19.8.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 218/2 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 744/2010
tat-18 ta’ Awwissu 2010
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, fir-rigward tal-użi kritiċi tal-aloni
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-16 ta’ Settembru 2009 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-alon 1301, l-alon 1211 u l-alon 2402 (minn hawn ‘il quddiem “l-aloni”) huma sustanzi li jnaqqsu l-ożonu elenkati bħala sustanzi kontrollati fil-Grupp III tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1005/2009. Il-produzzjoni tagħhom fl-Istati Membri ilha ipprojbita mill-1994, f’konformità mar-rekwiżiti tal-Protokol ta’ Montreal. Madankollu, l-użu tagħhom għadu permess għal ċerti użi kritiċi kif stabbilit fl-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1005/2009. |
(2) |
Il-Kummissjoni rrevediet l-Anness VIII għar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Ġunju 2000 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (2), kif meħtieġ mill-Artikolu 4(4)(iv) ta’ dak ir-Regolament. Għal dan il-għan, ġew evalwati l-użi attwali tal-aloni u d-disponibbiltà u l-implimentazzjoni ta’ alternattivi teknikament u ekonomikament fattibbli jew teknoloġiji li huma aċċettabbli mill-perspettiva tal-ambjent u s-saħħa (minn hawn ‘il quddiem “l-alternattivi”). Sadanittant, ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 inbidel bir-Regolament (KE) Nru 1005/2009, b’tali mod li l-Anness VII għar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 sar l-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1005/2009, mingħajr l-ebda tibdil. |
(3) |
Ir-reviżjoni wriet xi diskrepanzi bejn l-Istati Membri fl-interpretazzjoni ta’ liema użi ta’ aloni jikkostitwixxu użi kritiċi kif deskritt fl-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1005/2009. Kull applikazzjoni bl-alon għandha għalhekk tiġi deskritta f’aktar dettall, billi tiġi speċifikata l-kategorija tat-tagħmir jew il-faċilità, l-iskop tal-applikazzjoni, it-tip ta’ estintur bl-alon u t-tip ta’ alon. |
(4) |
Ir-reviżjoni wriet ukoll li, ħlief għal xi eċċezzjonijiet, ma għadhomx meħtieġa aloni biex ikunu ssodisfati l-ħtiġijiet ta’ protezzjoni min-nar fid-diżinni ta’ tagħmir u faċilitajiet ġodda u li issal-installazzjoni ta’ alternattivi saret rutina. Madankollu, l-estinturi u s-sistemi tal-protezzjoni min-nar bl-alon għadhom meħtieġa f’xi tagħmir li huwa, jew li ser ikun prodott għad-diżinni eżistenti. |
(5) |
Ir-reviżjoni wriet ukoll li l-aloni qed jiġu ssostitwiti jew jistgħu maż-żmien jiġu ssostitwiti b’alternattivi u bi spiża raġonevoli għall-maġġoranza tal-applikazzjonijiet tal-protezzjoni min-nar, kemm jekk inkorporati f’tagħmir u faċilitajiet eżistenti jew f’tagħmir li qed jiġi prodott għad-diżinni eżistenti. |
(6) |
Għalhekk, fid-dawl tad-disponibbiltà u l-implimentazzjoni akbar tal-alternattivi, huwa xieraq li tiġi stabbilita data ta’ skadenza għal kull applikazzjoni li warajha l-użu tal-aloni għal tagħmir ġdid u faċilitajiet ġodda ma jibqax jitqies bħala użu kritiku u l-installazzjoni ta’ estintur jew sistema tal-protezzjoni min-nar bl-alon ma tibqax permessa. Fid-definizzjoni ta’ “tagħmir ġdid” u “faċilitajiet ġodda”, għandha titqies kif xieraq il-fażi fiċ-ċiklu tal-ħajja tat-tagħmir u l-faċilitajiet meta d-diżinn tal-ispazju li jkun jeħtieġ protezzjoni min-nar ikun effettivament stabbilit. |
(7) |
Huwa wkoll xieraq li tiġi stabbilita data ta’ limitu għal kull applikazzjoni li warajha l-użu tal-aloni fl-estinturi tan-nar jew fis-sistemi tal-protezzjoni min-nar fit-tagħmir u l-faċilitajiet kollha, kemm jekk f’tagħmir u faċilitajiet eżistenti jew f’tagħmir li huwa, jew li ser ikun prodott għal diżinni eżistenti, ma jibqax jitqies bħala użu kritiku. B’hekk l-użu tal-aloni ma jkunx permess u l-estinturi tan-nar u s-sistemi tal-protezzjoni min-nar bl-alon ikollhom jinbidlu, jiġu kkonvertiti jew jitneħħew sa tmiem dik id-data, skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2009. |
(8) |
Id-dati ta’ skadenza għandhom iqisu d-disponibbiltà tal-alternattivi għat-tagħmir jew il-faċilitajiet ġodda u l-ostakoli għall-implimentazzjoni tagħhom. Għandhom ukoll jagħtu biżżejjed żmien għall-iżvilupp tal-alternattivi fejn ikun meħtieġ, filwaqt li jipprovdu inċentiv biex isir dan l-iżvilupp. Fir-rigward tal-inġenji tal-ajru, peress li l-avjazzjoni ċivili hija rregolata f’livell internazzjonali, għandhom jitqiesu kif xieraq l-inizjattivi meħuda mill-Organizzazzjoni għall-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO) fir-rigward tal-installazzjoni u l-użu tal-aloni għall-estinturi tan-nar fl-inġenji tal-ajru. |
(9) |
Barra minn dan id-dati ta’ limitu għandhom iħallu biżżejjed żmien biex is-sostituzzjoni tal-aloni jew l-attivitajiet ta’ konverżjoni jsiru bħala parti mill-manutenzjoni ta’ rutina jew ippjanata tat-tagħmir jew tal-faċilità jew mill-programmi ta’ aġġornament, mingħajr ma jaffettwaw bla bżonn l-operat tat-tagħmir jew tal-faċilitajiet konċernati u mingħajr ma jwasslu għal spejjeż kbar. Għandhom iqisu wkoll iż-żmien meħtieġ għall-ksib ta’ kwalunkwe ċertifikazzjoni, awtorizzazzjoni jew approvazzjoni meħtieġa għall-installazzjoni tal-alternattivi fit-tagħmir jew il-faċilitajiet konċernati. |
(10) |
Għall-parti l-kbira tal-applikazzjonijiet għal tagħmir jew faċilitajiet ġodda, fejn l-estinturi u s-sistemi tal-protezzjoni min-nar bl-alon ma għadhomx meħtieġa jew ma għadhomx jiġi installati, huwa xieraq li l-2010 tiġi stabbilita bħala d-data ta’ skadenza. Mandakollu, huwa xieraq li l-2011 tiġi stabbilita bħala d-data ta’ skadenza għal xi applikazzjonijiet għal vetturi u inġenji tal-ajru militari li għalihom issa qed jitqies li huma disponibbli alternattivi iżda li ma kinux implimentati matul il-programmi ta’ żvilupp li issa wasslu biex jitlestew u li għalihom jista’ jkun li modifiki ma għadhomx teknikament u ekonomikament fattibbli. Huwa xieraq li l-2014 tiġi stabbilita bħala data ta’ skadenza għall-applikazzjonijiet fil-kisi tal-magni tal-inġenji tal-ajru u fl-estinturi portabbli fil-kabini, liema data tkun tikkorrispondi mal-qafas ta’ żmien għall-implimentazzjoni mistennija ta’ restrizzjoni ekwivalenti mill-ICAO. Huwa xieraq li l-2018 tiġi stabbilita bħala d-data ta’ skadenza għall-kompartimenti tat-tagħbija tal-inġenji tal-ajru fejn alternattivi għadhom ma ġewx identifikati iżda li għalihom jista’ b’mod raġonevoli jkun mistenni li, wara aktar riċerka u żvilupp, ser ikun hemm alternattivi disponibbli sad-data tal-installazzjoni f’inġenji tal-ajru ġodda li jitressqu għaċ-ċertifikazzjoni tat-tip. |
(11) |
Għal ħafna applikazzjonijiet, huwa xieraq li d-dati ta’ limitu jiġu stabbiliti bejn l-2013 u l-2025, skont il-livell ta’ diffikultà teknika u ekonomika li tirrappreżenta s-sostituzzjoni jew il-konverżjoni tal-alon. Dawn id-dati ta’ limitu għandhom jippermettu biżżejjed żmien għas-sostituzzjoni matul il-programmi ta’ manutenzjoni ta’ rutina għall-biċċa l-kbira tat-tagħmir u l-faċilitajiet fejn issa huma disponibbli alternattivi. Huwa xieraq li l-2030 jew l-2035 tiġi stabbilita bħala d-data ta’ limitu għal ċerti applikazzjonijiet għal vetturi tal-art u bastimenti militari li għalihom is-sostituzzjoni tal-alon x’aktarx li hija teknikament u ekonomikament fattibbli biss bħala parti mill-programmi ppjanati ta’ manutenzjoni jew ta’ aġġornament tat-tagħmir, u li għal liema, f’xi Stati Membri tista’ tkun meħtieġa aktar riċerka u żvilupp biex tiġi vverifikata l-adegwatezza tal-alternattivi. |
(12) |
Għadhom ma ġewx identifikati alternattivi għal xi applikazzjonijiet f’vetturi militari eżistenti, fuq bastimenti militari tal-wiċċ eżistenti, fuq sottomarini militari eżistenti, f’inġenji tal-ajru militari eżistenti u għal dawk li huma jew li ser jiġu prodotti għad-diżinni eżistenti. Madankollu, wieħed jista’ jistenna b’mod raġonevoli li sal-2040 parti kbira mit-tagħmir ikkonċernat tkun waslet fi tmiem tal-ħajja utli tagħha jew li b’riżultat ta’ aktar riċerka u żvilupp sa dak inhar ikunu disponibbli alternattivi. Huwa għalhekk xieraq li l-2040 tkun stipulata bħala data ta’ limitu raġonevoli għal dawk l-applikazzjonijiet. |
(13) |
Għadhom ukoll ma ġewx identifikati alternattivi għas-sistemi tal-protezzjoni min-nar fil-kompartimenti tat-tagħbija, fil-kisi tal-magni u fl-apparat awżiljarju tal-enerġija, fl-inġenji tal-ajru ċivili eżistenti jew f’dawk li qed jiġu prodotti skont xi tip ta’ ċertifikazzjoni eżistenti. Barra minn dan, għadd sinifikanti ta’ inġenji tal-ajru ċivili ser ikomplu jiġu prodotti bi u jkun jiddipendu fuq l-aloni għal dawk l-applikazzjonijiet għall-ġejjieni prevedibbli. Filwaqt li huwa aċċettabbli li hemm diffikultajiet tekniċi, ekonomiċi u regolatorji sinifikanti li jaffettwa s-sostituzzjoni tal-aloni f’dawn l-applikazzjonijiet, huwa wkoll xieraq, fid-dawl tal-inċertezza marbuta mad-disponibbiltà fuq perjodu twil ta’ żmien tal-aloni riċiklati u l-bżonn għal riċerka addizzjonali biex jiġu identifikati u żviluppati alternattivi adegwati, li l-2040 tiġi stipulata bħala data ta’ limitu. |
(14) |
L-Anness VI, li jinkludi oqfsa ta’ żmien għat-tneħħija gradwali tal-użi kritiċi, ser jibqa’ jiġi rrevedut sabiex jitqiesu r-riċerka u l-iżvilupp kontinwi tal-alternattivi kif ukoll l-informazzjoni ġdida dwar id-disponibbiltà tagħhom. Barra minn dan, jistgħu jingħataw derogi mid-dati ta’ limitu u d-dati ta’ skadenza f’każijiet speċifiċi fejn jintwera li mhi disponibbli l-ebda alternattiva. |
(15) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għandu, għalhekk, jiġi emendat skont dan. |
(16) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 25(1) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2009, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għandu jiġi ssostitwit mill-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Awwissu 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 286, 31.10.2009, p. 1.
(2) ĠU L 244, 29.9.2000, p. 1.
ANNESS
“ANNESS VI
UŻI KRITIĊI TAL-ALONI
Għall-għanijiet ta’ dan l-Anness, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
‘Data ta’ skadenza’ tfisser id-data minn meta l-aloni ma jistgħux jintużaw f’estinturi tan-nar jew f’sistemi tal-protezzjoni min-nar f’tagħmir u faċilitajiet ġodda għall-applikazzjoni konċernata. |
(2) |
‘Tagħmir ġdid’ tfisser tagħmir li għalih, sad-data ta’ skadenza, ma jkun seħħ xejn minn dan li ġej:
|
(3) |
‘Faċilitajiet ġodda’ tfisser faċilitajiet li għalihom, sad-data ta’ skadenza, ma jkun seħħ xejn minn dan li ġej:
|
(4) |
‘Id-data ta’ limitu’ tfisser id-data minn meta l-aloni ma għandhomx jintużaw fl-applikazzjoni konċernata u minn meta għandhom jitneħħew l-estinturi tan-nar u s-sistemi tal-protezzjoni min-nar li fihom l-aloni. |
(5) |
‘Inertjar’ tfisser il-prevenzjoni tal-bidu ta’ kombustjoni ta’ atmosfera splussiva jew fjammabbli permezz taż-żieda ta’ sustanza ta’ inibizzjoni jew dilwizzjoni. |
(6) |
‘Vapuri tal-merkanzija’ tfisser vapur li mhuwiex vapur tal-passiġġieri, li għandu piż gross ta’ aktar minn 500 tunnellata u li jbaħħar fi vjaġġ internazzjonali skont id-definizzjoni ta’ dawn it-termini fil-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Salvagwardja tal-Ħajja Umana fuq il-Baħar (SOLAS). Il-Konvenzjoni SOLAS tiddefinixxi ‘vapur tal-passiġġieri’ bħala ‘vapur li jġorr aktar minn tnax-il passiġġier’ u ‘vjaġġ internazzjonali’ bħala ‘vjaġġ minn pajjiż fejn tapplika din l-Konvenzjoni għal port barra mit-tali pajjiż, jew bil-maqlub’. |
(7) |
Spazju ‘normalment okkupat’ tfisser spazju protett fejn jeħtieġ li persuni jkunu preżenti l-ħin kollu jew fil-biċċa l-kbira tal-ħin sabiex it-tagħmir jew il-faċilità tiffunzjona b’mod effikaċi. Għal applikazzjonijiet militari, l-istatus ta’ okkupanza tal-ispazju protett ikun dak applikabbli matul sitwazzjoni ta’ ġlied. |
(8) |
Spazju ‘normalment mhux okkupat’ tfisser spazju protett li jiġi okkupat għal perjodi limitati biss, b’mod partikolari għat-twettiq ta’ manutenzjoni, u meta l-preżenza kontinwa ta’ persuni ma tkunx meħtieġa għall-funzjonament effikaċi tat-tagħmir jew il-faċilità. |
UŻI KRITIĊI TAL-ALONI |
|||||||||
Applikazzjoni |
Data ta’ skadenza (il-31 ta’ Diċembru tas-sena dikjarata) |
Id-data ta’ limitu (il-31 ta’ Diċembru tas-sena dikjarata) |
|||||||
Kategorija ta’ tagħmir jew faċilità |
Fini |
Tip ta’ Estintur |
Tip ta’ alon |
||||||
|
|
Sistemi fissi |
1301 1211 2402 |
2010 |
2035 |
||||
|
Sistemi fissi |
1301 2402 |
2011 |
2040 |
|||||
|
Estinturi portabbli |
1301 1211 |
2011 |
2020 |
|||||
|
|
Sistemi fissi |
1301 2402 |
2010 |
2040 |
||||
|
Sistemi fissi |
1301 1211 2402 |
2010 |
2035 |
|||||
|
Sistemi fissi |
1301 1211 |
2010 |
2030 |
|||||
|
Sistemi fissi |
1301 |
2010 |
2030 |
|||||
|
Sistemi fissi |
1301 |
2010 |
2030 |
|||||
|
Sistemi fissi |
1301 1211 2402 |
2010 |
2030 |
|||||
|
Estinturi portabbli |
1301 1211 |
2010 |
2016 |
|||||
|
|
Sistemi fissi |
1301 |
2010 |
2040 |
||||
|
Sistemi fissi |
1301 |
2010 |
2040 |
|||||
|
Sistemi fissi |
1301 |
2010 |
2040 |
|||||
|
Sistemi fissi |
1301 |
2010 |
2040 |
|||||
|
|
Sistemi fissi |
1301 1211 2402 |
2018 |
2040 |
||||
|
Estinturi portabbli |
1211 2402 |
2014 |
2025 |
|||||
|
Sistemi fissi |
1301 1211 2402 |
2014 |
2040 |
|||||
|
Sistemi fissi |
1301 2402 |
2011 |
2040 |
|||||
|
Sistemi fissi |
1301 1211 2402 |
2011 |
2020 |
|||||
|
Sistemi fissi |
1301 1211 2402 |
2011 |
2040 |
|||||
|
|
Sistemi fissi |
1301 2402 |
2010 |
2020 |
||||
|
|
Sistemi fissi |
1301 2402 |
1994 |
2016 |
||||
|
|
Sistemi fissi |
1301 2402 |
2010 |
2025 |
||||
|
Estinturi portabbli |
1211 |
2010 |
2013 |
|||||
|
Sistemi fissi |
1301 2402 |
2010 |
2020 |
|||||
|
|
Estinturi portabbli |
1211 |
2010 |
2016 |
||||
|
Estinturi portabbli |
1211 |
2010 |
2016 |
|||||
|
|
Sistemi fissi |
1301 |
2010 |
2020 |
||||
|
|
Sistemi fissi |
1301 |
2010 |
2016 |
||||
|
Sistemi fissi |
1301 |
2010 |
2020 |
|||||
|
|
Estinturi portabbli |
1211 |
2010 |
2013 |
||||
|
Estinturi portabbli |
1211 |
2010 |
2013” |