This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009D0982
Political and Security Committee Decision EUJUST LEX/2/2009 of 15 December 2009 concerning the appointment of the Head of Mission for the European Union Integrated Rule of Law Mission for Iraq, EUJUST LEX
Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà EUJUST LEX/2/2009 tal- 15 ta’ Diċembru 2009 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Missjoni Integrata tal-Unjoni Ewropea tal-Istat tad-Dritt għall-Iraq, EUJUST LEX
Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà EUJUST LEX/2/2009 tal- 15 ta’ Diċembru 2009 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Missjoni Integrata tal-Unjoni Ewropea tal-Istat tad-Dritt għall-Iraq, EUJUST LEX
ĠU L 338, 19.12.2009, p. 92–92
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Validity extended by | 32010D0351 | 01/07/2010 | 30/06/2011 |
19.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 338/92 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ EUJUST LEX/2/2009
tal-15 ta’ Diċembru 2009
dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Missjoni Integrata tal-Unjoni Ewropea tal-Istat tad-Dritt għall-Iraq, EUJUST LEX
(2009/982/PESK)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2009/475/PESK tal-11 ta' Ġunju 2009 dwar il-Missjoni Integrata tal-Unjoni Ewropea tal-Istat tad-Dritt għall-Iraq, EUJUST LEX, u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tagħha,
Billi:
(1) |
Fil-11 ta' Ġunju 2009, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2009/475/PESK dwar il-Missjoni Integrata tal-Unjoni Ewropea tal-Istat tad-Dritt għall-Iraq, EUJUST LEX. Dik l-Azzjoni Konġunta tiskadi fit-30 ta' Ġunju 2010. |
(2) |
L-Artikolu 9(2) tal-Azzjoni Konġunta 2009/475/PESK, jawtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà jieħu deċiżjonijiet dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni. |
(3) |
Ir-Rappeżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà pproponiet li jinħatar is-Sur Francisco DÍAZ ALCANTUD bħala l-Kap tal-Missjoni tal-EUJUST LEX sat-30 ta' Ġunju 2010. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sur Francisco DÍAZ ALCANTUD huwa b'dan maħtur Kap tal-Missjoni tal-Missjoni Integrata tal-Unjoni Ewropea tal-Istat tad-Dritt għall-Iraq, EUJUST LEX, għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2010 sat-30 ta' Ġunju 2010.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tkun notifikata lis-Sur Francisco DÍAZ ALCANTUD.
Hija għandha jkollha effett mid-data tan-notifikazzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Diċembru 2009.
Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà
O. SKOOG
Il-President