This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009R0642
Commission Regulation (EC) No 642/2009 of 22 July 2009 implementing Directive 2005/32/EC of the European Parliament and of the Council with regard to ecodesign requirements for televisions (Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 642/2009 tat- 22 ta' Lulju 2009 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għat-televixins (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 642/2009 tat- 22 ta' Lulju 2009 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għat-televixins (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 191, 23.7.2009, p. 42–52
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 28/02/2021; Imħassar b' 32019R2021
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32008R1275 | Emenda | anness 1.3 | 12/08/2009 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32009R0642R(01) | (SK) | |||
Modified by | 32013R0801 | Emenda | anness I PT 5 | 12/09/2013 | |
Modified by | 32013R0801 | Emenda | anness I PT 6.1 punt G) | 12/09/2013 | |
Modified by | 32013R0801 | Sostituzzjoni | anness I PT 6.2 inċiż 2 | 12/09/2013 | |
Modified by | 32013R0801 | Sostituzzjoni | anness II PT 2 | 12/09/2013 | |
Modified by | 32013R0801 | Emenda | artikolu 2 | 12/09/2013 | |
Modified by | 32013R0801 | Żieda | anness I PT 6.1 punt E) | 12/09/2013 | |
Modified by | 32013R0801 | Żieda | anness I PT 6.1 punt F) | 12/09/2013 | |
Modified by | 32013R0801 | Emenda | anness I PT 4 | 12/09/2013 | |
Modified by | 32013R0801 | Żieda | anness I PT 3 | 12/09/2013 | |
Modified by | 32013R0801 | Emenda | anness I PT 6 | 12/09/2013 | |
Modified by | 32013R0801 | Sostituzzjoni | anness III | 12/09/2013 | |
Modified by | 32016R2282 | Sostituzzjoni | anness III P. A | 09/01/2017 | |
Modified by | 32016R2282 | Sostituzzjoni | anness III titolu | 09/01/2017 | |
Modified by | 32016R2282 | Sostituzzjoni | anness III P. B paragrafu 9 | 09/01/2017 | |
Modified by | 32016R2282 | Sostituzzjoni | anness III P. B paragrafu 12 | 09/01/2017 | |
Modified by | 32016R2282 | Sostituzzjoni | anness III P. B paragrafu 11 | 09/01/2017 | |
Modified by | 32016R2282 | Tħassir | anness II P. 1 punt (c) TIRE 4 | 09/01/2017 | |
Modified by | 32016R2282 | Sostituzzjoni | anness III P. B paragrafu 10 | 09/01/2017 | |
Repealed by | 32019R2021 | 01/03/2021 |
23.7.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 191/42 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 642/2009
tat-22 ta' Lulju 2009
li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għat-televixins
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2005 dwar it-twaqqif ta’ qafas għall-iffissar tar-rekwiżiti għall-ekodisinn ta’ prodotti li jużaw l-enerġija u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/42/KEE u d-Direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 96/57/KE u 2000/55/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(1) tagħha,
Wara li kkonsultat il-Forum Konsultattiv dwar l-Ekodisinn,
Billi:
(1) |
Skont id-Direttiva 2005/32/KE, ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni għal prodotti li jużaw l-enerġija li jirrappreżentaw volumi sinifikanti ta’ bejgħ u kummerċ, li għandhom impatt ambjentali sinifikanti, u li jippreżentaw potenzjal sinifikanti għat-titjib f’termini tal-impatt ambjentali tagħhom mingħajr ma jinvolvu spejjeż żejda. |
(2) |
L-Artikolu 16(2), l-ewwel inċiż, tad-Direttiva 2005/32/KE jipprovdi li skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(3) u l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 15(2), u wara konsultazzjoni mal-Forum Konsultattiv dwar l-Ekodisinn, il-Kummissjoni tintroduċi, kif xieraq, miżuri implimentattivi mmirati lejn prodotti elettroniċi għall-konsumaturi. |
(3) |
Il-Kummissjoni wettqet studju ta’ tħejjija li stħarreġ l-aspetti tekniċi, ambjentali u ekonomiċi tat-televixins. L-istudju ġie żviluppat flimkien ma’ persuni interessati u partijiet ikkonċernati mill-Komunità u minn pajjiżi terzi, u r-riżultati ġew ippubblikati fuq is-sit EUROPA tal-Kummissjoni. |
(4) |
It-televixins jirrappreżentaw grupp ta’ prodotti elettroniċi tal-konsum li huwa sinifikanti f’termini ta’ konsum tal-elettriku u għalhekk huma prijorità fil-politika tal-ekodisinn. |
(5) |
L-aspett ambjentali tat-televixins li huwa identifikat bħala sinifikanti għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament huwa l-konsum tal-elettriku fil-fażi tal-użu. |
(6) |
Il-konsum elettriku relatat mat-televixins ġie stmat għal 60 TWh fl-2007 fil-Komunità, li jikkorrispondi għal 24 Mt emissjonijiet ta’ CO2. Jekk ma jittiħdux miżuri speċifiċi biex jiġi limitat dan il-konsum, huwa mbassar li l-konsum tal-elettriku jiżdied għal 132 TWh fl-2020. L-istudju ta’ tħejjija juri li l-konsum tal-elettriku fil-fażi tal-użu jista’ jitnaqqas b’mod sinifikanti. |
(7) |
Aspetti ambjentali oħra ta’ rilevanza għandhom x’jaqsmu mas-sustanzi perikolużi użati fil-produzzjoni tat-televixins u l-iskart mit-televixins li jintrema ma’ tmiem ħajjithom. It-titjib fl-impatt ambjentali relatat ġie indirizzat fid-Direttiva 2002/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 2003 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi ta’ riskju fit-tagħmir elettriku u elettroniku (2), u d-Direttiva 2002/96/KE tas-27 ta’ Jannar 2003 dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) (3), rispettivament, u ma għandux jiġi indirizzat ulterjorment minn dan ir-Regolament. |
(8) |
L-istudju ta’ tħejjija juri li mhumiex meħtieġa rekwiżiti dwar parametri oħra tal-ekodisinn imsemmija fl-Anness I, il-Parti 1, tad-Direttiva 2005/32/KE. |
(9) |
It-tnaqqis fil-konsum tal-elettriku mit-televixins huwa possibbli/vijabbli billi jiġu applikati teknoloġiji eżistenti bla sjieda li jkunu ta’ nfiq effikaċi u li jistgħu jwasslu għal tnaqqis tal-ispejjeż magħquda għax-xiri u t-tħaddim tat-televixins. |
(10) |
Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għandhom jarmonizzaw ir-rekwiżiti tal-konsum tal-elettriku għat-televixins fil-Komunità kollha, u b’hekk jikkontribwixxu għall-funzjonament tas-suq intern u għat-titjib tal-prestazzjoni ambjentali ta’ dawn il-prodotti. |
(11) |
Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn ma għandhomx ikollhom impatt negattiv fuq il-funzjonalità tal-prodott u ma għandhomx jaffettwaw ħażin is-saħħa, is-sikurezza jew l-ambjent. B’mod partikolari, il-benefiċċji tat-tnaqqis tal-konsum tal-elettriku waqt il-fażi tal-użu għandhom aktar milli jpattu għall-impatti ambjentali potenzjali addizzjonali waqt il-fażi tal-produzzjoni. |
(12) |
Dħul fis-seħħ gradwali tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għandu jipprovdi qafas ta’ żmien xieraq biex il-manifatturi jadattaw il-prodotti tagħhom. Iż-żmien għal din l-introduzzjoni għandu jkun wieħed fejn l-impatti negattivi fuq il-funzjonalitajiet tat-tagħmir diġà fis-suq jiġu evitati, u fejn jitqiesu l-impatti tal-ispejjeż għall-manifatturi, partikolarment l-impriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju, filwaqt li jiġi żgurat l-ilħiq f’waqtu tal-għanijiet ta’ dan ir-Regolament. |
(13) |
Il-kejl tal-parametri rilevanti tal-prodott għandu jsir bis-saħħa ta’ proċeduri ta’ kejl affidabbli, akkurati u riproduċibbli, li jqisu l-metodi ta’ kejl l-aktar avvanzati rikonoxxuti inklużi, fejn huma disponibbli, stanDards armonizzati adottati mill-korpi ta’ stanDardizzazzjoni Ewropej, kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istanDards u tar-Regolamenti Tekniċi (4) dwar servizzi tas-Soċjetà tal-Informazzjoni. |
(14) |
Dan ir-Regolament għandu jkabbar il-penetrazzjoni fis-suq ta’ teknoloġiji li jnaqqsu l-impatt ambjentali tat-televixins, u jwassal għal iffrankar tal-elettriku stmat għal 28 TWh fis-sena sal-2020, meta mqabbel ma’ qagħda fejn ma jittieħu l-ebda miżuri. |
(15) |
Skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2005/32/KE, dan ir-Regolament għandu jispeċifika l-proċeduri applikabbli għall-valutazzjoni tal-konformità. |
(16) |
Sabiex jiġu ffaċilitati l-kontrolli tal-konformità, il-manifatturi għandhom jipprovdu tagħrif fid-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Annessi IV u V tad-Direttiva 2005/32/KE safejn dan it-tagħrif ikun relatat mar-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament. |
(17) |
L-aħjar livelli li huma disponibbli bħalissa f’dak li jirrigwarda effiċjenza fl-użu tal-enerġija waqt li t-tagħmir ikun Mixgħul u impatti ambjentali mnaqqsa marbuta mas-sustanzi perikolużi huma identifikati bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/300/KE tat-12 ta' Marzu 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi riveduti għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja lit-televixins (5). Dan għandu jgħin biex jiġu żgurati d-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà wiesgħa tal-informazzjoni, partikolarment għall-impriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju u għal ditti żgħar ħafna, u dan għandu jiffaċilita aktar l-integrazzjoni tal-aqwa teknoloġiji ta’ disinn biex jitnaqqas il-konsum tal-enerġija. Il-punti ta’ riferiment għall-aħjar teknoloġija disponibbli għalhekk ma għandhomx jiġu identifikati f’dan ir-Regolament. |
(18) |
Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn, applikabbli mis-7 ta’ Jannar 2013, skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1275/2008 tas-17 ta’ Diċembru 2008 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-konsum tal-elettriku ta’ tagħmir tal-elettriku u elettroniku tad-Dar u tal-uffiċċju f’modalità Stennija u f’modalità Mitfi (6) għandhom japplikaw għat-televixins fi żmien qabel dak provdut f’dak ir-Regolament minħabba li t-teknoloġiji li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tiegħu jistgħu jiġu implimentati fuq medda iqsar ta’ żmien fir-rigward tat-televixins u jkun jista’ jinkiseb iffrankar addizzjonali tal-enerġija. Ir-Regolament (KE) Nru 1275/2008 ma għandux għaldaqstant japplika għat-televixins u għandu jiġi emendat skont dan. |
(19) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2005/32/KE, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett u ambitu
Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għat-tqegħid fis-suq tat-televixins.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Minbarra d-definizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 2005/32/KE, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“televixin” tfisser sett tat-televixin jew moniter tat-televixin; |
(2) |
“sett tat-televixin” tfisser prodott primarjament iddiżinjat għall-wiri u l-qbid ta’ sinjali awdjoviżivi li jitqiegħed fis-suq taħt tismija waħda ta’ mudell jew sistema, u li jikkonsisti minn:
|
(3) |
“moniter tat-televixin” tfisser prodott iddiżinjat biex juri fuq skrin integrat sinjal vidjo minn għadd ta’ sorsi, inkluż sinjali tax-xandir televiżiv, li fakultattivament jikkontrolla u jirriproduċi sinjali awdjo minn apparat sors estern, li jkun imqabbad bis-saħħa ta’ mogħdijiet stanDardizzati għas-sinjali vidjo inkluż konnetturi cinch (komponenti, kompożitu), SCART, HDMI, u stanDards bla fili tal-ġejjieni (iżda bl-esklużjoni ta’ mogħdijiet mhux stanDardizzati tas-sinjal vidjo bħal DVI u SDI), imma li ma jistax jirċievi u jipproċessa sinjali tax-xandir; |
(4) |
“modalità Mixgħul” tfisser il-kundizzjoni meta t-televixin ikun imqabbad mal-mejn tad-dawl u jipproduċi ħoss u stampa; |
(5) |
“modalità tad-Dar” tfisser is-setting tat-televixin li jkun rakkomandat mill-manifattur għal użu normali fid-djar; |
(6) |
‘modalità/ajiet Stennija’ tfisser kundizzjoni li fih l-apparat ikun imqabbad mal-mejn tad-dawl, jiddependi fuq enerġija li ġejja mis-sors tal-elettriku tal-mejn biex jaħdem kif suppost, u joffri l-funzjonijiet li ġejjin biss, li jistgħu jippersistu għal żmien indefinit:
|
(7) |
“modalità Mitfi” tfisser kundizzjoni meta t-tagħmir ikun imqabbad mad-dawl tal-mejn u ma jkun qed jipprovdi l-ebda funzjoni; din tinkludi wkoll:
|
(8) |
“funzjoni ta’ riattivazzjoni” tfisser funzjoni li tippermetti l-attivazzjoni ta’ modalitajiet oħra, fosthom il-modalità Mixgħul, permezz ta’ swiċċ imbiegħed li jinkludi l-apparat tal-kontroll mill-bogħod, sonda interna, tajmer għal kundizzjoni li tipprovdi funzjonijiet addizzjonali, fosthom il-modalità Mixgħul; |
(9) |
“turija ta’ informazzjoni jew status” tfisser funzjoni kontinwa li tipprovdi informazzjoni jew inkella li tindika l-istatus tat-tagħmir fuq unità tal-wiri, inklużi arloġġi; |
(10) |
“menu obbligatorju” tfisser għadd ta’ settings tat-televixin, definiti minn qabel mill-manifattur, minn fejn l-utent tat-televixin għandu jagħżel setting partikolari malli t-televixin jinxtegħel għall-ewwel Darba; |
(11) |
“riżoluzzjoni HD sħiħa” tfisser riżoluzzjoni tal-iskrin b’għadd fiżiku ta’ pixels ta’ mhux anqas minn 1 920 × 1 080 pixel. |
Artikolu 3
Rekwiżiti tal-ekodisinn
Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għat-televixins huma stipulati fl-Anness I.
Il-konformità mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għandhom jitkejlu skont il-metodi stabbiliti fl-Anness II.
Artikolu 4
Valutazzjoni tal-konformità
Il-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2005/32/KE għandha tkun is-sistema interna tal-kontroll tad-disinn stabbilita fl-Anness IV ta’ dik id-Direttiva jew is-sistema tal-ġestjoni għall-valutazzjoni tal-konformità stabbilita fl-Anness V ta’ dik id-Direttiva.
Id-dokumentazzjoni teknika li għandha tiġi pprovduta għall-valutazzjoni tal-konformità hija stipulata fil punt (1) tal-Parti 5 tal-Anness I għal dan ir-Regolament.
Artikolu 5
Proċedura ta’ verifika għall-finijiet ta’ sorveljanza tas-suq
Għandhom isiru kontrolli ta’ sorveljanza skont il-proċedura ta’ verifika definita fl-Anness III.
Artikolu 6
Reviżjoni
Sa mhux aktar tard minn 3 snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tevalwa dan ir-Regolament fid-dawl tal-progress teknoloġiku u tippreżenta r-riżultati ta’ din l-evalwazzjoni lill-Forum Konsultattiv dwar l-Ekodisinn,
Artikolu 7
Emenda għar-Regolament (KE) Nru 1275/2008
L-Anness I, il-punt (3) għar-Regolament (KE) Nru 1275/2008 għandu jinbidel bit-test stipulat fl-Anness IV għal dan ir-Regolament.
Artikolu 8
Dħul fis-seħħ
1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
2. Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn stipulati fil-punt (1) tal-Parti 1, il-Parti 3, il-Parti 4 u l-punt (2) tal-Parti 5 tal-Anness I għandhom japplikaw mill-20 ta' Awwissu 2010.
Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn stipulati fil-punt (2), il-Parti 1 tal-Anness I għandhom japplikaw mill-1 ta’ April 2012.
Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn stipulati fil-punti (1)(a) sa (1)(e) tal-Parti 2 tal-Anness I għandhom japplikaw mis-7 ta’ Jannar 2010.
Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn stipulati fil-punti (2)(a) sa (2)(e) tal-Parti 2 tal-Anness I għandhom japplikaw mill-20 ta' Awwissu 2011.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Lulju 2009.
Għall-Kummissjoni
Andris PIEBALGS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 191, 22.7.2005, p. 29.
(2) ĠU L 37, 13.2.2003, p. 19.
(3) ĠU L 37, 13.2.2003, p. 24.
(4) ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37.
(6) ĠU L 339, 18.12.2008, p. 45.
(7) ĠU L 390, 31.12.2004, p. 24.
ANNESS I
REKWIŻITI TAL-EKODISINN
1. KONSUM TAL-ENERĠIJA BIL-MODALITÀ MIXGĦUL
(1) |
[daħħal data fissa: Sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]: Il-konsum tal-enerġija bil-modalità Mixgħul ta’ televixin b’erja viżibbli tal-iskrin A espressa f’dm2 m’għandhiex taqbeż il-limiti li ġejjin:
|
(2) |
Mill-1 ta’ April 2012: Il-konsum tal-enerġija bil-modalità Mixgħul ta’ televixin b’erja viżibbli tal-iskrin A espressa f’dm2 m’għandhiex taqbeż il-limiti li ġejjin:
|
2. Konsum tal-enerġija bil-modalità Stennija/Mitfi
(1) |
Mis-7 ta’ Jannar 2010:
|
(2) |
Mill-20 ta' Awwissu 2011:
|
3. “MODALITÀ DAR” GĦAL TELEVIXINS LI JASLU B’MENU OBBLIGATORJU
Mill-20 ta' Awwissu 2010:
Televixins li jitlagħlhom menu obbligatorju malli jinxtgħelu għall-ewwel Darba għandhom jipprovdu “modalità Dar” fil-menu obbligatorju, li għandu jkun l-għażla awtomatika malli t-televixin jinxtgħel għall-ewwel Darba. Jekk l-utent jagħżel modalità differenti mill-“modalità tad-Dar” malli t-televixin jinxtegħel għall-ewwel Darba, għandu jkun hemm proċess ta’ għażla ieħor li jikkonferma din il-preferenza.
4. LUMINANZA MASSIMA
Mill-20 ta' Awwissu 2010:
— |
Televixins mingħajr menu obbligatorju: il-luminanza massima tal-modalità Mitfi tat-televixin kif maħruġ mill-manifattur ma għandhiex tkun inqas minn 65 % tal-luminanza massima tal-iktar kundizzjoni luminuża bil-modalità Mixgħul mogħtija mit-televixin. |
— |
Televixins b’menu obbligatorju: Il-luminanza massima tal-modalità Dar ma għandhiex tkun inqas minn 65 % tal-luminanza massima tal-iktar kundizzjoni luminuża bil-modalità Mixgħul mogħtija mit-televixin. |
5. INFORMAZZJONI LI TRID TINGĦATA MILL-MANIFATTURI
(1) |
Għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 5, id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi dawn l-elementi:
|
(2) |
Mill-20 ta' Awwissu 2010: L-informazzjoni li ġejja trid tkun disponibbli pubblikament fuq websajts b’aċċess ħieles:
|
ANNESS II
KEJL
(1) Kejl tal-konsum tal-enerġija bil-modalità Mixgħul
Il-kejl tal-konsum tal-enerġija msemmi fl-Anness I, il-Parti 1 għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin.
(a) |
Il-kejl għandu jsir billi tintuża proċedura ta’ kejl li tkun affidabbli, akkurata u riproduċibbli, li tqis l-avvanzi u l-aġġornamenti ġeneralment rikonoxxuti fil-qasam tal-metodi tal-kejl. |
(b) |
Il-kundizzjonijiet tat-televixins għall-kejl tal-konsum tal-enerġija bil-modalità Mixgħul
|
(c) |
Kundizzjonijiet ġenerali
|
(2) Kejl tal-konsum tal-enerġija bil-modalità Stennija/Mitfi
Il-kejl tal-konsum tal-enerġija msemmi fl-Anness I, il-Parti 2 għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin.
(a) |
Il-konsum tal-enerġija msemmi fil-punti 1(a), 1(b), 2(a) u 2(b) għandu jitkejjel permezz ta’ proċedura ta’ kejl affidabbli, akkurata u riproduċibbli, li tqis l-aħħar avvanzi disponibbli ġeneralment rikonoxxuti fil-metodi tal-kejl. |
(b) |
Il-kejl ta’ enerġija ta’ 0,50 W jew aktar għandu jsir b’inċertezza ta’ 2 % jew inqas fil-livell ta’ kunfidenza ta’ 95 %. Il-kejl ta’ enerġija ta’ inqas minn 0,50 W għandu jsir b’inċertezza ta’ 0,01 W jew inqas fil-livell ta’ kunfidenza ta’ 95 %. |
(3) Kejl tal-luminanza massima
Il-kejl tal-konsum tal-enerġija msemmi fl-Anness I, il-Parti 4 għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin.
(a) |
Il-kejl għandu jsir billi tintuża proċedura ta’ kejl li tkun affidabbli, akkurata u riproduċibbli, li tqis l-avvanzi u l-aġġornamenti ġeneralment rikonoxxuti fil-qasam tal-metodi tal-kejl. |
(b) |
Il-kejl tal-luminożità massima għandu jsir b’miter tal-luminanza, li jagħraf dik il-biċċa tal-iskrin li turi xbiha bajda sħiħa (100 %), li hija parti minn immaġni tat-test tat-tip “test sħiħ tal-iskrin” li ma taqbiżx il-punt tal-livell medju tal-istampa (APL) meta jseħħ kwalunkwe limitar tal-qawwa elettrika fis-sistema tad-drajv tal-luminanza murija. |
(c) |
Il-kejl tal-luminanza massima għandu jsir mingħajr ma jiċċaqlaq il-punt ta’ rilevament tal-miter tal-luminanza fuq l-unità tal-wiri waqt li jseħħ il-qlib minn kundizzjoni għall-oħra kif imsemmi fl-Anness I, il-Parti 4. |
ANNESS III
PROĊEDURA TA’ VERIFIKA
Fit-twettiq tal-kontrolli tas-sorveljanza tas-suq imsemmija fl-Artikolu 3 (2) tad-Direttiva 2005/32/KE, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura ta’ verifika li ġejja għar-rekwiżiti stipulati fl-Anness I.
(1) |
L-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jittestjaw unità tat-televixin waħdanija. |
(2) |
Il-mudell għandu jitqies bħala konformi mad-dispożizzjonijiet stipulati fl-Anness I, jekk:
|
(3) |
Jekk ir-riżultati msemmija fil-punt 2(a) jew (b) jew (c) ma jintlaħqux, għandhom jiġu ttestjati tliet unitajiet oħra tal-istess mudell. |
(4) |
Wara li jkunu ġew ittestjati tliet unitajiet oħra tal-istess mudell, il-mudell għandu jitqies bħala konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness I, jekk:
|
(5) |
Jekk ir-riżultati msemmija fil-punti 4(a) u (b) u (c) ma jintlaħqux, il-mudell għandu jitqies bħala mhux konformi mar-rekwiżiti. |
(6) |
Għall-finijiet tal-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-proċedura stipulata fl-Anness II u proċeduri ta’ kejl affidabbli, akkurati u riproduċibbli, li jqisu l-avvanzi ġeneralment rikonoxxuti fil-qasam, inklużi metodi stipulati f’dokumenti li n-numru ta’ referenza tagħhom ġie ppubblikat għal dak il-għan f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ANNESS IV
Lista ta’ prodotti li jużaw l-enerġija koperti mill-Anness I, il-punt (3) tar-Regolament (KE) Nru 1275/2008
|
Settijiet tar-radju |
|
Vidjo kameras |
|
Vidjo rikorders |
|
Rikorders Hi-fi |
|
Amplifikaturi tal-awdjo |
|
Sistemi tat-tip “home theatre” |
|
Strumenti mużikali |
U tagħmir ieħor biex jirrekordja jew jirriproduċi l-ħoss jew l-istampa, inklużi s-sinjali jew teknoloġiji oħra għad-distribuzzjoni tal-ħoss u l-istampa għajr permezz tat-telekomunikazzjoni, iżda esklużi t-televixins kif definit fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 642/2009.