EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010R1143
Commission Regulation (EU) No 1143/2010 of 7 December 2010 amending Regulation (EC) No 1251/2008 as regards the period of application of the transitional provisions for certain ornamental aquatic animals intended for closed ornamental facilities Text with EEA relevance
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1143/2010 tas- 7 ta' Diċembru 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1251/2008 fir-rigward tal-perjodu ta' applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tranżizzjonali għal ċerti annimali akkwatiċi ornamentali maħsuba għal faċilitajiet ornamentali magħluqa Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1143/2010 tas- 7 ta' Diċembru 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1251/2008 fir-rigward tal-perjodu ta' applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tranżizzjonali għal ċerti annimali akkwatiċi ornamentali maħsuba għal faċilitajiet ornamentali magħluqa Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 322, 8.12.2010, p. 22–23
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32020R2236
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32008R1251 | Sostituzzjoni | anness IV B.II.2 | 11/12/2010 | |
Modifies | 32008R1251 | Sostituzzjoni | artikolu 20 | 11/12/2010 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Implicitly repealed by | 32020R2236 | 21/04/2021 |
8.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 322/22 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1143/2010
tas-7 ta' Diċembru 2010
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1251/2008 fir-rigward tal-perjodu ta' applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tranżizzjonali għal ċerti annimali akkwatiċi ornamentali maħsuba għal faċilitajiet ornamentali magħluqa
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE tal-24 ta' Ottubru 2006 dwar il-ħtiġiet tas-saħħa tal-annimali għall-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta' ċertu mard f'annimali akkwatiċi (1), u partikolarment l-Artikolu 17(2), l-Artikoli 22 u 25 u l-Artikolu 61(3) tagħha,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1251/2008 tat-12 ta' Diċembru 2008 li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE fir-rigward tal-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni għat-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni fil-Komunità ta' annimali tal-akkwakultura u prodotti tagħhom u li jistabbilixxi lista ta' speċi li jgħaddu l-mard (2) jistabbilixxi l-kundizzjonijiet dwar is-saħħa tal-annimali u r-rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' annimali akkwatiċi ornamentali maħsuba għal faċilitajiet ornamentali magħluqa. |
(2) |
L-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1251/2008 jistipula li ħut ornamentali ta' speċi suxxettibbli għal waħda jew aktar mill-mard elenkat fil-Parti II tal-Anness IV tad-Direttiva 2006/88/KE u maħsub għal faċilitajiet ornamentali magħluqa għandu jiġi impurtat fil-Komunità biss jekk ġej minn pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kompartimenti elenkati fl-Anness III ta' dak ir-Regolament. Is-sindromu epiżootiku li jrabbi l-ulċeri (EUS) huwa mniżżel fil-Parti II tal-Anness IV mad-Direttiva 2006/88/KE bħala marda eżotika ta' ċerti speċijiet suxxettibbli ta' ħut. |
(3) |
L-Artikolu 20(5) tar-Regolament (KE) Nru 1251/2008 jistabbilixxi li għal perjodu tranżizzjonali sal-31 ta' Diċembru 2010, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-importazzjoni ta' annimali akkwatiċi ornamentali ta' speċi suxxettibbli għas-sindromu epiżotiku ulċerattiv (EUS) maħsuba esklużivament għal faċilitajiet ornamentali magħluqa minn pajjiżi terzi jew territorji li huma Membri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE). |
(4) |
Il-Parti II.2 taċ-ċertifikat li jservi ta' mudell tas-saħħa tal-annimali applikabbli għal annimali akkwatiċi ornamentali maħsuba għal faċilitajiet magħluqa elenkati fil-Parti B tal-Anness IV mar-Regolament (KE) Nru 1251/2008 tistabbilixxi ċerti rekwiżiti għall-importazzjoni relatati mal-EUS. It-tieni subparagrafu ta-Artikolu 20(5) ta' dak ir-Regolament jistipula li dawn ir-rekwiżiti ma għandhomx japplikaw waqt dak il-perjodu tranżizzjonali msemmi hawn fuq. |
(5) |
Attwalment hemm bżonn li jsiru iktar studji biex jiġu vvalutati b'mod iktar preċiż ir-riskji assoċjati mal-importazzjoni fl-Unjoni ta' annimali akkwatiċi ornamentali bħal dawn. Sabiex ma jkunx hemm xkiel għall-kummerċ f'dawn l-annimali, huwa xieraq li l-perjodu ta' applikazzjoni tal-miżuri tranżizzjonali li attwalment huma stabbiliti fl-Artikolu 20(5) tar-Regolament (KE) Nru 1251/2008, jiġi mtawwal sal-31 ta' Diċembru 2012. |
(6) |
Barra minn hekk, ċerti dispożizzjonijiet tranżizzjonali oħra li attwalment huma stipulati fl-Artikolu 20 ta' dak ir-Regolament ma għadhomx applikabbli. Għall-finijiet ta' qosor u ċarezza fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, huwa xieraq li dawk id-dispożizzjonijiet jitħassru. |
(7) |
Konsegwentement, ir-Regolament (KE) Nru 1251/2008 għandu jiġi emendat. |
(8) |
Il-miżuri stabbiliti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Peramanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 1251/2008 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“Artikolu 20
Għal perjodu tranżizzjonali sal-31 ta' Diċembru 2012, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-importazzjoni ta' annimali akkwatiċi ornamentali ta' speċi suxxettibbli għas-sindromu epiżotiku ulċerattiv (EUS) maħsuba esklużivament għal faċilitajiet ornamentali magħluqa minn pajjiżi terzi jew territorji li huma Membri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE);
Waqt dak il-perjodu tranżizzjonali, ir-rekwiżiti li jirrigwardaw l-EUS stabbiliti fil-Parti II.2 taċ-ċertifikat li jservi ta' mudell tas-saħħa tal-annimali stabbilit fil-Parti B tal-Anness IV, ma għandhomx japplikaw għal annimali akkwatiċi ornamentali maħsubin esklużivament għal faċilitajiet ornamentali magħluqa.”
Artikolu 2
Fin-nota (3) għal Parti II.2 taċ-ċertifikat li jservi ta' mudell tas-saħħa tal-annimali stabbilit fil-Parti B tal-Anness IV, id-data “l-1 ta' Jannar 2011” hija sostitwita b'“l-1 ta' Jannar 2013”.
Għal perjodu tranżizzjonali sal-31 ta' Diċembru 2012, kunsinni ta' annimali akkwatiċi ornamentali akkumpanjati minn ċertifikati tas-saħħa tal-annimali maħruġin skont il-Parti B tal-Anness IV mar-Regolament (KE) Nru 1251/2008 qabel l-emendi introdotti bir-Regolament eżistenti, jistgħu jkomplu jiġi importati fl-Unjoni jew jgħaddu mill-Unjoni.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan għandu jibda japplika mill-1 ta' Jannar 2011.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14.
(2) ĠU L 337, 16.12.2008, p. 41.