Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0394

    2011/394/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal- 1 ta’ Lulju 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2009/821/KE fir-rigward tal-lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera u l-unitajiet veterinarji fi TRACES (notifikata bid-dokument numru C(2011) 4594) Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 176, 5.7.2011, p. 45–49 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/12/2019; Impliċitament imħassar minn 32019R1014

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2011/394/oj

    5.7.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 176/45


    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

    tal-1 ta’ Lulju 2011

    li temenda d-Deċiżjoni 2009/821/KE fir-rigward tal-lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera u l-unitajiet veterinarji fi TRACES

    (notifikata bid-dokument numru C(2011) 4594)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2011/394/UE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Kommunitarju ta’ ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 20(1) u (3) tiegħu,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (2), u b’mod partikolari t-tieni sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(4) tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE tat-28 ta’ Settembru 2009 dwar it-tfassil ta’ lista approvata ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera, li tistabbilixxi ċerti regoli dwar l-ispezzjonijiet imwettqa mill-esperti veterinarji tal-Kummissjoni u tistabbilixxi l-unitajiet veterinarji fi TRACES (4), tistabbilixxi lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera approvati bi qbil mad-Direttivi 91/496/KEE u 97/78/KE. Din il-lista hija stipulata fl-Anness I għal dik id-Deċiżjoni.

    (2)

    Il-Ġermanja kkomunikat li l-post ta’ spezzjoni fuq il-funtiera fil-port ta’ Rostock ingħalaq fil-31 ta’ Marzu 2011. Għaldaqstant, l-annotazzjoni għal dak il-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera għandu jitneħħa mil-lista stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE.

    (3)

    Wara komunikazzjoni minn Spanja, is-sospensjoni kurrenti ta’ approvazzjoni tal-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera fl-ajruport ta’ Almería m’għandhiex tapplika aktar. Għaldaqstant l-annotazzjoni għal dak il-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera għandha tiġi emendata skont dan. Barra minn hekk, Spanja kkomunikat li, fil-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera fil-port ta’ Vigo, iċ-ċentru ta’ spezzjoni “Pantalán 3” għandu jitħassar u l-isem taċ-ċentru ta’ spezzjoni “Vieirasa” għandu jinbidel għal “Puerto Vieira” fl-annotazzjoni għal dak il-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera stabbilita fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2009/821/KE.

    (4)

    Wara komunikazzjoni minn Franza, ċerti kategoriji ta’ prodotti ta’ oriġini mill-annimali li jistgħu jiġu kkontrollati fil-postijiet approvati ta’ spezzjoni fil-fruntiera fil-port ta’ Brest għandhom jiżdiedu fl-annotazzjonijiet għal dawn il-postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera stabbiliti fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE.

    (5)

    Wara komunikazzjoni mill-Italja, il-postijiet ta’ spezzjoni fil-port u l-ajruport ta’ Reggio Calabria, fil-port ta’ Olbia u l-ajruporti ta’ Rimini u Palermo għandhom jitħassru. Barra mnn hekk, l-Italja kkomunikat li numru limitat biss ta’ speċi ta’ annimali ħajjin huma permessi fil-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera fl-ajruport ta’ Bologna-Borgo Panigale. Il-lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera għall-Italja għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

    (6)

    Wara komunikazzjoni mill-Ungerija, l-isem tal-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera fl-ajruport ta’ Budapest għandu jinbidel għal “Budapest-Liszt Ferenc Nemzetközi Repülőtér”.

    (7)

    L-Olanda kkomunikat li l-annimali taż-żoo biss huma permessi fil-post ta’ Spezzjoni “MHS Live” fil-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera tal-Ajruport ta’ Maastricht. Għaldaqstant, l-annotazzjoni għal dak il-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera għandha tiġi emendata skont kif inhu xieraq.

    (8)

    Wara kominikazzjoni tal-Awstrija, il-post tal-ispezzjoni fuq il-fruntiera tal-Ajruport ta’ Linz għandu jiġi approvat għall-ungulati kollha.

    (9)

    Wara komunikazzjoni mill-Portugall, l-annotazzjonijiet għall-portijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera fil-portijiet ta’ Peniche u Setúbal għandhom jitħassru mil-lista tal-annotazzjonijiet għal dak l-Istat Membru kif stabbilit fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE.

    (10)

    L-Anness II tad-Deċiżjoni 2009/821/KE jistabbilixxi l-lista ta-unitajiet ċentrali, l-unitajiet reġjonali u l-unitajiet lokali fis-sistema veterinarja kompjuterizzata integrata (Traces).

    (11)

    Wara komunikazzjonijiet mill-Ġermanja, l-Irlanda, Franza u l-Awstrija, għandhom isiru ċerti bidliet fil-lista tal-unitajiet ċentrali, reġjonali u lokali fi Traces għal dawk l-Istati Membri stipulati fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2009/821/KE.

    (12)

    Id-Deċiżjoni 2009/821/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

    (13)

    Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2009/821/KE huma emendati skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Lulju 2011.

    Għall-Kummissjoni

    John DALLI

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

    (2)  ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56.

    (3)  ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9.

    (4)  ĠU L 296, 12.11.2009, p. 1.


    ANNESS

    L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2009/821/KE huma emendati kif ġej:

    (1)

    L-Anness I huwa emendat kif ġej:

    (a)

    fil-parti li tikkonċerna l-Ġermanja, l-annotazzjoni għall-port ta’ Rostock għandha titħassar;

    (b)

    il-parti li tikkonċerna lil Spanja hija emendata kif ġej:

    (i)

    l-annotazzjoni għall-ajruport ta’ Almería hija mibdula b’dan li ġej:

    “Almería

    ES LEI 4

    A

     

    HC(2), NHC(2)

    O”

    (ii)

    l-annotazzjoni għall-port ta’ Vigo hija emendata kif ġej:

    “Vigo

    ES VGO 1

    P

    T.C. Guixar

    HC,

    NHC-T(FR),

    NHC-NT

     

    Frioya

    HC-T(FR)(2)(3)

     

    Frigalsa

    HC-T(FR)(2)(3)

     

    Pescanova

    HC-T(FR)(2)(3)

     

    Puerto Vieira

    HC-T(FR)(3)

     

    Fandicosta

    HC-T(FR)(2)(3)

     

    Frig. Morrazo

    HC-T(FR)(3)”

     

    (c)

    fil-parti li tikkonċerna Franza, l-annotazzjoni għall-port ta’ Brest hi mibdula b’dan li ġej:

    “Brest

    FR BES 1

    P

     

    HC(1)(2), NHC”

     

    (d)

    il-parti li tikkonċerna lill-Italja hija emendata kif ġej:

    (i)

    l-annotazzjonijiet li ġejjin jitħassru:

    “Olbia

    IT OLB 1

    P

     

    HC-T(FR)(3)”

     

    “Palermo (*)

    IT PMO 4

    A

     

    HC-T (*)”

     

    “Reggio Calabria(*)

    IT REG 1

    P

     

    HC (*), NHC (*)”

     

    “Reggio Calabria(*)

    IT REG 4

    A

     

    HC (*), NHC (*)”

     

    “Rimini

    IT RMI 4

    A

     

    HC(2) (*), NHC(2) (*)”

     

    (ii)

    l-annotazzjoni għall-ajruport ta’ Bologna-Borgo Panigale tinbidel b’dan li ġej:

    “Bologna-Borgo Panigale

    IT BLQ 4

    A

     

    HC(2), NHC(2)

    O(14)”

    (e)

    fil-parti li tikkonċerna l-Ungerija, l-annotazzjoni għall-ajruport f’Budapest hi sostitwita b’dan li ġej:

    “Budapest-Liszt Ferenc Nemzetközi Repülőtér

    HU BUD 4

    A

     

    HC(2),

    NHC-T(CH)(2),

    NHC-NT(2)

    O”

    (f)

    fil-parti li tikkonċerna l-Pajjiżi l-Baxxi, l-annotazzjoni għall-ajruport ta’ Maastricht tinbidel b’li ġej:

    “Maastricht

    NL MST 4

    A

    MHS Products

    HC(2), NHC(2)

     

    MHS Live

     

    U, E, O(14)”

    (g)

    fil-parti li tikkonċerna l-Awstrija, l-annotazzjoni għall-ajruport f’Linz hi sostitwita b’dan li ġej:

    “Linz

    AT LNZ 4

    A

     

    HC(2), NHC(2)

    U, E, O”

    (h)

    fil-parti li tikkonċerna l-Portugall, l-annotazzjonijiet għall-portijiet ta’ Peniche u Setubal għandha titħassar;

    (2)

    L-Anness II huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-parti li tikkonċerna lill-Ġermanja hija emendata kif ġej:

    (i)

    l-annotazzjoni għall-unità lokali “DE47103 WOLFENBÜTTEL, LANDKREIS U. STADT SALZGITTER” tinbidel b’li ġej:

    “DE47103

    WOLFENBÜTTEL, LANDKREIS”

    (ii)

    l-annotazzjoni għall-unità lokali “DE16203 GOSLAR, LANDKREIS” tinbidel b’li ġej:

    “DE16203

    GOSLAR, LANDKREIS U. SALZGITTER, STADT”.

    (b)

    il-parti li tikkonċerna l-Irlanda hi emendata kif ġej:

    (i)

    l-annotazzjonijiet li ġejjin għall-unitajiet lokali għandhom jitħassru:

    “IE01100

    LAOIS;

    IE01800

    MONAGHAN;

    IE02400

    WESTMEATH”

    (ii)

    l-annotazzjoni għall-unità lokali “IE00900 KILDARE” tinbidel b’li ġej:

    “IE00900

    KILDARE/DUBLIN/LAOIS/WEST WICKLOW”;

    (iii)

    l-annotazzjoni għall-unità lokali “IE00200 CAVAN” tinbidel b’li ġej:

    “IE00200

    CAVAN/MONAGHAN”

    (iv)

    l-annotazzjoni għall-unità lokali “IE01900 OFFALY” tinbidel b’li ġej:

    “IE01900

    OFFALY/WESTMEATH”

    (ċ)

    fil-parti li tikkonċerna lill-Franza, titneħħa l-unità lokali li ġejja:

    “FR16400

    PYRÉNÉES-ATLANTIQUES (BAYONNE)”

    (d)

    il-parti li tikkonċerna lill-Awstrija hija emendata kif ġej:

    (i)

    l-annotazzjonijiet tal-unità lokali li ġejjin jiżdiedu mal-annotazzjonijiet għall-unità reġjonali”AT00100 BURGENLAND”:

    “AT00109

    MAG. D. FREISTADT EISENSTADT;

    AT00110

    STADTGEMEINDE RUST”

    (ii)

    l-annotazzjoni għall-unità lokali “AT00413 VOEÖCKLABRUCK” tinbidel b’li ġej:

    “AT00413

    VOECKLABRUCK”.


    Top