvenzjoni”) u ġiet mistiedna wara deċiżjoni mill-Kumitat Konġunt fid-19 ta’ Jannar 2012 stabbilit bis-saħħa tal-Konvenzjoni. |
(2) |
Għaldaqstant, il-verżjonijiet lingwistiċi bit-Tork tar-referenzi użati fil-Konvenzjoni għandhom jiddaħħlu fil-Konvenzjoni fl-ordni adatt. |
(3) |
L-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni hija marbuta mad-data tal-adeżjoni tat-Turkija għall-Konvenzjoni. |
(4) |
Sabiex jippermetti l-użu ta’ formoli ta’ garanzija stampati skont il-kriterji fis-seħħ qabel id-data tal-adeżjoni tat-Turkija għall-Konvenzjoni, għandu jiġi stabbilit perijodu transitorju li matulu l-formoli stampati, b’xi emendi, jistgħu jkomplu jintużaw. |
(5) |
Għaldaqstant il-Konvenzjoni għandha tiġi emendata kif adatt, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Appendiċi III tal-Konvenzjoni dwar proċedura komuni ta’ transitu huwa emendat kif stipulat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
1. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mid-data li fiha t-Turkija taċċedi għall-Konvenzjoni.
2. Il-formoli bbażati fuq il-formoli kampjun fl-Annessi C1, C2, C3, C4, C5, C6 għall-Appendiċi III jistgħu jkomplu jintużaw, soġġetti għal emendi ġeografiċi meħtieġa u l-emendi li jikkonċernaw l-indirizz għal servizz jew l-aġent awtorizzat, sa mhux aktar tard mill-aħħar tat-tnax-il xahar wara d-data ta’ applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Kumitat Konġunt
Il-President
(1) ĠU L 226, 13.8.1987, p. 2.
ANNESS
1. |
Fl-Anness B1, taħt il-kaxxa 51 jiżdied l-inċiż li ġej wara l-Isvizzera: “it-Turkija TR”, |
2. |
Fl-Anness B6, it-Titolu III jiġi emendat kif ġej:
|
3. |
L-Anness C1 jinbidel bit-test li ġej: |
4. |
L-Anness C2 jinbidel bit-test li ġej: |
5. |
L-Anness C4 jinbidel bit-test li ġej: “ANNESS C 4 PROĊEDURA KOMUNI TA’ TRANSITU/TA’ TRANSITU KOMUNITARJA Test ta 'immaġni Test ta 'immaġni |
6. |
Fil-Kaxxa 7 tal-Anness C5, il-kelma “it-Turkija” tiddaħħal bejn il-kliem “l-Isvizzera” u “Andorra”. |
7. |
Fil-Kaxxa 6 tal-Anness C6, il-kelma “it-Turkija” tiddaħħal bejn il-kliem “l-Isvizzera” u “Andorra”. |