This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010R0567
Council Regulation (EU) No 567/2010 of 29 June 2010 amending Regulation (EC) No 329/2007 concerning restrictive measures against the Democratic People’s Republic of Korea
Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 567/2010 tad- 29 ta' Ġunju 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 329/2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea
Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 567/2010 tad- 29 ta' Ġunju 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 329/2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea
ĠU L 163, 30.6.2010, pp. 15–29
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2017; Impliċitament imħassar minn 32017R1509
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Modifies | 32007R0329 | Sostituzzjoni | anness 1BI | 01/07/2010 | |
| 52009PC0497 |
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Implicitly repealed by | 32017R1509 | 01/09/2017 |
|
30.6.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 163/15 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 567/2010
tad-29 ta' Ġunju 2010
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 329/2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni 2006/795/PESK tal-20 ta' Novembru 2006 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (1),
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u l-Kummissjoni,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mal-Pożizzjoni Komuni 2006/795/PESK, ir-Regolament (KE) 329/2007 (2), b'mod partikolari, jirrestrinġi l-forniment, il-bejgħ, it-trasferiment jew l-esportazzjoni lejn ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (minn hawn ’il quddiem imsejħa “Korea ta' Fuq”) ta’ ċerti oġġetti, materjali, tagħmir, prodotti u teknoloġija, li jistgħu jikkontribwixxu għall-programmi tal-Korea ta’ Fuq marbutin mal-armi nukleari, ma’ armi oħrajn tal-qerda tal-massa jew ma’ missili ballistiċi, flimkien ma' dawk li ttieħedet deċiżjoni dwarhom mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU jew il-Kumitat tas-Sanzjonijiet. |
|
(2) |
Dawn l-oġġetti huma elenkati fl-Anness Ia għar-Regolament (KE) Nru 329/2007 u għandhom jiġu riveduti sabiex jibqgħu effettivi. |
|
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 329/2007 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 329/2007 huwa b'dan emendat kif ġej:
L-Anness Ia għar-Regolament (KE) Nru 329/2007 huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness I għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Luxembourgl, 29 ta’ Ġunju 2010.
Ghall-Kunsill
Il-President
E. ESPINOSA
ANNESS
“ANNESS Ia
Prodotti u teknoloġija msemmija fl-Artikoli 2 u 3
Oġġetti, materjali, tagħmir, prodotti u teknoloġija oħra li jistgħu jikkontribwixxu għall-programmi tal-Korea ta’ Fuq marbutin mal-armi nukleari, ma’ armi oħrajn tal-qerda tal-massa jew ma’ missili ballistiċi.
|
1. |
Sakemm ma jkunx iddikjarat b'mod ieħor, in-numri ta' referenza li jidhru fil-kolonna intitolata ‘Deskrizzjoni’ jirreferu għad-deskrizzjonijiet tal-oġġetti u t-teknoloġija b'użu doppju stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2009 (1). |
|
2. |
Numru ta' referenza li jidher fil-kolonna intitolata “Oġġett relatat mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2009” ifisser li l-karatteristiċi tal-oġġett deskritt fil-kolonna ‘Deskrizzjoni’ huma barra mill-parametri tad-deskrizzjoni tal-annotazzjoni b'użu doppju li għaliha qed issir referenza. |
|
3. |
Id-definizzjonijiet tat-termini bejn ‘virgoletti singoli’ jinsabu f'nota teknika għall-oġġett rilevanti. |
|
4. |
Id-definizzjonijiet tat-termini bejn ‘virgoletti doppji’ jinsabu fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2009. |
NOTI ĠENERALI
|
1. |
L-iskop tal-projbizzjonijiet inklużi f'dan l-Anness m'għandux jingħeleb bl-esportazzjoni ta' kwalunkwe prodott mhux ipprojbit (li jinkludi impjanti) li jinkludi wieħed jew aktar mill-komponenti pprojbiti, meta l-komponent jew komponenti pprojbiti jkunu l-elementi prinċipali tal-oġġetti u jkunu jistgħu jitneħħew jew jintużaw għal għanijiet oħra.
N.B.: Waqt li jiġi vvalutat jekk il-komponent jew komponenti pprojbiti għandhomx jitqiesu bħala l-element prinċipali, hu meħtieġ li jiġu evalwati l-fatturi tal-kwantità, tal-valur u tal-konoxxenza teknoloġika involuti u ċirkostanzi speċjali oħrajn li jistgħu jistabbilixxu l-komponent jew komponenti pprojbiti bħala l-element prinċipali tal-prodotti pprovduti. |
|
2. |
Prodotti speċifikati f'dan l-Anness jinkludu kemm prodotti ġodda kif ukoll dawk użati. |
NOTA ĠENERALI DWAR IT-TEKNOLOĠIJA (NĠT)
(Li għandha tinqara flimkien mal-Parti C)
|
1. |
Il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tat-‘teknoloġija’ li huma ‘meħtieġa’ għall-‘iżvilupp’, għall-‘produzzjoni’ jew għall-‘użu’ ta' prodotti li l-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħhom huma pprojbiti fil-Parti A (Prodotti) hawn taħt, huma pprojbiti skont id-dispożizzjonijiet tal-Parti B. |
|
2. |
It-‘Teknoloġija’“meħtieġa” għall-‘iżvilupp’, il-‘produzzjoni’ jew l-‘użu’ ta' prodotti pprojbiti tibqa’ pprojbita anke meta tkun applikabbli għal oġġetti mhux ipprojbiti. |
|
3. |
Il-projbizzjonijiet ma japplikawx għal dik it-‘teknoloġija’ li hija l-minimu meħtieġ għall-installazzjoni, it-tħaddim, il-manutenzjoni (iċċekkjar) u t- tiswija ta' dawk l-oġġetti li mhumiex ipprojbiti. |
|
4. |
Il-projbizzjonijiet fuq trasferiment ta' ‘teknoloġija’ ma japplikawx għall-informazzjoni ‘ta' dominju pubbliku’, għal ‘riċerka xjentifika bażika’ jew għall-informazzjoni minima meħtieġa għall-applikazzjonijiet ta’ privattivi. |
A. PRODOTTI
MATERJALI, FAĊILITAJIET U TAGĦMIR NUKLEARI
I.A0. Prodotti
|
Nru |
Deskrizzjoni |
Oġġett relatat mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2009 |
||||||
|
I.A0.001 |
Lampi tal-katodju, vojta minn ġewwa, kif ġej:
|
|
||||||
|
I.A0.002 |
Iżolaturi Faraday li jaqgħu fi ħdan medda ta' tul ta' mewġ ta' bejn 500 nm – 650 nm. |
|
||||||
|
I.A0.003 |
Retikoli ottiċi fi ħdan medda ta' tul ta' mewġ ta' bejn 500 nm – 650 nm. |
|
||||||
|
I.A0.004 |
Fibbri ottiċi fi ħdan medda ta’ tul ta’ mewġ ta’ bejn 500 nm – 650 nm miksijin b’saffi mhux riflettenti fil-medda ta’ tul ta’ mewġ ta’ bejn 500 nm – 650 nm u li jkollhom dijametru ċentrali akbar minn 0.4 mm iżda ma jeċċedix 2 mm. |
|
||||||
|
I.A0.005 |
Partijiet ta' kontenituri ta' reatturi nukleari u apparat għall-ittestjar, barra minn kif speċifikat f'0A001, kif ġej:
|
0A001 |
||||||
|
I.A0.006 |
Sistemi ta’ sejba nukleari, minbarra dawk speċifikati f’0A001.j. jew 1A004.c., għas-sejba, l-identifikazzjoni jew il-kwantifikazzjoni ta’ materjali radjuttivi jew radjazzjoni ta’ oriġini nukleari u komponenti ddisnjati apposta għal dan. N.B: Għal tagħmir personali rreferi għal I.A1.004 hawn taħt. |
0A001.j. 1A004.c. |
||||||
|
I.A0.007 |
Valvi ssiġillati bil-minfaħ minbarra dawk speċifikati f’0B001.c.6, 2A226 jew 2B350, magħmulin minn lega tal-aluminju jew stainless steel tat-tip 304, 304L jew 316L. |
0B001.c.6. 2A226 2B350 |
||||||
|
I.A0.008 |
Mirja tal-lejżer, barra minn dawk speċifikati f’6A005.e, li jikkonsistu f’substrati b’koeffiċjent ta’ espansjoni termali ta' bejn 10-6 K-1 jew inqas f’20 °C (eż. silika fuża jew żaffir). Nota: Din l-annotazzjoni ma tkoprix sistemi ottiċi ddiżinjati speċjalment għal applikazzjonijiet ta’ astronomija, minbarra jekk il-mirja jkun fihom silika fuża. |
0B001.g.5. 6A005.e. |
||||||
|
I.A0.009 |
Lentijiet tal-lejżer, barra minn dawk speċifikati f’6A005.e.2, li jikkonsistu f’substrati b’koeffiċjent ta’ espansjoni termali ta' bejn 10-6 K-1 jew inqas f’20 °C (eż. silika fuża). |
0B001.g. 6A005.e.2. |
||||||
|
I.A0.010 |
Pajpijiet, sistemi ta' pajpijiet, flanġijiet, aċċessorji magħmula minn jew miksija bin-nikil, jew lega tan-nikil, li jkun fiha minn 40 % nikil bil-piż, barra minn dawk speċifikati f'2B350.h.1 |
2B350 |
||||||
|
I.A0.011 |
Pompi tal-vakum, barra minn dawk speċifikati f'0B002.f.2 jew 2B231, kif ġej:
|
0B002.f.2. 2B231 |
||||||
|
I.A0.012 |
Magħlaq protett għall-manipulazzjoni, il-ħażna u ż-żamma ta' sustanzi radjuattivi (ċelloli jaħarqu) |
0B006 |
||||||
|
I.A0.013 |
‘Uranju naturali’ jew ‘uranju eżawrit’ jew torju fil-forma ta' metall, lega, kompost kimiku jew konċentrat u kull materjal ieħor li fih wieħed jew iktar minn dawn is-sustanzi msemmija, barra minn dawk speċifikati f'0C001. |
0C001 |
||||||
|
I.A0.014 |
Kmamar tad-detonazzjoni b’kapaċità ta’ assorbiment ta' splużjoni ta’ aktar mill-ekwivalenti ta’ 2.5 kg TNT. |
|
MATERJALI SPEĊJALI U TAGĦMIR RELATAT
I.A1. Prodotti
|
Nru |
Deskrizzjoni |
Oġġett relatat mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2009 |
||||||||||||||||||||||
|
I.A1.001 |
Aċidu fosforiku ta’ bis(2-etileżil) (HDEHP jew D2HPA) Numru tal-Astratti Kimiċi (CAS): solvent [CAS 298-07-7] fi kwalunkwe kwantità, b’purità aktar minn 90 %. |
|
||||||||||||||||||||||
|
I.A1.002 |
Gass fluworin CAS: [7782-41-4], b’purità ta’ mill-inqas 95 %. |
|
||||||||||||||||||||||
|
I.A1.003 |
Siġilli u gaskits f’forma ta’ ċrieki, b’dijametru intern ta’ 400 mm u anqas, magħmula minn kwalunkwe wieħed mill-materjali li ġejjin:
|
1A001 |
||||||||||||||||||||||
|
I.A1.004 |
Tagħmir personali għas-sejba ta’ radjazzjoni ta’ oriġini nukleari, minbarra dak speċifikat f’1A004.c., inklużi dożimetri personali. |
1A004.c. |
||||||||||||||||||||||
|
I.A1.005 |
Ċelluli elettrolitiċi għall-produzzjoni tal-fluworu, minbarra dawk speċifikati f’1B225, b’kapaċità ta’ produzzjoni ikbar minn 100 g ta’ fluworu fis-siegħa. |
1B225 |
||||||||||||||||||||||
|
I.A1.006 |
Katalizzaturi, minbarra dawk speċifikati f’1A225 jew 1B231, li fihom il-platinu, il-palladju jew ir-rodju, li jistgħu jintużaw għall-promozzjoni tar-reazzjoni ta’ skambju iżotopiku tal-idroġenu bejn l-idroġenu u l-ilma għall-irkupru tat-tritju mill-ilma tqil jew għall-produzzjoni ta’ ilma tqil. |
1A225 1B231 |
||||||||||||||||||||||
|
I.A1.007 |
Aluminju u l-legi tiegħu, barra minn dawk speċifikati f'1C002.b.4. jew 1C202.a., f'forma mhux maħduma jew semifabbrikata b’waħda minn dawn il-karatteristiċi:
Nota teknika: Il-frażi ligi ‘kapaċi għal’ tinkorpora ligi qabel jew wara t-trattament bis-sħana. |
1C002.b.4. 1C202.a. |
||||||||||||||||||||||
|
I.A1.008 |
Metalli manjetiċi, ta' kull tip u ta' kull forma, minbarra dawk speċifikati f'1C003.a. li jkollhom ‘permeabbiltà inizjali relattiva’ ta' 120 000 jew aktar u ħxuna ta' bejn 0,05 mm u 0,1 mm. Nota teknika: Il-kejl tal-‘permeabilità realttiva inizjali’ għandu jsir fuq materjali kompletament ittemprati. |
1C003.a. |
||||||||||||||||||||||
|
I.A1.009 |
‘Materjali fibrużi u bil-filamenti’ jew prepregs, minbarra dawk speċifikati f’1C010.a., 1C010.b., 1C210.a. jew 1C210.b., kif ġej:
|
1C010.a. 1C010.b. 1C210.a. 1C210.b. |
||||||||||||||||||||||
|
I.A1.010 |
Fibri impregnati bir-reżina jew biż-żift (preimpregnati), fibri miksija bil-metall jew bil-karbonju (preformati) jew ‘preformati tal-fibri tal-karbonju’, kif ġej:
|
1C010 1C210 |
||||||||||||||||||||||
|
I.A1.011 |
Komposti riinfurzati taċ-ċeramika tas-silikon karbajd li jistgħu jintużaw għall-ponta, għal vetturi ta' rientrata, għal portelli taż-żennuni, u li jintużaw f'‘missili’, barra minn dawk speċifikati f'1C107. |
1C107 |
||||||||||||||||||||||
|
I.A1.012 |
Mhux użat. |
|
||||||||||||||||||||||
|
I.A1.013 |
Tantalu, karbajd tat-tantalu, tungstenu, karbajd tat-tungstenu u ligi tagħhom, minbarra dawk speċifikati f’1C226, li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:
|
1C226 |
||||||||||||||||||||||
|
I.A1.014 |
‘Trabijiet elementali’ tal-kobalt, neodymium jew samarium jew ligi jew taħlitiet tagħhom li jkun fihom minn tal-anqas 20 % bil-piż ta’ kobalt, neodymium jew samarium, bid-daqs tal-partiċella ta’ anqas minn 200 μm. Nota teknika: ‘Trab elementali’ tfisser trab ta’ purità għolja ta’ element wieħed. |
|
||||||||||||||||||||||
|
I.A1.015 |
Fosfat tat-tributyl pur (TBP) [CAS Nru 126-73-8] jew kwalunkwe taħlita b’kontenut ta’ TBP ta’ aktar minn 5 % bil-piż. |
|
||||||||||||||||||||||
|
I.A1.016 |
Azzar maraging, minbarra dawk speċifikati f’1C116 jew 1C216. Noti tekniċi:
|
1C116 1C216 |
||||||||||||||||||||||
|
I.A1.017 |
Metalli, trabijiet u materjal tal-metall kif ġej:
|
1C117 1C226 |
||||||||||||||||||||||
|
I.A1.018 |
Ligi manjetiċi rotob, minbarra dawk speċifikati f’1C003, b’kompożizzjoni kimika kif ġej:
|
1C003 |
||||||||||||||||||||||
|
I.A1.019 |
Mhux użat. |
|
||||||||||||||||||||||
|
I.A1.020 |
Grafit, minbarra dak speċifikat f’0C004 jew 1C107.a., iddisinjat jew speċifikat biex jintuża fil-Magni tal-Fabbriki għall-Elettroerożjoni (EDM - Electrical Discharge Machining). |
0C004 1C107a |
IPPROĊĊESSAR TA' MATERJALI
I.A2. Prodotti
|
Nru |
Deskrizzjoni |
Oġġett relatat mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2009 |
||||||||||||||||||||||||||||
|
I.A2.001 |
Sistemi ta' prova ta' vibrazzjoni, tagħmir u partijiet għal dak l-iskop, ħlief dawk speċifikati f'2B116:
Nota teknika: ‘mejda vojta’ tfisser mejda ċatta, jew wiċċ mingħajr muntaġġi jew tagħmir imwaħħal. |
2B116 |
||||||||||||||||||||||||||||
|
I.A2.002 |
Magni tal-għodda, minbarra dawk speċifikati f'2B001.c. jew 2B201.b., għat-tħin b'ppożizzjonar ta' preċizjoni bil-‘kumpens kollu disponibbli’ ugwali għal jew inqas (aħjar) minn 15 μm skont ISO 230/2 (1988) (2) jew ekwivalenzi nazzjonali matul xi wieħed mill-assi lineari. |
2B001.c. 2B201.b. |
||||||||||||||||||||||||||||
|
I.A2.002a |
Komponenti u kontrolli numeriċi, iddisinjati apposta għall-magni tal-għodod speċifikati f’ 2B001, 2B201 jew I.A2.002 hawn fuq. |
|
||||||||||||||||||||||||||||
|
I.A2.003 |
Magni tal-ibbilanċjar u tagħmir relatat, kif ġej:
Nota teknika: ‘Irjus indikaturi’ huma xi drabi magħrufa bħala strumentazzjoni tal-ibbilanċjar. |
2B119 |
||||||||||||||||||||||||||||
|
I.A2.004 |
Apparat għal manipulazzjoni mill-bogħod li jista' jintuża għal azzjoni mill-bogħod fi proċessi tas-separazzjoni radjukimika jew f'ċelel jaħarqu, barra dawk speċifikati f'2B225, li fihom xi karatteristika minn dawn li ġejjin:
Nota teknika: Apparat għall-manipulazzjoni mill-bogħod jipprovdi traduzzjoni ta’ azzjonijiet ta’ operatur uman għal driegħ li taħdem mill-bogħod u stallazzjoni. Huma jistgħu jkunu tat-tip ‘prinċipal/sekondarju’ (master/slave) jew mħaddma b’joystick jew tastiera. |
2B225 |
||||||||||||||||||||||||||||
|
I.A2.005 |
Fran għat-trattament bis-sħana f’atmosfera kkontrollata jew fran tal-ossidazzjoni kapaċi li jaħdmu f’temperaturi ta’ aktar minn 400 °C. Nota: Dan il-punt ma jkoprix tunnel kilns li jimxu fuq roller jew permezz ta’ karozza, tunnel kilns b’conveyor belt, kilns tat-tip li jiġu mbuttati jew shuttle kilns, iddisinjati speċjalment għall-produzzjoni tal-ħġieġ, ċeramika għall-mejda jew ċeramika strutturali. |
2B226 2B227 |
||||||||||||||||||||||||||||
|
I.A2.006 |
Mhux użat. |
|
||||||||||||||||||||||||||||
|
I.A2.007 |
‘Apparat maħsub sabiex jibdel sinjal ta' pressjoni f'sinjal ellettriku’ (pressure transducers), minbarra dawk iddefiniti f'2B230, li hu kapaċi jkejjel pressjonijiet assoluti f'kull punt tal-iskala minn 0 sa 200 kPa u li għandu ż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:
Nota teknika: Għall-iskopijiet ta' 2B30 ‘preċiżjoni’ tinkludi n-non-linearità, l-isteresi u r-ripetibbiltà f'temperatura ambjentali. |
2B230 |
||||||||||||||||||||||||||||
|
I.A2.008 |
Kuntatturi likwidu-likwidu (mixxelaturi separaturi, kolonni pulsati, kolonni pjanċa, kuntatturi ċentrifugi); u distributuri ta' likwidi, distributuri ta' fwar jew oġġetti għall-ġbir ta' likwidu mfassla għal tagħmir bħal dan, fejn kull wiċċ li jiġi f’kuntatt dirett mal-kimika/kimiki li tkun/ikunu pproċessata/pproċessati tkun magħmula minn xi materjal li ġej:
Nota teknika: ‘Grafit tal-karbonju’ hu kompożizzjoni ta' karbonju u grafit amorfu, li fiha l-kontenut ta' grafit hu ta' 8 % jew aktar fil-piż. |
2B350.e. |
||||||||||||||||||||||||||||
|
I.A2.009 |
Tagħmir industrijali u l-komponenti tiegħu, minbarra dawk speċifikati fi 2B350.d., kif ġej: Tagħmir għat-trasferiment tas-sħana jew kondensaturi b'wiċċ għat-trasferiment tas-sħana ikbar minn 0,05 m2 u inqas minn 30 m2; u tubi, folji, serpentini jew blokki (nuklei) ddisinjati għal dan it-tagħmir għat-trasferiment tas-sħana jew kondensaturi, fejn l-uċuħ kollha f'kuntatt dirett mal-fluwidu/i jkunu magħmulin minn xi materjal minn dawn li ġejjin:
Nota: Din l-annotazzjoni ma tkoprix ir-radjaturi tal-vetturi. Nota teknika: Il-materjali użati għal gaskits u siġilli u twettiq ieħor ta’ funzjonijiet ta’ ssiġillar ma jiddeterminawx l-istatus ta’ kontroll tat-tagħmir għat-trasferiment tas-sħana. |
2B350.d. |
||||||||||||||||||||||||||||
|
I.A2.010 |
Pompi b’siġilli multipli jew bla siġill, minbarra dawk speċifikati fi 2B350.i, adatti għal fluwidi li jnawru, jew pompi tal-vakwu u kejsings (pump bodies), kisi ta’ kejsings, disk b’għadd ta’ pali ffittjati miegħu storjat f’kàver biex jiċċirkola l-ilma minflok b’pompa għal ġol-ġakits taċ-ċilindri, rotors jew pompi tal-merżuq biż-żennuna mfassla għal pompi bħal dawn, fejn kull wiċċ li jkollu kuntatt dirett mal-kimika/kimiki li qed tkun/ikunu proċessata/proċessati hi magħmula minn kwalunkwe wieħed mill-materjali li ġejjin:
Noti tekniċi: Il-materjali użati għal gaskits u siġilli u implimentazzjonijiet oħrajn ta’ funzjonijiet ta’ ssiġillar ma jiddeterminawx l-istatus ta’ kontroll tal-pompa. It-terminu ‘lastku’ jinkludi t-tipi kollha ta' lastku naturali jew sintetiku. |
2B350.i. |
||||||||||||||||||||||||||||
|
I.A2.011 |
‘Separaturi ċentrifugi’, minbarra dawk speċifikati fi 2B352.c., b’kapaċità ta’ separazzjoni kontinwa mingħajr propagazzjoni ta’ aerosols u manufatturati minn:
Nota teknika: ‘Separaturi ċentrifugi’ jinkludu r-reċipjenti. |
2B352.c. |
||||||||||||||||||||||||||||
|
I.A2.012 |
Filtri tal-metall miksijin bil-ġir, minbarra dawk speċifikati fi 2B352.d., magħmulin min-nikil ligi tan-nikil b’aktar minn 40 % ta’ nikil fil-piż. |
2B352.d. |
||||||||||||||||||||||||||||
|
I.A2.013 |
Magni tat-tip spin-forming u magni tat-tip flow-forming, minbarra dawk speċifikati fi 2B009, 2B109 jew 2B209 u komponenti ddisinjati speċjalment għalihom. Nota teknika: Għall-iskopijiet ta’ dan il-punt, magni li jikkombinaw il-funzjonijiet ta’ spin-forming u flow-forming jitqiesu bħala magni tat-tip flow-forming. |
2B009 2B109 2B209 |
||||||||||||||||||||||||||||
|
I.A2.014 |
Tagħmir u reaġenti, minbarra dawk speċifikati f’2B350 jew 2B352, kif ġej:
|
2B350, 2B352 |
||||||||||||||||||||||||||||
|
I.A2.015 |
Tagħmir, minbarra dak speċifikat f'2B005, 2B105 jew 3B001.d., għad-depożitu ta’ strati metalliċi kif ġej, u komponenti ddisinjati speċjalment u aċċessorji għalih:
|
2B005, 2B105, 3B001.d |
||||||||||||||||||||||||||||
|
I.A2.016 |
Tankijiet jew kontejners miftuħin, b'aġitaturi jew mingħajrhom, b'volum intern totali (ġeometriku) ta' aktar minn 0.5 m3 (500 litru), fejn l-uċuħ kollha li jiġu f'kuntatt dirett mal-kimika/kimiki li jkunu qegħdin jiġu pproċessati jew miżmuma jkunu magħmula minn kwalunkwe mill-materjali li ġejjin:
Nota teknika: It-terminu ‘lastku’ jinkludi t-tipi kollha ta' lastku naturali jew sintetiku. |
2B350 |
ELETTRONIKA
I.A3. Prodotti
|
Nru |
Deskrizzjoni |
Oġġett relatat mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2009 |
||||||||||||||||
|
I.A3.001 |
Provvisti ta’ enerġija ta’ kurrent dirett ta’ qawwa għolja, minbarra dawk speċifikati f’0B001.j.5. jew 3A227, li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:
|
0B001.j.5. 3A227 |
||||||||||||||||
|
I.A3.002 |
Spettrometri tal-massa, minbarra dawk speċifikati f’0B002.g. jew 3A233, li kapaċi jkejlu joni ta’ 200 unit ta’ massa atomika jew iktar u li għandhom riżoluzzjoni li hija aħjar minn 2 partijiet f’200, kif ġej, u sorsi ta’ joni għalihom:
|
0B002.g. 3A233 |
||||||||||||||||
|
I.A3.003 |
Apparat li jbiddel il-frekwenza jew ġeneraturi, minbarra dawk speċifikati f’0B001.b.13. jew 3A225, li jkollu dawn il-karatteristiċi kollha li ġejjin, u komponenti u software ddisinjati speċjalment għalihom:
Noti tekniċi:
|
0B001.b.13. 3A225 |
||||||||||||||||
|
I.A3.004 |
Spettrometri u diffrattometri, mfassla għat-test indikattiv jew l-analiżi kwantitattiva tal-kompożizzjoni elementali tal-metalli jew il-liegi mingħajr dekompożizzjoni kimika tal-materjal. |
|
SENSURI U LEJŻERS
I.A6. Prodotti
|
Nru |
Deskrizzjoni |
Oġġett relatat mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2009 |
||||||||
|
I.A6.001 |
Vireg ta’ granat tal-ittriju aluminju (YAG). |
|
||||||||
|
I.A6.002 |
Tagħmir u komponenti ottiċi, minbarra dawk speċifikati f’6A002 jew 6A004.b. kif ġej: Ottiċi tal-infraaħmar bit-tul ta’ mewġ li jvarja bejn 9 μm u 17 μm u komponenti tagħhom, inkluż il-komponenti tat-tellurur tal-kadmju (CdTe). |
6A002 6A004.b. |
||||||||
|
I.A6.003 |
Sistemi ta’ korretturi tal-fronti tal-mewġ, minbarra l-mirja speċifikati f’6A004.a., 6A005.e. jew 6A005.f., biex jintużaw f’raġġ tal-lejżer b’dijametru ta’ aktar minn 4mm, u elementi magħmula speċifikament għalihom, inkluż sistemi ta’ kontroll, sensuri ta’ fronti tal-fażi u ‘mirja diformabbli’ inkluż mirja bimorf. |
6A004.a. 6A005.e. 6A005.f. |
||||||||
|
I.A6.004 |
‘Lejżers’ tal-joni Argon, minbarra dawk speċifikati f’0B001.g.5., 6A005.a.6. u/jew 6A205.a., li għandhom saħħa tal-ħruġ medja daqs jew ikbar minn 5 W. |
0B001.g.5. 6A005.a.6. 6A205.a. |
||||||||
|
I.A6.005 |
‘Lejżers’ semikondutturi, minbarra dawk speċifikati f’0B001.g.5., 0B001.h.6. jew 6A005.b., u komponenti tagħhom, kif ġej:
Noti:
|
0B001.g.5. 0B001.h.6. 6A005.b. |
||||||||
|
I.A6.006 |
‘Lejżers’ b’semikondutturi sintonizzabbli u armaturi ta’ ‘lejżers’ b’semikondutturi sintonizzabbli, minbarra dawk speċifikati f'0B001.h.6. jew 6A005.b., ta’ tul ta’ mewġ bejn 9 μm u 17 μm, kif ukoll kolonni ta’ armaturi ta’ ‘lejżers’ b’semikondutturi li fihom mill-anqas armatura ‘lejżer’ waħda b’semikondutturi sintonizzabbli ta’ dak it-tul ta’ mewġ. Nota: ‘Lejżers’ semikondutturi huma komunement imsejħa dijodi tal- ‘lejżer’. |
0B001.h.6. 6A005.b. |
||||||||
|
I.A6.007 |
‘Lejżers’‘sintonizzabbli’ fi stat solidu, minbarra dawk speċifikati f’0B001.g.5., 0B001.h.6. jew 6A005.c.1., u komponenti tagħhom iddisinjati għalihom b'mod speċjali, kif ġej:
|
0B001.g.5. 0B001.h.6. 6A005.c.1. |
||||||||
|
I.A6.008 |
‘Lejżers’ (minbarra dawk tal-ħġieġ) drogat bin-neodimju, minbarra dawk speċifikati f’6A005.c.2.b., li għandhom wavelength tal-ħruġ aktar minn 1.0 μm iżda li ma jaqbiżx 1.1 μm u enerġija tal-ħruġ li taqbeż 10 J kull polz. |
6A005.c.2.b. |
||||||||
|
I.A6.009 |
Komponenti akustiċi-ottiċi, kif ġej:
|
6A203.b.4. |
||||||||
|
I.A6.010 |
Kameras reżistenti għar-radjazzjoni, jew lentijiet għalihom, barra minn dawk speċifikati f'6A203.c., iddisinjati apposta jew previsti bħala reżistenti għal doża ta' radjazzjoni totali ogħla minn 50 x 103 Gy (silikon) (5 x 106 rad (silikon)) mingħajr degradazzjoni operattiva. Nota teknika: It-terminu Gy (silikon) jirreferi għall-enerġija f’Joules għal kull kilogramm li hija assorbita minn kampjun mhux miksi tas-silikon meta tkun esposta għar-radjazzjoni ionizzanti. |
6A203.c. |
||||||||
|
I.A6.011 |
Oxxillaturi u amplifikaturi lejżer bl-impulsi bil-koloranti, minbarra dawk speċifikati f’0B001.g.5., 6A005 u jew 6A205.c., li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:
Nota: Dan il-punt ma jkoprix oxxillaturi monomodi. |
0B001.g.5. 6A005 6A205.c. |
||||||||
|
I.A6.012 |
‘Lejżers’ bl-impulsi tad-dijossidu, minbarra dawk speċifikati f’0B001.h.6., 6A005.d. jew 6A205.d., li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:
|
0B001.h.6. 6A005.d. 6A205.d. |
NAVIGAZZJONI U AVJONIĊI
I.A7. Prodotti
|
Nru |
Deskrizzjoni |
Oġġett relatat mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2009 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
I.A7.001 |
Sistemi ta’ navigazzjoni inerzjali u komponenti ddisinjati speċjalment għalihom, kif ġej:
Nota: Il-parametri ta’ a.1. u a.2. huma applikabbli għall-kwalunkwe waħda mill-kondizzjonijiet ambjentali li ġejjin:
Noti tekniċi:
|
7A001 7A003 7A101 7A103 |
AJRUSPAZJU U PROPULSJONI
I.A9. Prodotti
|
Nru |
Deskrizzjoni |
Intestatura konnessa mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2009 |
|
I.A9.001 |
Skorfini splussivi. |
|
|
I.A9.002 |
Magna b'kombustjoni interna (jiġifieri tat-tip pistuni fuq sistema ta' assi jew pistuni ċirkolari), iddisinjati jew modifikati għal ‘inġenji tal-ajru’ bl-iskrejjen jew ‘inġenji tal-ajru eħfef mill-arja’ u l-komponenti ddisinjati speċjalment għalihom. |
|
|
I.A9.003 |
Trakkijiet, minbarra dawk speċifikati f'9A115, b'aktar minn fus motorizzat wieħed u tagħbija li ma taqbiżx il-5 tunnellati. Nota: Din l-annotazzjoni tinkludi trejlers ċatti, semitrejlers u trejlers oħrajn. |
9A115 |
B. SOFTWER
|
Nru |
Deskrizzjoni |
Intestatura konnessa mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2009 |
|
I.B.001 |
Softwer meħtieġ għall-iżvilupp, il-produzzjoni jew l-użu ta’ oġġetti fil-Parti A. (Prodotti). |
|
C. TEKNOLOĠIJA
|
Nru |
Deskrizzjoni |
Intestatura konnessa mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2009 |
|
I.C.001 |
Teknoloġija meħtieġa għall-iżvilupp, il-produzzjoni jew l-użu ta’ oġġetti fil-Parti A. (Prodotti).” |
|
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 tal-5 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta’ oġġetti b’użu doppju (ĠU L 134, 29.5.2009, p. 1–269)
(2) Manifatturi li jikkalkulaw il-preċiżjoni tal-pożizzjoni skont l-ISO 230/2 (1997) għandhom jikkonsultaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih huma stabbiliti.