This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011D0223
2011/223/EU: Council Decision of 31 March 2011 establishing the position to be taken by the European Union within the International Sugar Council as regards the extension of the International Sugar Agreement 1992
2011/223/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 31 ta' Marzu 2011 li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali taz-Zokkor fir-rigward tal-estensjoni tal-Ftehim Internazzjonali dwar iz-Zokkor tal-1992
2011/223/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 31 ta' Marzu 2011 li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali taz-Zokkor fir-rigward tal-estensjoni tal-Ftehim Internazzjonali dwar iz-Zokkor tal-1992
ĠU L 94, 8.4.2011, p. 1–1
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
8.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 94/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-31 ta' Marzu 2011
li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali taz-Zokkor fir-rigward tal-estensjoni tal-Ftehim Internazzjonali dwar iz-Zokkor tal-1992
(2011/223/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207 flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi l-Ftehim Internazzjonali dwar iz-Zokkor tal-1992, li ġie konkluż f’isem il-Komunità mill-Kunsill permezz tad-Deċiżjoni 92/580/KEE (1), inizjalment baqa’ fis-seħħ sal-31 ta' Diċembru 1995. Minn dak iż-żmien dan ġie estiż b’mod regolari għal perjodi suċċessivi ta' sentejn. L-aħħar darba li ġie estiż kien permezz ta' deċiżjoni tal-Kunsill Internazzjonali taz-Zokkor tat-28 ta' Mejju 2009 u huwa se jibqa’ fis-seħħ sal-31 ta' Diċembru 2011. Huwa fl-interess tal-Unjoni li dan jerġa’ jiġi estiż. Il-Kummissjoni, li tirrappreżenta lill-Unjoni fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali taz-Zokkor, għandha għalhekk tiġi awtorizzata tivvota favur tali estensjoni,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali taz-Zokkor hija li tivvota favur l-estensjoni tal-Ftehim Internazzjonali dwar iz-Zokkor tal-1992 għal perijodu ieħor ta' mhux aktar minn sentejn.
Il-Kummissjoni b’dan hija awtorizzata tesprimi din il-pożizzjoni fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali taz-Zokkor.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Marzu 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
VÖLNER P.
(1) ĠU L 379, 23.12.1992, p. 15.