Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010R0744

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 744/2010 tat- 18 ta’ Awwissu 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, fir-rigward tal-użi kritiċi tal-aloni Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 218, 19.8.2010, p. 2–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 10/03/2024; Impliċitament imħassar minn 32024R0590

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/744/oj

    19.8.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 218/2


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 744/2010

    tat-18 ta’ Awwissu 2010

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, fir-rigward tal-użi kritiċi tal-aloni

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-16 ta’ Settembru 2009 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-alon 1301, l-alon 1211 u l-alon 2402 (minn hawn ‘il quddiem “l-aloni”) huma sustanzi li jnaqqsu l-ożonu elenkati bħala sustanzi kontrollati fil-Grupp III tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1005/2009. Il-produzzjoni tagħhom fl-Istati Membri ilha ipprojbita mill-1994, f’konformità mar-rekwiżiti tal-Protokol ta’ Montreal. Madankollu, l-użu tagħhom għadu permess għal ċerti użi kritiċi kif stabbilit fl-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1005/2009.

    (2)

    Il-Kummissjoni rrevediet l-Anness VIII għar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Ġunju 2000 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (2), kif meħtieġ mill-Artikolu 4(4)(iv) ta’ dak ir-Regolament. Għal dan il-għan, ġew evalwati l-użi attwali tal-aloni u d-disponibbiltà u l-implimentazzjoni ta’ alternattivi teknikament u ekonomikament fattibbli jew teknoloġiji li huma aċċettabbli mill-perspettiva tal-ambjent u s-saħħa (minn hawn ‘il quddiem “l-alternattivi”). Sadanittant, ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 inbidel bir-Regolament (KE) Nru 1005/2009, b’tali mod li l-Anness VII għar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 sar l-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1005/2009, mingħajr l-ebda tibdil.

    (3)

    Ir-reviżjoni wriet xi diskrepanzi bejn l-Istati Membri fl-interpretazzjoni ta’ liema użi ta’ aloni jikkostitwixxu użi kritiċi kif deskritt fl-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1005/2009. Kull applikazzjoni bl-alon għandha għalhekk tiġi deskritta f’aktar dettall, billi tiġi speċifikata l-kategorija tat-tagħmir jew il-faċilità, l-iskop tal-applikazzjoni, it-tip ta’ estintur bl-alon u t-tip ta’ alon.

    (4)

    Ir-reviżjoni wriet ukoll li, ħlief għal xi eċċezzjonijiet, ma għadhomx meħtieġa aloni biex ikunu ssodisfati l-ħtiġijiet ta’ protezzjoni min-nar fid-diżinni ta’ tagħmir u faċilitajiet ġodda u li issal-installazzjoni ta’ alternattivi saret rutina. Madankollu, l-estinturi u s-sistemi tal-protezzjoni min-nar bl-alon għadhom meħtieġa f’xi tagħmir li huwa, jew li ser ikun prodott għad-diżinni eżistenti.

    (5)

    Ir-reviżjoni wriet ukoll li l-aloni qed jiġu ssostitwiti jew jistgħu maż-żmien jiġu ssostitwiti b’alternattivi u bi spiża raġonevoli għall-maġġoranza tal-applikazzjonijiet tal-protezzjoni min-nar, kemm jekk inkorporati f’tagħmir u faċilitajiet eżistenti jew f’tagħmir li qed jiġi prodott għad-diżinni eżistenti.

    (6)

    Għalhekk, fid-dawl tad-disponibbiltà u l-implimentazzjoni akbar tal-alternattivi, huwa xieraq li tiġi stabbilita data ta’ skadenza għal kull applikazzjoni li warajha l-użu tal-aloni għal tagħmir ġdid u faċilitajiet ġodda ma jibqax jitqies bħala użu kritiku u l-installazzjoni ta’ estintur jew sistema tal-protezzjoni min-nar bl-alon ma tibqax permessa. Fid-definizzjoni ta’ “tagħmir ġdid” u “faċilitajiet ġodda”, għandha titqies kif xieraq il-fażi fiċ-ċiklu tal-ħajja tat-tagħmir u l-faċilitajiet meta d-diżinn tal-ispazju li jkun jeħtieġ protezzjoni min-nar ikun effettivament stabbilit.

    (7)

    Huwa wkoll xieraq li tiġi stabbilita data ta’ limitu għal kull applikazzjoni li warajha l-użu tal-aloni fl-estinturi tan-nar jew fis-sistemi tal-protezzjoni min-nar fit-tagħmir u l-faċilitajiet kollha, kemm jekk f’tagħmir u faċilitajiet eżistenti jew f’tagħmir li huwa, jew li ser ikun prodott għal diżinni eżistenti, ma jibqax jitqies bħala użu kritiku. B’hekk l-użu tal-aloni ma jkunx permess u l-estinturi tan-nar u s-sistemi tal-protezzjoni min-nar bl-alon ikollhom jinbidlu, jiġu kkonvertiti jew jitneħħew sa tmiem dik id-data, skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2009.

    (8)

    Id-dati ta’ skadenza għandhom iqisu d-disponibbiltà tal-alternattivi għat-tagħmir jew il-faċilitajiet ġodda u l-ostakoli għall-implimentazzjoni tagħhom. Għandhom ukoll jagħtu biżżejjed żmien għall-iżvilupp tal-alternattivi fejn ikun meħtieġ, filwaqt li jipprovdu inċentiv biex isir dan l-iżvilupp. Fir-rigward tal-inġenji tal-ajru, peress li l-avjazzjoni ċivili hija rregolata f’livell internazzjonali, għandhom jitqiesu kif xieraq l-inizjattivi meħuda mill-Organizzazzjoni għall-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO) fir-rigward tal-installazzjoni u l-użu tal-aloni għall-estinturi tan-nar fl-inġenji tal-ajru.

    (9)

    Barra minn dan id-dati ta’ limitu għandhom iħallu biżżejjed żmien biex is-sostituzzjoni tal-aloni jew l-attivitajiet ta’ konverżjoni jsiru bħala parti mill-manutenzjoni ta’ rutina jew ippjanata tat-tagħmir jew tal-faċilità jew mill-programmi ta’ aġġornament, mingħajr ma jaffettwaw bla bżonn l-operat tat-tagħmir jew tal-faċilitajiet konċernati u mingħajr ma jwasslu għal spejjeż kbar. Għandhom iqisu wkoll iż-żmien meħtieġ għall-ksib ta’ kwalunkwe ċertifikazzjoni, awtorizzazzjoni jew approvazzjoni meħtieġa għall-installazzjoni tal-alternattivi fit-tagħmir jew il-faċilitajiet konċernati.

    (10)

    Għall-parti l-kbira tal-applikazzjonijiet għal tagħmir jew faċilitajiet ġodda, fejn l-estinturi u s-sistemi tal-protezzjoni min-nar bl-alon ma għadhomx meħtieġa jew ma għadhomx jiġi installati, huwa xieraq li l-2010 tiġi stabbilita bħala d-data ta’ skadenza. Mandakollu, huwa xieraq li l-2011 tiġi stabbilita bħala d-data ta’ skadenza għal xi applikazzjonijiet għal vetturi u inġenji tal-ajru militari li għalihom issa qed jitqies li huma disponibbli alternattivi iżda li ma kinux implimentati matul il-programmi ta’ żvilupp li issa wasslu biex jitlestew u li għalihom jista’ jkun li modifiki ma għadhomx teknikament u ekonomikament fattibbli. Huwa xieraq li l-2014 tiġi stabbilita bħala data ta’ skadenza għall-applikazzjonijiet fil-kisi tal-magni tal-inġenji tal-ajru u fl-estinturi portabbli fil-kabini, liema data tkun tikkorrispondi mal-qafas ta’ żmien għall-implimentazzjoni mistennija ta’ restrizzjoni ekwivalenti mill-ICAO. Huwa xieraq li l-2018 tiġi stabbilita bħala d-data ta’ skadenza għall-kompartimenti tat-tagħbija tal-inġenji tal-ajru fejn alternattivi għadhom ma ġewx identifikati iżda li għalihom jista’ b’mod raġonevoli jkun mistenni li, wara aktar riċerka u żvilupp, ser ikun hemm alternattivi disponibbli sad-data tal-installazzjoni f’inġenji tal-ajru ġodda li jitressqu għaċ-ċertifikazzjoni tat-tip.

    (11)

    Għal ħafna applikazzjonijiet, huwa xieraq li d-dati ta’ limitu jiġu stabbiliti bejn l-2013 u l-2025, skont il-livell ta’ diffikultà teknika u ekonomika li tirrappreżenta s-sostituzzjoni jew il-konverżjoni tal-alon. Dawn id-dati ta’ limitu għandhom jippermettu biżżejjed żmien għas-sostituzzjoni matul il-programmi ta’ manutenzjoni ta’ rutina għall-biċċa l-kbira tat-tagħmir u l-faċilitajiet fejn issa huma disponibbli alternattivi. Huwa xieraq li l-2030 jew l-2035 tiġi stabbilita bħala d-data ta’ limitu għal ċerti applikazzjonijiet għal vetturi tal-art u bastimenti militari li għalihom is-sostituzzjoni tal-alon x’aktarx li hija teknikament u ekonomikament fattibbli biss bħala parti mill-programmi ppjanati ta’ manutenzjoni jew ta’ aġġornament tat-tagħmir, u li għal liema, f’xi Stati Membri tista’ tkun meħtieġa aktar riċerka u żvilupp biex tiġi vverifikata l-adegwatezza tal-alternattivi.

    (12)

    Għadhom ma ġewx identifikati alternattivi għal xi applikazzjonijiet f’vetturi militari eżistenti, fuq bastimenti militari tal-wiċċ eżistenti, fuq sottomarini militari eżistenti, f’inġenji tal-ajru militari eżistenti u għal dawk li huma jew li ser jiġu prodotti għad-diżinni eżistenti. Madankollu, wieħed jista’ jistenna b’mod raġonevoli li sal-2040 parti kbira mit-tagħmir ikkonċernat tkun waslet fi tmiem tal-ħajja utli tagħha jew li b’riżultat ta’ aktar riċerka u żvilupp sa dak inhar ikunu disponibbli alternattivi. Huwa għalhekk xieraq li l-2040 tkun stipulata bħala data ta’ limitu raġonevoli għal dawk l-applikazzjonijiet.

    (13)

    Għadhom ukoll ma ġewx identifikati alternattivi għas-sistemi tal-protezzjoni min-nar fil-kompartimenti tat-tagħbija, fil-kisi tal-magni u fl-apparat awżiljarju tal-enerġija, fl-inġenji tal-ajru ċivili eżistenti jew f’dawk li qed jiġu prodotti skont xi tip ta’ ċertifikazzjoni eżistenti. Barra minn dan, għadd sinifikanti ta’ inġenji tal-ajru ċivili ser ikomplu jiġu prodotti bi u jkun jiddipendu fuq l-aloni għal dawk l-applikazzjonijiet għall-ġejjieni prevedibbli. Filwaqt li huwa aċċettabbli li hemm diffikultajiet tekniċi, ekonomiċi u regolatorji sinifikanti li jaffettwa s-sostituzzjoni tal-aloni f’dawn l-applikazzjonijiet, huwa wkoll xieraq, fid-dawl tal-inċertezza marbuta mad-disponibbiltà fuq perjodu twil ta’ żmien tal-aloni riċiklati u l-bżonn għal riċerka addizzjonali biex jiġu identifikati u żviluppati alternattivi adegwati, li l-2040 tiġi stipulata bħala data ta’ limitu.

    (14)

    L-Anness VI, li jinkludi oqfsa ta’ żmien għat-tneħħija gradwali tal-użi kritiċi, ser jibqa’ jiġi rrevedut sabiex jitqiesu r-riċerka u l-iżvilupp kontinwi tal-alternattivi kif ukoll l-informazzjoni ġdida dwar id-disponibbiltà tagħhom. Barra minn dan, jistgħu jingħataw derogi mid-dati ta’ limitu u d-dati ta’ skadenza f’każijiet speċifiċi fejn jintwera li mhi disponibbli l-ebda alternattiva.

    (15)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għandu, għalhekk, jiġi emendat skont dan.

    (16)

    Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 25(1) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2009,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għandu jiġi ssostitwit mill-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Awwissu 2010.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 286, 31.10.2009, p. 1.

    (2)  ĠU L 244, 29.9.2000, p. 1.


    ANNESS

    “ANNESS VI

    UŻI KRITIĊI TAL-ALONI

    Għall-għanijiet ta’ dan l-Anness, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (1)

    ‘Data ta’ skadenza’ tfisser id-data minn meta l-aloni ma jistgħux jintużaw f’estinturi tan-nar jew f’sistemi tal-protezzjoni min-nar f’tagħmir u faċilitajiet ġodda għall-applikazzjoni konċernata.

    (2)

    ‘Tagħmir ġdid’ tfisser tagħmir li għalih, sad-data ta’ skadenza, ma jkun seħħ xejn minn dan li ġej:

    (a)

    firma tal-kuntratt rilevanti ta’ akkwist jew ta’ żvilupp;

    (b)

    preżentazzjoni lill-awtorità regolatorja xierqa ta’ talba għall-approvazzjoni jew iċ-ċertifikazzjoni ta’ tip.

    (3)

    ‘Faċilitajiet ġodda’ tfisser faċilitajiet li għalihom, sad-data ta’ skadenza, ma jkun seħħ xejn minn dan li ġej:

    (a)

    firma tal-kuntratt rilevanti ta’ żvilupp;

    (b)

    preżentazzjoni ta’ talba għall-kunsens ta’ pjanar lill-awtorità regolatorja xierqa.

    (4)

    ‘Id-data ta’ limitu’ tfisser id-data minn meta l-aloni ma għandhomx jintużaw fl-applikazzjoni konċernata u minn meta għandhom jitneħħew l-estinturi tan-nar u s-sistemi tal-protezzjoni min-nar li fihom l-aloni.

    (5)

    ‘Inertjar’ tfisser il-prevenzjoni tal-bidu ta’ kombustjoni ta’ atmosfera splussiva jew fjammabbli permezz taż-żieda ta’ sustanza ta’ inibizzjoni jew dilwizzjoni.

    (6)

    ‘Vapuri tal-merkanzija’ tfisser vapur li mhuwiex vapur tal-passiġġieri, li għandu piż gross ta’ aktar minn 500 tunnellata u li jbaħħar fi vjaġġ internazzjonali skont id-definizzjoni ta’ dawn it-termini fil-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Salvagwardja tal-Ħajja Umana fuq il-Baħar (SOLAS). Il-Konvenzjoni SOLAS tiddefinixxi ‘vapur tal-passiġġieri’ bħala ‘vapur li jġorr aktar minn tnax-il passiġġier’ u ‘vjaġġ internazzjonali’ bħala ‘vjaġġ minn pajjiż fejn tapplika din l-Konvenzjoni għal port barra mit-tali pajjiż, jew bil-maqlub’.

    (7)

    Spazju ‘normalment okkupat’ tfisser spazju protett fejn jeħtieġ li persuni jkunu preżenti l-ħin kollu jew fil-biċċa l-kbira tal-ħin sabiex it-tagħmir jew il-faċilità tiffunzjona b’mod effikaċi. Għal applikazzjonijiet militari, l-istatus ta’ okkupanza tal-ispazju protett ikun dak applikabbli matul sitwazzjoni ta’ ġlied.

    (8)

    Spazju ‘normalment mhux okkupat’ tfisser spazju protett li jiġi okkupat għal perjodi limitati biss, b’mod partikolari għat-twettiq ta’ manutenzjoni, u meta l-preżenza kontinwa ta’ persuni ma tkunx meħtieġa għall-funzjonament effikaċi tat-tagħmir jew il-faċilità.

    UŻI KRITIĊI TAL-ALONI

    Applikazzjoni

    Data ta’ skadenza

    (il-31 ta’ Diċembru tas-sena dikjarata)

    Id-data ta’ limitu

    (il-31 ta’ Diċembru tas-sena dikjarata)

    Kategorija ta’ tagħmir jew faċilità

    Fini

    Tip ta’ Estintur

    Tip ta’ alon

    1.

    F’vetturi tal-art militari

    1.1.

    Għall-protezzjoni tal-kompartimenti tal-magna

    Sistemi fissi

    1301

    1211

    2402

    2010

    2035

    1.2.

    Għall-protezzjoni tal-kompartimenti tal-ekwipaġġ

    Sistemi fissi

    1301

    2402

    2011

    2040

    1.3.

    Għall-protezzjoni tal-kompartimenti tal-ekwipaġġ

    Estinturi portabbli

    1301

    1211

    2011

    2020

    2.

    Fuq vapuri militari tal-wiċċ

    2.1.

    Għall-protezzjoni tal-ispazji ta’ makkinarju normalment okkupati

    Sistemi fissi

    1301

    2402

    2010

    2040

    2.2.

    Għall-protezzjoni tal-ispazji ta’ magni normalment mhux okkupati

    Sistemi fissi

    1301

    1211

    2402

    2010

    2035

    2.3.

    Għall-protezzjoni tal-kompartimenti tal-elettriku normalment mhux okkupati

    Sistemi fissi

    1301

    1211

    2010

    2030

    2.4.

    Għall-protezzjoni taċ-ċentri tal-kmand

    Sistemi fissi

    1301

    2010

    2030

    2.5.

    Għall-protezzjoni tal-kmamar tal-pompi tal-fjuwil

    Sistemi fissi

    1301

    2010

    2030

    2.6.

    Għall-protezzjoni tal-kompartimenti għall-ħżin ta’ likwidu fjammabbli

    Sistemi fissi

    1301

    1211

    2402

    2010

    2030

    2.7.

    Għall-protezzjoni tal-inġenji tal-ajru f’ħangars jew f’żoni tal-manutenzjoni

    Estinturi portabbli

    1301

    1211

    2010

    2016

    3.

    Fuq sottomarini militari

    3.1.

    Għall-protezzjoni tal-ispazji tal-makkinarju

    Sistemi fissi

    1301

    2010

    2040

    3.2.

    Għall-protezzjoni taċ-ċentri tal-kmand

    Sistemi fissi

    1301

    2010

    2040

    3.3.

    Għall-protezzjoni tal-ispazji tal-ġeneraturi diżil

    Sistemi fissi

    1301

    2010

    2040

    3.4.

    Għall-protezzjoni tal-kompartimenti tal-elettriku

    Sistemi fissi

    1301

    2010

    2040

    4.

    Fl-inġenji tal-ajru

    4.1.

    Għall-protezzjoni tal-kompartimenti tat-tagħbija normalment mhux okkupati

    Sistemi fissi

    1301

    1211

    2402

    2018

    2040

    4.2.

    Għall-protezzjoni tal-kabini kif ukoll tal-kompartimenti tal-ekwipaġġ

    Estinturi portabbli

    1211

    2402

    2014

    2025

    4.3.

    Għall-protezzjoni tal-kisi tal-magni u tal-apparat awżiljarju tal-enerġija

    Sistemi fissi

    1301

    1211

    2402

    2014

    2040

    4.4.

    Għall-inertjar tat-tankijiet tal-fjuwil

    Sistemi fissi

    1301

    2402

    2011

    2040

    4.5.

    Għall-protezzjoni tal-kontenituri tal-iskart tat-tojlets

    Sistemi fissi

    1301

    1211

    2402

    2011

    2020

    4.6.

    Għall-protezzjoni tal-kompartimenti niexfa

    Sistemi fissi

    1301

    1211

    2402

    2011

    2040

    5.

    F’faċilitajiet taż-żejt, il-gass u l-petrokimika

    5.1.

    Għall-protezzjoni tal-ispazji fejn jista’ jiġi rilaxxat likwidu fjammabbli jew gass

    Sistemi fissi

    1301

    2402

    2010

    2020

    6.

    Fuq vapuri kummerċjali tal-merkanzija

    6.1.

    Għall-inertjar tal-ispazji normalment okkupati fejn jista’ jiġi rilaxxat likwidu fjammabbli jew gass

    Sistemi fissi

    1301

    2402

    1994

    2016

    7.

    F’faċilitajiet ta’ kmand u komunikazzjoni bbażati fuq l-art li huma essenzjali għas-sigurtà nazzjonali

    7.1.

    Għall-protezzjoni tal-ispazji normalment okkupati

    Sistemi fissi

    1301

    2402

    2010

    2025

    7.2.

    Għall-protezzjoni tal-ispazji normalment okkupati

    Estinturi portabbli

    1211

    2010

    2013

    7.3.

    Għall-protezzjoni tal-ispazji normalment mhux okkupati

    Sistemi fissi

    1301

    2402

    2010

    2020

    8.

    Fl-ajrudromi u l-ajruporti

    8.1.

    Għal vetturi tas-salvataġġ tal-ajruporti

    Estinturi portabbli

    1211

    2010

    2016

    8.2.

    Għall-protezzjoni tal-inġenji tal-ajru fil-hangars jew fiż-żoni tal-manutenzjoni

    Estinturi portabbli

    1211

    2010

    2016

    9.

    F’faċilitajiet tal-enerġija nukleari u r-riċerka nukleari

    9.1.

    Għall-protezzjoni tal-ispazji fejn meħtieġ biex kemm jista’ jkun jitnaqqas ir-riskju tat-tferrix ta’ materjal radjuattiv

    Sistemi fissi

    1301

    2010

    2020

    10.

    Fil-Mina tal-Fliegu Ingliż

    10.1.

    Għall-protezzjoni tal-faċilitajiet tekniċi

    Sistemi fissi

    1301

    2010

    2016

    10.2.

    Għall-protezzjoni tal-lokomottivi u l-vaguni ferrovjarji taċ-Channel Tunnel

    Sistemi fissi

    1301

    2010

    2020

    11.

    Oħrajn

    11.1.

    Għat-tifi inizjali ta’ nar mill-pumpiera fejn dan ikun meħtieġ għas-sikurezza personali

    Estinturi portabbli

    1211

    2010

    2013

    11.2.

    Għall-protezzjoni ta’ persuni mill-persunal militari u l-pulizija

    Estinturi portabbli

    1211

    2010

    2013


    Top