EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R0571

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 571/2009 tat- 30 ta’ Ġunju 2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-istabbiliment ta’ sistema ta’ kwoti fir-rigward tal-produzzjoni tal-lamtu tal-patata

ĠU L 171, 1.7.2009, p. 6–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2012

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/571/oj

1.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 171/6


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 571/2009

tat-30 ta’ Ġunju 2009

li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-istabbiliment ta’ sistema ta’ kwoti fir-rigward tal-produzzjoni tal-lamtu tal-patata

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 85 u 95a(3) flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2236/2003 tat-23 ta’ Diċembru 2003 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1868/94 li jistabbilixxi sistema ta’ kwoti fir-rigward tal-produzzjoni tal-lamtu mill [tal]-patata (2) ġie emendat b’mod sostanzjali bosta drabi (3). Ladarba għandhom isiru emendi ġodda, fl-interess taċ-ċarezza għandu jitfassal mill-ġdid.

(2)

Dawn l-emendi ġodda huma meħtieġa wara l-emendi tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (4).

(3)

Sabiex tibbenefika mill-għajunua Komunitarja taħt is-sistema ta’ kwoti stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007, impriżi li jipproduċu lamtu tal-patata għandhom jikkonkludi il-kuntratti ta’ kultivazzjoni mal-produtturi tal-patata.

(4)

Jeħtieġ li jiġu speċifikati liema materji għandhom ikunu koperti b’kuntratt ta’ kultivazzjoni bejn impriża li tipproduċi lamtu tal-patata u produttur biex ma tħallix li jiġu konklużi kuntratti fejn tinqabeż is-subkwota tal-impriża. Dawn l-impriżi għandhom ikunu pprojbiti milli jaċċettaw konsenji ta’ patata li mhumiex koperti b’kuntratt ta’ kultivazzjoni, minħabba li dan joħloq riskju għall-effettività tas-sistema tal-kwota u tal-ħtieġa li l-prezz minimu stipulat fl-Artikolu 95a(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jitħallas għall-patata kollha intenzjonata għal produzzjoni tal-lamtu; Madankollu, għandu jkun possibbli, fejn raġunijiet klimatiċi iwasslu għal produzzjoni f’erjas koperti b’kuntratt dwar kultivazzjoni ta’ kwantità akbar ta’ patata jew ta’ patata b’kontenut akbar ta’ lamtu li kien oriġinarjament previst, għal impriża li tipproduċi lamtu tal-patata li taċċetta patata bħal din sakemm tħallas il-prezz minimu.

(5)

Patata li jkollha kontenut ta’ lamtu anqas ta’ minn 13 % ma tistax tiġi ikkunsidrata bħala patata intenzjonata għall-manifattura ta’ lamtu tal-patata. Patata b’kontenut ta’ lamtu anqas minn 13 % m’għandhiex tiġi aċċettata minn impriżi li jipproduċu l-lamtu. Il-Kummissjoni għandha, fejn raġunijiet klimatiċi iwasslu għal kontenut ta’ lamtu aktar baxx, u fuq talba ta’ Stat Membru, tkun tista’ tawtorizza, taħt ċertu kundizzjonijiet, li patata b’kontenut ta’ lamtu anqas minn 13 % tiġi aċċettata.

(6)

Għandhom jiġu introdotti miżuri ta’ spezzjoni biex jiżguraw li lamtu prodott skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament biss jagħti lok għal ħlas tal-primjum. Sabiex ikunu protetti l-produtturi tal-patata intenzjonata għall-produzzjoni tal-lamtu, huwa kruċjali li l-prezz minimu stabbilit fl-Artikolu 95a(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jitħallas għall-patata kollha. Huwa għalhekk neċessarju li jkun hemm dispożizzjoni għal sanzjonijiet fejn il-prezz minimu ma jkunx tħallas, jew fejn impriżi li jipproduċu l-lamtu jkunu aċċettaw patata mhux koperta minn kuntratt dwar kultivazzjoni.

(7)

Jenħtieġu regoli biex jiżguraw li lamtu tal-patata prodott li jaqbeż is-subkwota tal-impriża li tipproduċi l-lamtu jkun esportat mingħajr rifużjoni fuq l-esportazzjoni, kif jitlob l-Artikolu 84a(4) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. F’każ ta’ ksur ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu applikati sanzjonijiet.

(8)

Huwa neċessarju li jiġi speċifikat x’jiġri mis-subkwota ta’ impriżi li jipproduċu l-lamtu li jingħaqdu, jibdlu s-sjieda jew li jieqfu joperaw.

(9)

Huwa neċessarju li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jingħataw is-setgħa li jikkontrollaw it-tħaddim tas-sistema tal-kwota. Għandha tiġi speċifikata l-informazzjoni li trid tiġi kkomunikata mill-impriżi li jipproduċu lamtu tal-patata lill-Istat Membru, u mill-Istat Membru lill-Kummissjoni.

(10)

Skont il-Parti I tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 il-lamtu tal-patata huwa prodott kopert mir-regoli taċ-ċereali. Għalhekk, l-istess sena tas-suq bħal taċ-ċereali, tapplika għal-lamtu tal-patata. L-Artikolu 204(5) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li fir-rigward tal-lamtu tal-patata, it-Taqsima IIIa tal-Kapitolu III tat-Titolu I tal-Parti II ta’ dak ir-Regolament tapplika sa tmiem is-sena tas-suq 2011/2012 għal-lamtu tal-patata. Għalhekk dan ir-Regolament għandu japplika sa dik id-data.

(11)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni tal-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DEFINIZZJONIJIET – SISTEMA TA’ KWOTA

Artikolu 1

Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

(a)   “kwota”: il-kwota stabbilita għal kull Stat Membru mill-Artikolu 84a(1) u l-Anness Xa tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007;

(b)   “subkwota”: dik il-parti tal-kwota allokata mill-Istat Membru lil impriża li tipproduċi l-lamtu;

(c)   “impriża li tipproduċi l-lamtu”: kull persuna naturali jew legali stabbilita fuq it-territorju tal-Istat Membru konċernat li tircievi is-subkwota u l-primjum li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 95a(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007;

(d)   “produttur”: kull persuna naturali jew legali jew grupp ta’ persuni bħal dawn, li tforni/jfornu lill-impriżi li jipproduċu l-lamtu patata prodotta minnha jew minn membri tagħha, f’isimha jew għan-nom tagħha b’kuntratt ta’ kultivazzjoni konkluż minnha jew f’isimha;

(e)   “kuntratt ta’ kultivazzjoni”: kull kuntratt konkluż bejn produttur jew grupp ta’ produtturi u l-impriż li jipproduċi l-lamtu;

(f)   “patata”: patata intenzjonata għall-manifattura ta’ lamtu tal-patata kif imsemmi fl-Artikolu 77 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 b’kontenut ta’ lamtu ta’ mill-anqas 13 %;

(g)   “lamtu mhux ipproċessat”: lamtu prodott taħt il-kodiċi tan-NM 1108 13 00 li m’għadda minn ebda proċess;

(h)   “amalgamazzjoni ta’ impriżi li jipproduċu l-lamtu”: il-konsolidament f’impriża waħda ta’ żewġ jew aktar impriżi li jipproduċu l-lamtu;

(i)   “trasferiment ta’ sjieda ta’ impriża li tipproduċi l-lamtu”: nomina jew assorbiment tal-assi ta’ impriża fil-pussess ta’ subkwota, lil impriża waħda jew aktar li jipproduċu l-lamtu;

(j)   “trasferiment ta’ sjieda ta’ fabbrika li tipproduċi l-lamtu”: l-għotja ta’ sjieda ta’ unita teknika, inkluż it-tagħmir kollu meħtieġ għall-manifattura tal-lamtu, lil impriża waħda jew aktar, li tirriżulta fl-assorbiment parzjali jew totali tal-post l-aktar imbiegħed tal-impriża li qed tagħmel l-għotja;

(k)   “it-twellija ta’ fabbrika”: il-kuntratt ta’ twellija ta’ unità teknika li tinkludi l-impjant kollu meħtieġ għall-manifattura tal-lamtu, bil-għan li titħaddem, konkluż għal perjodu ta’ mill-anqas tliet snin tas-suq konsekuttivi ma’ impriża li hija stabbilita fl-istess Stat Membru bħall-fabbrika konċernata, jekk, wara li t-twellija tkun effettiva, l-impriża li twelli l-fabbrika tista’ tkun meqjusa bħala impriża waħdanija li tipproduċi l-lamtu għal produzzjoni kollha tagħha;

(l)   “għajnuna għal patata tal-lamtu”: għajnuna stabbilita għall-bdiewa li jipproduċu patata intenzjonata għall-manifattura tal-lamtu tal-patata kif imsemmi fl-Artikolu 77 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

Artikolu 2

Meta japplika l-Artikolu 84a(5) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, is-subkwoti allokati jiġu aġġustati skont il-każ fil-bidu tas-sena tas-suq wara dik li fiha tkun inqabżet is-subkwota.

KAPITOLU II

SISTEMA TA’ PREZZ U ĦLAS

Artikolu 3

1.   Kuntratt ta’ kultivazzjoni għandu jkun konkluż għal kull sena tas-suq. Kull kuntratt għandu jkollu numru ta’ identifikazzjoni u jinkludi tal-anqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-isem u l-indirizz tal-produttur jew grupp ta’ produtturi;

(b)

l-isem u l-indirizz ta’ l-impriża li tipproduċi l-lamtu;

(c)

l-erjas kkultivati mogħtija f’ettari b’żewġ deċimali u identifikati f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 796/2004 (5) li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ amministrazzjoni integrata u sistema ta’ kontroll (IACS);

(d)

il-kwantità ta’ patata f’tunnellati prevista li tinħasad hemmhekk u mqassma lill-impriża li tipproduċi l-lamtu:

(e)

il-medja prevista ta’ kontenut ta’ lamtu tal-patata, abbażi tal-kontenut medju tal-lamtu tal-patata mqassma mill-produttur lill-impriża li tipproduċi l-lamtu tul l-aħħar tliet snin tas-suq jew, jekk din l-informazzjoni mhix disponibbli, abbażi tal-kontenut medju għall-erja tal-provvista;

(f)

impenn mill-impriża li tipproduċi l-lamtu biex tħallas lill-produttur il-prezz minimu li hemm riferenza għalih fl-Artikolu 95a(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

2.   Biex jiġu assigurati l-kontrolli meħtieġa, kull impriża li tipproduċi l-lamtu għandha tibgħat lill-awtorità kompetenti qabel il-bidu tas-sena tas-suq sommarju tal-kuntratti, inkluż għal kull kuntratt, in-numru ta’ identifikazzjoni, l-isem u l-inirizz tal-produttur, l-erjas kultivati, u t-tunnellaġġ imniżżel fil-kuntratt, espressi f’termini ta’ ekwivalenza f’lamtu, qabel data li għandha tiġi iffissata mill-Istat Membru qabel il-bidu tas-sena tas-suq.

3.   It-total f’ekwivalenza ta’ lamtu tal-kwantitajiet imniżżla fil-kuntratti ta’ kultivazzjoni m’għandux jaqbeż is-subkwota stabbilita għall-impriża konċernata li tipproduċi l-lamtu.

4.   Fejn il-kwantità prodotta fir-realtà taħt kuntratt ta’ kultivazzjoni f’ekwivalenza ta’ lamtu taqbeż il-kwantità mniżżla fil-kuntratt, dik il-kwantità tista’ tiġi kkonenjata, jekk l-impriża li tipproduċi lamtu tagħżel hekk, sakemm il-prezz minimu li hemm referenza għalih fl-Artikolu 95a(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 huwa mħallas għaliha.

5.   Impriża li tipproduċi l-lamtu tista’ ma tilqax konsenji ta’ patata mhux koperta minn kuntratt ta’ kultivazzjoni.

Artikolu 4

1.   Il-konsenji ta’ patata għandhom isiru jew fl-impriżi li jipproduċu l-lamtu stess, jew fil-postijiet fejn dawn jitqassmu.

2.   Il-piż tal-patata u l-kontenut tal-lamtu għandu jiġi kkalkulat b’konformità mal-Artikoli 5 u 6 u għandu jsir fil-waqt tat-tqassim u bl-awtorizzazzjoni ta’ spettur approvat mill-Istat Membru.

Artikolu 5

1.   Meta hekk meħtieġ għall-iskopijiet ta’ wieħed mill-metodi msemmija fl-Anness I għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2235/2003 (6), il-piż gross tal-patata għandu jkun determinat għal kull tagħbija fil-waqt tal-kunsinna b’użu komparattiv ta’ użin tal-mezzi tat-trasport użat, mgħobbi u vojt.

2.   Il-piż nett tal-patata għandu jkun stabbilit b’wieħed mill-metodi mfissra fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 2235/2003.

3.   Kunsinni li jiġu accettati għandu jkollhom kontenut ta’ lamtu ta’ mhux inqas minn 13 %.

Madankollu, impriżi li jipproduċu l-lamtu jistgħu jaċcettaw kunsinni ta’ patata b’kontenut ta’ lamtu taħt it-13 %, sakemm il-kwantità ta’ lamtu li jista’ jiġi manifatturat minn din il-patata ma taqbiżx 1 % tas-subkwota. il-prezz minimu li għandu jitħallas f’dan il-każ għandu jkun dak validu għhal kontenut tal-lamtu ta’ 13 %.

Artikolu 6

Il-kontenut ta’ lamtu tal-patata għandu jkun stabbilit fuq il-bażi ta’ piż taħt l-ilma validu għal 5 050 gramma ta’ patata fornuta.

L-ilma wżat għandu jkun nadif u mingħajr xi sustanza miżjuda u t-temperatura tiegħu ma għandhiex tkun inqas minn 18 °C.

Artikolu 7

1.   Il-primjum għandu jingħata lil impriżi li jipproduċu l-lamtu għal lamtu prodott minn patata ta’ kwalità tajba u ġusta għal bejgħ, fuq il-bażi tal-kwantità ta’ patata użata u l-kontenut tal-lamtu tagħha, bir-rati stabbiliti fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 2235/2003 sa ma tintlaħaq il-kwantità ta’ lamtu li għaliha huma jkollhom is-subkwota. L-ebda primjum m’għandu jingħata għal lamtu prodott minn patata li mhix ta’ kwalità tajba u ġusta għal bejgħ u lanqas għal lamtu prodott minn patata li l-kontenut tal-lamtu tagħha huwa inqas minn 13 %, ħlief fejn ikun japplika it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(3).

Fejn il-kontenut tal-lamtu tal-patata huwa kkalkulat bl-iskali Reimann jew Parrow u jikkorrispondi mal-figura li tidher fuq firxa ta’ żewġ jew tliet linji fit-tieni kolonna fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 2235/2003, ir-rati applikabbli għandhom ikunu dawk tat-tieni jew it-tielet linja.

2.   Fejn fil-lottijiet konsenjati jkun hemm 25 % jew aktar ta’ patata li giet magħzula permezz ta għarbiel li għandu toqba kwadra ta’ 28 mm (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “dak li jintrema wara li jissaffa” (tailings)), il-piż nett użat biex ikun stabbilit il-prezz minimu li għandu jitħallas mill-impriża li tipproduċi l-lamtu għandu jitnaqqas kif ġej:

Perċentwal ta’ dak li jintrema wara li jissaffa

Perċentwal tat-tnaqqis

25 sa 30 %

10  %

31 sa 40 %

15  %

41 sa 50 %

20  %

Jekk il-lottijiet ikollhom aktar minn 50 % li jintrema wara li jissaffa, dawn għandhom jiġu ttrattati permezz ta’ ftehim reċiproku u m’għandu jitħallas l-ebda primjum fuqhom.

Il-perċentwal ta’ dak li jintrema wara li jissaffa għandu jkun stabbilit fl-istess waqt li jkun stabbilit il-piż nett.

3.   L-osservanza tal-limiti tas-subkwota mill-impriżi li jipproduċu l-lamtu għandha tiġi stabbilita abbażi tal-kwantità u l-kontenut tal-lamtu tal-patata użata, skont ir-rati stabbiliti fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 2235/2003.

Artikolu 8

1.   Għandha tinħareġ formola ta’ irċevuta taħt ir-responsabbiltà konġunta tal-impriża li tipproduċi l-lamtu, l-ispettur approvat u l-fornitur. L-impriża li tipproduċi l-lamtu għandha tagħti kopja lil produttur u żżomm l-oriġinali għaliha sabiex tkun tista’, jekk meħtieġ, tinbagħat lill-aġenzija responsabbli mill-monitoraġġ tal-primjums.

2.   Il-formola tal-irċevuta għandu jkollha talanqas l-informazzjoni li ġejja, meta din toħroġ mill-operazzjonijiet li jsiru skont l-Artikoli 4 sa 7:

(a)

data tal-konsenja;

(b)

numru tal-konsenja;

(c)

numru tal-kuntratt tal-kultivazzjoni;

(d)

isem u indirizz tal-produttur tal-patata;

(e)

piż tal-mezz tat-trasport mal-wasla fl-impriża li tipproduċi l-lamtu jew fil-post fejn isir it-tqassim;

(f)

piż tal-mezz tat-trasport wara li jinħatt u jitneħħa l-ħamrija residwa;

(g)

piż gross tal-konsenja;

(h)

tnaqqis tal-materjal estranju u l-piż tal-ilma assorbit waqt il-ħasil, espress bħala perċentwal u applikat għal piż gross tal-konsenja;

(i)

tnaqqis, espress f’piż, applikat għall-piż gross tal-kunsinna bħala riżultat ta’ materjal żejjed;

(j)

perċentwal li jintrema wara li jissaffa;

(k)

piż nett totali tal-konsenja (piż gross imnaqqas, inkluż l-korrezzjoni għal dak li jintrema wara li jissaffa);

(l)

kontenut ta’ lamtu, espress f’perċentwal jew piż taħt l-ilma;

(m)

prezz għal kull unità li jrid jitħallas.

Artikolu 9

Għal kull produttur, l-impriża li tipproduċi l-lamtu għandha tfassal formola mqassra ta’ ħlas li jkollha dawn id-dettalji li ġejjin:

(a)

isem tal-impriża li tipproduċi l-lamtu);

(b)

isem u indirzz tal-produttur tal-patata;

(c)

numru tal-kuntratt tal-kultivazzjoni;

(d)

data u numru tal-irċevuti;

(e)

piż nett ta’ kull konsenja wara li jsir kull tnaqqis kif previst fl-Artikolu 8(2);

(f)

prezz għal kull unità għal kull konsenja;

(g)

ammont totali li jrid jingħata lil min ikabbar;

(h)

l-ammonti mħallsa lill-produttur tal-patata u d-data li fiha jsir il-ħlas;

(i)

firma u timbru tal-manifattur tal-lamtu.

KAPITOLU III

ĦLASIJIET – PENALI

Artikolu 10

1.   Il-ħlas tal-primjum li hemm referenza għalih fl-Artikolu 95a(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandu jkun soġġett għall-kundizzjoni li l-impriża li tipproduċi l-lamtu tipprovdi prova li r-rekwiżiti li ġejjin ġew sodisfatti:

(a)

il-lamtu rilevanti kien prodott matul is-sena tas-suq konċernata;

(b)

il-prezz li tħallas lill-produtturi mhuwiex inqas min dak li hemm referenza għalih fl-Artikolu 95a(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 fl-istadju tal-konsenja lill-fabbrika għall-kwantità sħiħa ta’ patata prodotta fil-Komunità u użata għall-produzzjoni tal-lamtu;

(c)

il-lamtu konċernat ġie prodotti minn patata koperta mill-kuntratti tal-kultivazzjoni msemmija fl-Artikolu 3.

2.   Il-prova li hemm riferenza għaliha fil-paragrafu 1 għandha tiġi fornuta billi tintbagħat il-formola mqassra ta’ ħlas prevista fl-Artikolu 9, akkumpanjata jew b’ċertifikazzjoni li jkun sar il-ħlas mill-produttur jew b’vawċer maħruġ mill-istituzzjoni finanzjarja li ħalset fuq ordni tal-manifattur tal-lamtu, li jiċċertifika li jkun sar dak il-ħlas.

3.   Il-primjum ta’ impriżi li jipproduċu l-lamtu għandu jitħallas mill-Istat Membru li fuq it-territorju tiegħu jiġi manifatturat il-lamtu tal-patata fi żmien erba’ xhur wara d-data ta’ meta ngħatat il-prova msemmija fil-paragarfu 1.

Artikolu 11

1.   L-Istati Membri għandhom jintroduċu arranġamenti biex issir spezzjoni fuq il-post biex jiġu vverifikati l-operazzjonijiet li jagħtu titolu għal primjum u l-konformità mas-subkwota stabbilita għal kull impriża li tipproduċi l-lamtu. Biex ikunu jistgħu jagħmlu dawn l-ispezzjonijiet, l-ispetturi għandu jkollhom aċċess għar-reġistri tal-istokk u l-kotba tal-kontijiet tal-impriżi li jipproduċu l-lamtu, u għall-postijiet fejn isiru l-manifattura u l-ħażna.

Matul kull perjodu tal-ipproċessar, spezzjoni għandha tkopri l-proċess sħiħ ta’ mill-inqas 10 % tal-patata fornuta mill-impriża li tipproduċi l-lamtu.

2.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw kif inhu xieraq lil kull impriża li tipproduċi l-lamtu bl-ammonti ta’ lamtu li bihom tkun qabżet is-subkwota.

3.   Jekk l-entità kompetenti tistabbilixxi li r-rekwiżit speċifikat fl-Artikolu 10(1)(b) ma kienx rispettata mill-impriża li tipproduċi l-lamtu, dik l-impriża, sakemm ma jkunx hemm forza maġġuri, ma tibqax intitolata b’mod sħiħ jew parzjali, għal primjums, kif ġej:

(a)

jekk ir-rekwiżit ma kienx rispettat fir-rigward ta’ kwantità ta’ lamtu inqas minn 20 % tal-kwantità totali ta’ lamtu prodott mill-impriża, il-primjum mogħti għandu jitnaqqas b’ħames darbiet il-perċentwal konċernat

(b)

jekk il-perċentwal konċernat ikun 20 jew aktar, l-ebda primjum m’għandu jingħata.

4.   Jekk kontravenzjoni tal-projbizzjoni msemmija fl-Artikolu 3(5) hija stabbilita, il-primjum imħallas għas-subkwota għandu jitnaqqas kif ġej:

(a)

jekk l-ispezzjoni turi kwantità ta’ ekwivalenza ta’ lamtu aċċettata mill-impriża ta’ inqas minn 10 % tas-subkwota tagħha, il-primjums totali li jridu jitħallsu lill-impriża għas-sena tas-suq konċernata għandhom jitnaqqsu b’10 darbiet il-perċentwal irreġistrat;

(b)

jekk il-kwantità mhux koperta minn kuntratti ta’ produzzjoni hija akbar mill-ammont speċifikat fil-punt (a), l-ebda primjum ma għandu jingħata għas-sena tas-suq konċernata; barra minn hekk, l-ebda primjum ma għandu jitħallas lill-impriża għas-sena tas-suq li jmiss.

5.   Jekk, kuntrarju għat-tieni subparagrafu tal l-Artikolu 5(3), il-lamtu li jista’ jkun manifatturat minn konsenji aċċettati b’kontenut ta’ lamtu taħt it-13 %:

(a)

jaqbeż il-1 % tas-subkwota tal-impriża li tipproduċi l-lamtu, l-ebda primjum ma għandu jingħata għall-kwantità żejda; barra minn hekk, il-primjum mogħti għas-subkwota għandu jitnaqqas b’għaxar darbiet il-perċentwali żejjed irreġistrat;

(b)

jaqbeż il-11 % tas-subkwota tal-impriża li tipproduċi l-lamtu; l-ebda primjum m’għandu jingħata għas-sena tas-suq konċernata; barra minn hekk, l-impriża li tipproduċi l-lamtu ma tkunx eliġibbli għall-primjum għas-sena tas-suq li jmiss.

6.   Spezzjonijiet li jsiru skont dan l-Artikolu għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal kull verifika oħra li ssir mill-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 12

1.   L-operazzjoni ta’ esportazzjoni msemmija fl-Artikolu 84a(4) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandha titqies li tkun seħħet meta:

(a)

l-entità kompetenti tal-Istat Membru fejn issir il-produzzjoni, irrespettivament mill-Istat Membru li minnu kien esportat il-lamtu, tkun irċeviet il-prova msemmija fl-Artikolu 13(2);

(b)

l-Istat Membru li jkun esporta jkun aċcetta d-dikjarazzjoni rilevanti tal-esportazzjoni qabel l-1 ta’ Jannar wara t-tmiem tas-sena tas-suq li matulha l-lamtu kien prodott;

(c)

(c) il-lamtu konċernat ikun telaq mit-territorju tad-dwana tal-Komunità mhux aktar tard minn 60 jum wara l-1 ta’ Jannar kif speċifikat fil-punt (b);

(d)

il-prodott kien esportat mingħajr rifużjoni.

Ħlief f’każi ta’ forza maġġuri, jekk il-kundizzjonijiet kollha stipulati fl-ewwel subparagrafu ma jkunux osservati, kull kwantità ta’ lamtu li taqbeż is-subkwota għandha titqies bħala li tkun intużat għas-suq intern.

2.   F’każi ta’ forza maġġuri, l-entità kompetenti tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu kien prodott il-lamtu għandha tadotta miżuri xierqa għaċ-ċirkustanzi ċċitati mill-parti konċernata.

Meta l-lamtu jiġi esportat mit-territorju ta’ Stat Membru li mhux dak li fih kien prodott, dawk il-miżuri għandhom jittieħdu wara li jkunu ntlaqgħu l-kummenti tal-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru.

3.   Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, l-Artikolu 36 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/1999 (7) ma jistax jiġi invokat.

Artikolu 13

1.   Permezz ta’ deroga minn Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1342/2003 (8) il-garanzija għal-liċenzji tal-esportazzjoni għandha tkun EUR 23 għal kull tunnellata.

2.   Prova li l-impriża li tipproduċi l-lamtu konċernata tkun osservat l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 12(1) għandha tiġi fornuta lill-entità kompetenti tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu kien prodott il-lamtu, qabel l-1 ta’ April tas-sena kalendarja wara t-tmiem tas-sena tas-suq li matulha kien prodott.

3.   Din il-prova għandha tingħata permezz tal-għotja ta’:

(a)

liċenzja ta’ esportazzjoni maħruġa mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kif imsemmi fil-paragrafu 2 lill-impriża li tipproduċi l-lamtu konċernata, li tkun tinkludi waħda mill-annotazzjonijiet imniżżla fl-Anness I, b’deroga mill-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 388/2009 (9);

(b)

id-dokumenti li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 31 u 32 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 (10) meħtieġa għar-rilaxx tal-garanzija;

(c)

dikjarazzjoni mill-impriża li tipproduċi l-lamtu li tiċċertifika li tkun ipproduċiet il-lamtu.

4.   Meta il-lamtu mhux proċessat prodott minn impriża li tipproduċi l-lamtu jkun maħżun għall-esportazzjoni f’silo, maħżen jew konenitur barra l-fabbrika tal-manifattur fl-Istat Membru fejn issir il-produzzjoni, jew f’xi Stat Membru ieħor, fejn lamtu mhux ipproċessat ieħor prodott minn impriżi oħrajn, jew mill-istess waħda huwa wkoll maħzun b’tali mod li l-prodotti maħżuna ma jintagħrfux fiżikament minn xulxin, dawn il-prodotti kollha għandhom jitpoġġew taħt superviżjoni amministrattiva li toffri garanziji ekwivalenti għal dawk tas-servizzi doganali sakemm tiġi aċċettata d-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 12(1)(b), u għandhom jitpoġġew taħt superviżjoni doganali hekk kif tiġi aċċettata d-dikjarazzjoni.

Fiċ-ċirkustanzi li hemm referenza għalihom fl-ewwel subparagrafu meta t-tneħħija mill-istokk isseħħ qabel l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni msemmija fl-Artikolu 12(1)(b), għandha tingħata prova mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn saret il-ħażna.

Meta t-tneħħija mill-istokk isseħħ wara l-aċċettzzjoni tad-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni msemmija fl-Artikolu 12(1)(b), għandha tingħata prova fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 32(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008 mill-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru fejn saret il-ħażna.

Il-prova msemmija fit-tieni u fit-tielet subparagrafi għandha tiċċertifika t-tneħħija mill-istokk tal-prodott konċernat jew il-kwantità korrispondenti sostitwita fi ħdan it-tifsira tal-ewwel subparagrafu.

Artikolu 14

1.   L-Istat Membru konċernat għandu jimponi fuq il-kwantitajiet li huma kkunsidrati li ntużaw fis-suq intern, skont it-tifsira tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12(1), fil-kaz ta’ lamtu mhux ipproċessat jew kull prodott li ġej minnu elenkat fl-Anness I għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 388/2009 jew li jaqa’ fl-iskop tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1043/2005 (11), ammont ta’ rata fissa kkalkulat f’tunnellati ta’ lamtu mhux ipproċessat u ugwali għat-Tariffa Doganali Komuni applikabbli f’tunnellati ta’ lamtu taħt il-kodiċi tan-NM 1108 13 00 matul is-sena tas-suq li matulha l-lamtu jew prodotti li ġejjin minnu kienu prodotti, miżjuda b’10 %.

2.   L-Istat Membru konċernat għandu, qabel l-1 ta’ Mejju wara l-1 ta’ Jannar kif speċifikat fl-Artikolu 12(1)(b), javża lill-impriżi li jipproduċu l-lamtu bl-ammont totali li għandu jitħallas.

Dak l-ammont totali għandu jitħallas mill-impriżi li jipproduċu l-lamtu konċernat sa mhux aktar tard mill-20 ta’ Mejju ta’ dik is-sena.

Artikolu 15

1.   Fl-eventwalità ta’ amalgamazzjoni bejn impriżi li jipproduċu l-lamtu, l-Istat Membru għandu jalloka lil dik l-impriża riżultanti mill-amalgamazzjoni, subkwota ugwali għas-somma tas-subkwoti allokati qabel l-amalgamazzjoni lill-impriżi konċernati li jipproduċu l-lamtu.

Fl-eventwalità ta’ trasferiment ta’ sjieda ta’ impriża li tipproduċi l-lamtu, l-Istat Membru għandu jalloka lis-sid il-ġdid is-subkwota tal-impriża trasferita lilu. Fejn ikun hemm aktar minn impriża trasferita waħda, is-subkwota għandha tkun allokata bi proporzjon għall-produzzjoni ta’ lamtu li kull waħda tkun assorbit;

Fl-eventwalità tat-trasferiment ta’ sjieda ta’ fabbrika li tipproduċi l-lamtu, l-Istat Membru għandu jnaqqas is-subkwota tal-impriża li tkun qed titrasferixxi s-sjieda tal-fabbrika u jżid is-subkwota tal-impriża/i li t/jipproduċi/u l-lamtu li jixtru l-fabbrikakkonċernata bil-kwantità mnaqqsa, bi proporzjon għall-produzzjoni assorbita.

2.   Fl-eventwalità ta’ għeluq ta’ impriża li tipproduċi l-lamtu, jew fabbrika waħda jew aktar li jipproduċu l-lamtu, f’ċirkostanzi barra minn dawk imsemmija fil-paragrafu 1, l-Istat Membru jista’ jalloka s-subkwoti involuti bl-istess għeluq lill-impriża waħda jew aktar li jipproduċu l-lamtu.

3.   Fl-eventwalità tat-twellija ta’ fabbrika li tappartjeni lil impriża li tipproduċi l-lamtu, l-Istat Membru għandu jnaqqas is-subkwota tal-impriża li toffri l-fabbrika għat-twellija u jalloka l-porzjon imnaqqas mis-subkwota lill-impriża li twelli l-fabbrika biex tipproduċi l-lamtu fiha.

Jekk il-kirja tiġi mitmuma qabel it-terminu kif imsemmi fl-Artikolu 1(k), l-aġġustament tas-subkwota konformi mal-ewwel subparagrafu għandu jiġi kkanċellat retroattivament mill-Istat Membru mid-data effettiva tat-twellija.

4.   Jekk wara l-applikazzjoni tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 tieqaf il-produzzjoni fil-fabbriki ta’ waħda jew aktar mill-impriżi li jipproduċu l-lamtu li jkunu ngħaqdu, u b’hekk thedded serjament il-produzzjoni kontinwa tal-patata għall-manifattura tal-lamtu fl-erja li qabel kienet tforni din/dawn l-impriża/i, l-Istat Membru jista’ jidderiġi l-impriża magħquda biex tittrasferixxi lill-Istat Membru is-subkwota li inizjalment kienet allokata lill-intrapriża li l-fabbriki tagħha sadanittant jkunu waqqfu l-produzzjoni. Kwalunkwe kwota trasferita skont l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 tista’ tiġi allokata mill-ġdid mill-Istat Membru lil kwalunkwe impriża li tipproduċi l-lamtu li timpenja ruħha li timmanifattura l-lamtu fl-erja konċernata.

Artikolu 16

Meta l-għeluq tal-impriża jew il-fabbrika, l-amalagamazzjoni jew it-trasferiment iseħħu bejn l-1 ta’ Lulju u l-31 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara, il-miżuri msemmija fl-Artikolu 15 għandhom jidħlu fis-seħħ għas-sena tas-suq attwali ta’ matul dak il-perjodu.

Meta l-għeluq tal-impriża jew il-fabbrika, l-amalgamazzjoni jew it-trasferiment iseħħu bejn l-1 ta’ April u t-30 ta’ Ġunju tal-istess sena, il-miżuri msemmija fl-Artikolu 15 għandhom jidħlu fis-seħħ għas-sena tas-suq ta’ wara dak il-perjodu.

KAPITOLU IV

NOTIFIKI

Artikolu 17

L-impriżi li jipproduċu l-lamtu għandhom, sa data ffissata mill-Istat Membru konċernat, jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti:

bil-kwantitajiet ta’ patata tal-lamtu li jkunu bbenefikaw mill-għajnuna prevista fl-Artikolu 77 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009,

bil-kwantitajiet tal-lamtu tal-patata li fuqha tħallas il-primjum previst fl-Artikolu 95a(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

Artikolu 18

1.   Sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena tas-suq, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni:

(a)

bil-kwantitajiet tal-patata tal-lamtu li kkwalifikaw skont l-Artikolu 77 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009; meta tkun intużat patata mkabbra fi Stati Membri oħrajn, il-kwantitajiet għandhom jinqassmu skont l-Istat Membru tal-oriġini;

(b)

bil-kwantitajiet tal-lamtu li fuqha tħallas il-primjum previst fl-Artikolu 95a(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007;

(c)

bil-kwantitajiet u s-subkwoti għall-impriżi li jipproduċu l-lamtu li jintlaqtu bl-Artikolu 84a(5) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 matul is-sena tas-suq u s-subkwoti disponibbli għas-sena tas-suq li jkun imiss;

(d)

bil-kwantitajiet li jridu jiġu esportatti mingħajr rifużjoni skont l-Artikolu 84a(4) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007;

(e)

bil-kwantitajiet imsemmija fl-Artikolu 11(3) u (4) ta’ dan ir-Regolament;

(f)

bil-kwantitajiet imsemmija fl-Artikolu 14(1) ta’ dan ir-Regolament.

2.   Fejn l-Artikolu 15 ikun japplika, l-Istati Membri għandhom jibgħatu lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena tas-suq, l-informazzjoni dettaljata kollha marbuta miegħu, flimkien ma’ dokumenti li juru li l-kundizzjonijiet stabbiliti ġew osservati.

KAPITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI

Artikolu 19

Ir-Regolament (KE) Nru 2236/2003 huwa mħassar.

Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.

Artikolu 20

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2009.

Għandu japplika għas-snin tas-suq 2009/2010, 2010/2011 u 2011/2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Ġunju 2009

Ghall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 339, 24.12.2003, p. 45.

(3)  Ara l-Anness II.

(4)  ĠU L 30, 31.10.2009, p. 16.

(5)  ĠU L 141, 30.4.2004, p. 18.

(6)  ĠU L 339, 24.12.2003, p. 36.

(7)  ĠU L 102, 17.4.1999, p. 11.

(8)  ĠU L 189, 29.7.2003, p. 12.

(9)  ĠU L 118, 13.5.2009, p. 72.

(10)  ĠU L 114, 26.4.2008, p. 3.

(11)  ĠU L 172, 5.7.2005, p. 24.


ANNESS I

Annotazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 13(3)(a)

:

Bil-Bulgariż

:

За износ без възстановяване в съответствие с член 84а, параграф 4 от Регламент (ЕО) № 1234/2007

:

Bl-Ispanjol

:

Para exportación sin restitución, de conformidad con el artículo 84 bis, apartado 4 del Reglamento (CE) no 1234/2007

:

Biċ-Ċek

:

K vývozu bez náhrady podle článku 84a odst. 4 nařízení (ES) č. 1234/2007

:

Bid-Daniż

:

Skal eksporteres uden restitution, jf. artikel 84a, stk. 4 i forordning (EF) nr. 1234/2007

:

Bil-Ġermaniż

:

Ausfuhr ohne Erstattung gemäß Artikel 84a Absatz 4 der Verordnung (EG) Nr. 1234/2007

:

Bl-Estonjan

:

Eksportimiseks ilma eksporditoetuseta määruse (EÜ) nr 1234/2007 artikli 84a lõike 4 kohaselt

:

Bil-Grieg

:

Προς εξαγωγή χωρίς επιστροφή σύμφωνα με το άρθρο 84α παράγραφος 4 του κανονισμού (ΕΚ) αριθ. 1234/2007

:

Bl-Ingliż

:

For export without refund under Article 84a(4) of Regulation (EC) No 1234/2007

:

Bil-Franċiż

:

À exporter sans restitution conformément à l'article 84 bis, paragraphe 4, du règlement (CE) no 1234/2007

:

Bit-Taljan

:

Da esportare senza restituzione a norma dell'articolo 84 bis, paragrafo 4 del regolamento (CE) n. 1234/2007

:

Bil-Latvjan

:

Eksportam bez kompensācijas saskaņā ar Regulas (EK) Nr. 1234/2007 84.a panta 4. punktu

:

Bil-Litwan

:

Eksportui be grąžinamosios išmokos pagal Reglamento (EB) Nr. 1234/2007 84a straipsnio 4 dalį

:

Bl-Ungeriż

:

Visszatérítés nélkül exportálandó az 1234/2007/EK rendelet 84a cikke 4. bekezdése szerint

:

Bil-Malti

:

Għall-esportazzjoni mingħajr rifużjoni skont l-Artikolu 84a (4) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007

:

Bl-Olandiż

:

Overeenkomstig artikel 84 bis, lid 4 van Verordening (EG) nr. 1234/2007 zonder restitutie uit te voeren

:

Bil-Pollakk

:

Wywóz bez refundacji zgodnie z art. 84a ust. 4 rozporządzenia (WE) nr 1234/2007

:

Bil-Portugiż

:

A exportar sem restituição em conformidade com o n.o 4 do artigo 84.o-A do Regulamento (CE) n.o 1234/2007

:

Bir-Rumen

:

Pentru export fără restituire conform articolului 84a alineatul (4) din Regulamentul (CE) nr. 1234/2007

:

Bis-Slovakk

:

Na vývoz bez náhrady podľa článku 84a ods. 4 nariadenia (ES) č. 1234/2007

:

Bis-Sloven

:

Za izvoz brez nadomestila v skladu s členom 84a (4) Uredbe (ES) št. 1234/2007

:

Bil-Finlandiż

:

Viedään tuetta asetuksen (EY) N:o 1234/2007 84a artiklan 4 kohdan mukaisesti

:

Bl-Iżvediż

:

För export utan exportbidrag enligt artikel 84a.4 i förordning (EG) nr 1234/2007


ANNESS II

Ir-Regolament imħassar bl-emendi suċċessivi tiegħu

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2236/2003

(ĠU L 339, 24.12.2003, p. 45)

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1950/2005

(ĠU L 312, 24.12.2003, p. 45)

L-Artikolu 9 u l-Anness VIII biss

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1713/2006

(ĠU L 321, 21.11.2006, p. 11)

L-Artikolu 13 biss

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1913/2006

(ĠU L 365, 21.12.2006, p. 52)

L-Artikolu 25 biss

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1996/2006

(ĠU L 398, 30.12.2006, p. 1)

l-Artikolu 14 u l-Anness X biss


ANNESS III

Tabella ta’ korrelazzjoni

Regolament (KE) Nru 2236/2003

Dan ir-Regolament

L-Artikoli 1 sa 9

L-Artikoli 1 sa 9

L-Artikolu 10(1), is-sentenza tal-bidu

L-Artikolu 10(1), is-sentenza tal-bidu

L-Artikolu 10(1), l-ewwel inċiż

L-Artikolu 10(1)(a)

L-Artikolu 10(1), it-tieni inċiż

L-Artikolu 10(1)(b)

L-Artikolu 10(1), it-tielet inċiż

L-Artikolu 10(1)(c)

L-Artikolu 10(2) u (3)

L-Artikolu 10(2) u (3)

L-Artikolu 11(1) u (2)

L-Artikolu 11(1) u (2)

L-Artikolu 11(3), is-sentenza tal-bidu

L-Artikolu 11(3), is-sentenza tal-bidu

L-Artikolu 11(3), l-ewwel inċiż

L-Artikolu 11(3)(a)

L-Artikolu 11(3), it-tieni inċiż

L-Artikolu 11(3)(b)

L-Artikolu 11(4), is-sentenza tal-bidu

L-Artikolu 11(4), is-sentenza tal-bidu

L-Artikolu 11(4), l-ewwel inċiż

L-Artikolu 11(4)(a)

L-Artikolu 11(4), it-tieni inċiż

L-Artikolu 11(4)(b)

L-Artikolu 11(5), is-sentenza tal-bidu

L-Artikolu 11(5), is-sentenza tal-bidu

L-Artikolu 11(5), l-ewwel inċiż

L-Artikolu 11(5)(a)

L-Artikolu 11(5), it-tieni inċiż

L-Artikolu 11(5)(b)

L-Artikolu 11(6)

L-Artikolu 11(6)

L-Artikoli 12 u 13

L-Artikoli 12 u 13

L-Artikolu 15

L-Artikolu 14

L-Artikolu 16

L-Artikolu 15

L-Artikolu 17

L-Artikolu 16

L-Artikolu 18

L-Artikolu 17

L-Artikolu 19

L-Artikolu 18

L-Artikolu 21

L-Artikolu 19

L-Artikolu 22, l-ewwel subparagrafu

L-Artikolu 20, l-ewwel subparagrafu

L-Artikolu 22, it-tieni subparagrafu

L-Artikolu 20, it-tieni subparagrafu

Anness

L-Anness I

L-Anness II

L-Anness III


Top