Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0203

    Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/203/PESK tal- 31 ta’ Marzu 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2010/445/PESK li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-kriżi fil-Ġeorġja

    ĠU L 86, 1.4.2011, p. 72–72 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/203/oj

    1.4.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 86/72


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/203/PESK

    tal-31 ta’ Marzu 2011

    li temenda d-Deċiżjoni 2010/445/PESK li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-kriżi fil-Ġeorġja

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikolu 31(2) u l-Artikolu 33 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fil-25 ta’ Settembru 2008, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/760/PESK (1) biex jaħtar lis-Sur Pierre MOREL bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għall-kriżi fil-Ġeorġja sat-28 ta’ Frar 2009.

    (2)

    Fil-11 ta’ Awwissu 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/445/PESK (2) li testendi l-mandat tar-RSUE sal-31 ta’ Awwissu 2011. L-ammont ta’ referenza finanzjarja previst biex tkun koperta n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE sa dik id-data ġie stabbilit għal EUR 700 000. L-ammont ta’ referenza finanzjarja għandu jiżdied għal EUR 1 004 000 sabiex ikopri ħtiġijiet operattivi addizzjonali.

    (3)

    Id-Deċiżjoni 2010/445/PESK għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni Nru 2010/445/PESK l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “1.   L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE matul il-perijodu mill-1 ta’ Settembru 2010 sal-31 ta’ Awwissu 2011 għandu jkun ta’ EUR 1 004 000.”.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Għandha tapplika mill-1 ta’ Marzu 2011.

    Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Marzu 2011.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    VÖLNER P.


    (1)  ĠU L 259, 27.9.2008, p. 16.

    (2)  ĠU L 211, 12.8.2010, p. 33.


    Top