EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010D0748
2010/748/EU: Council Implementing Decision of 29 November 2010 amending Decision 2007/441/EC authorising the Italian Republic to apply measures derogating from Articles 26(1)(a) and 168 of Directive 2006/112/EC on the common system of value added tax
2010/748/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tad- 29 ta’ Novembru 2010 li temenda d-Deċiżjoni 2007/441/KE li tawtorizza lir-Repubblika Taljana biex tapplika miżuri ta’ deroga mill-Artikoli 26(1)(a) u 168 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud
2010/748/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tad- 29 ta’ Novembru 2010 li temenda d-Deċiżjoni 2007/441/KE li tawtorizza lir-Repubblika Taljana biex tapplika miżuri ta’ deroga mill-Artikoli 26(1)(a) u 168 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud
ĠU L 318, 4.12.2010, p. 45–46
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2019
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32007D0441 | Sostituzzjoni | artikolu 6 | ||
Modifies | 32007D0441 | Sostituzzjoni | artikolu 7 |
4.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 318/45 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL
tad-29 ta’ Novembru 2010
li temenda d-Deċiżjoni 2007/441/KE li tawtorizza lir-Repubblika Taljana biex tapplika miżuri ta’ deroga mill-Artikoli 26(1)(a) u 168 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud
(2010/748/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 395(1) tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Permezz ta’ ittra rreġistrata mas-Segretarjat-Ġenerali tal-Kummissjoni fit-18 ta’ Frar 2010, l-Italja talbet awtorizzazzjoni biex testendi miżura ta’ deroga mill-Artikolu 26 (1)(a) u mill-Artikolu 168 tad-Direttiva 2006/112/KE sabiex tkun tista’ tkompli tirristriġi d-dritt għal tnaqqis fejn jidħlu l-ispejjeż fuq ċerti vetturi tat-triq bil-magna li ma jintużawx biss għal skopijiet ta’ negozju. |
(2) |
Permezz tal-ittra datata t-13 ta’ Lulju 2010, il-Kummissjoni infurmat lill-Istati Membri l-oħra bit-talba tal-Italja. Permezz ta’ ittra datata l-15 ta’ Lulju 2010, il-Kummissjoni nnotifikat lill-Italja li kellha l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tqis it-talba. |
(3) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/441/KE tat-18 ta’ Ġunju 2007 li tawtorizza lir-Repubblika Taljana sabiex tapplika miżuri li jidderogaw mill-Artikoli 26(1)(a) u 168 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (2), tawtorizza lill-Italja biex tillimita d-dritt ta’ tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) dovuta fuq infiq marbut ma’ vetturi tat-triq bil-magna li ma jintużawx biss għal skopijiet ta’ negozju, għal 40 %. Id-Deċiżjoni 2007/441/KE tipprevedi li l-użu għal skopijiet privati ta’ vetturi li ġew soġġetti għal dritt ta’ tnaqqis skont dik id-Deċiżjoni m’għandux jiġi kkunsidrat bħala forniment ta’ servizzi għall-konsiderazzjoni. Id-Deċiżjoni 2007/441/KE fiha definizzjonijiet tal-vetturi u tal-infiq inklużi fl-ambitu ta’ dik id-Deċiżjoni u lista ta’ vetturi li huma espliċitament esklużi mill-iskop ta’ dik id-Deċiżjoni. |
(4) |
B’konformità mal-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 2007/441/KE, l-Italja ssottomettiet rapport lill-Kummissjoni li jkopri l-ewwel sentejn tal-applikazzjoni ta’ dik id-Deċiżjoni u li jinkludi reviżjoni tal-persentaġġ tar-restrizzjoni. L-informazzjoni pprovduta mill-Italja turi li r-restrizzjoni tad-dritt għal tnaqqis, għal 40 %, xorta waħda jikkorrispondi għal ċirkustanzi attwali fir-rigward ta’ użu għal skopijiet kummerċjali u mhux kummerċjali tal-vetturi kkonċernati Għalhekk l-Italja għandha tkun awtorizzata biex tapplika l-miżura matul perjodu limitat ulterjuri, sal-31 ta’ Diċembru 2013. |
(5) |
Fil-każ li l-Italja kellha titlob estensjoni ulterjuri lil hinn mill-2013, għandu jitressaq rapport ġdid lill-Kummissjoni flimkien ma’ dik it-talba għal estensjoni sal-1 ta’ April 2013. |
(6) |
Fid-29 ta’ Ottubbru 2004, il-Kummissjoni adottat proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 77/388/KEE bl-għan li jiġu ssimplifikati l-obbligi tat-taxxa fuq il-valur miżjud. Il-miżuri ta’ deroga previsti f’din id-Deċiżjoni għandhom jiskadu fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dik id-Direttiva li temenda, jekk dik id-data tasal qabel id-data ta’ skadenza tal-miżura ta’ degora stabbilita f’din id-Deċiżjoni. |
(7) |
Id-deroga ma għandha l-ebda impatt negattiv fuq ir-riżorsi proprji tal-Unjoni li jirriżultaw mill-ġbir tat-taxxa fuq il-valur miżjud. |
(8) |
Id-Deċiżjoni 2007/441/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2007/441/KE hija b’dan emendata kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 6 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 6 Kwalunkwe talba għal estensjoni tal-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni għandhom ikunu sottomessi lill-Kummissjoni sal-1 ta’ April 2013. Kwalunkwe talba għal estensjoni ta’ dawk il-miżuri għandhom ikunu akkumpanjati minn rapport li jinkludi reviżjoni tar-restrizzjoni tal-persentaġġ fuq id-dritt għal tnaqqis tal-VAT dovut dwar infiq fuq vetturi tat-triq bil-magna li ma jintużawx biss għal skopijiet kummerċjali.”; |
(2) |
L-Artikolu 7 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 7 Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ regoli tal-Unjoni li jiddeterminaw l-infiq marbut mal-vetturi bil-magna li m’għandux ikun eliġibbli għal tnaqqis totali tal-VAT, imma l-iktar tard fil-31 ta’ Diċembru 2013.”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett mid-data tan-notifika tagħha.
Hija għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2011.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Taljana.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Novembru 2010.
Għall-Kunsill
Il-President
K. PEETERS
(1) ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.
(2) ĠU L 165, 27.6.2007, p. 33.