EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012D0205

Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/205/PESK tat- 23 ta' April 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

ĠU L 110, 24.4.2012, p. 35–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/205(1)/oj

24.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 110/35


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/205/PESK

tat-23 ta' April 2012

li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK tas-26 ta' Lulju 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 23(2) tagħha,

Billi:

(1)

Fis-26 ta' Lulju 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/413/PESK.

(2)

Il-Kunsill iqis li m'għadx hemm raġunijiet biex persuna u żewġ entitajiet jinżammu fuq il-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/413/PESK.

(3)

Il-lista li tinsab fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/413/PESK għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-persuna u l-entitajiet elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni huma b’dan imħassra mil-lista li tinsab fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/413/PESK.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-23 ta’ April 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 195, 27.7.2010, p. 39.


ANNESS

Persuna u entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 1

A Sedghi

Walship SA

Morison Menon Chartered Accountant


Top