Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0556

2009/556/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 25 ta’ Ġunju 2009 dwar l-applikazzjoni provviżorja u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar is-simplifikazzjoni tal-kontrolli u tal-formalitajiet fir-rigward tat-trasport ta' oġġetti kif ukoll dwar miżuri doganali ta' sigurtà

ĠU L 199, 31.7.2009, p. 22–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/556/oj

Related international agreement

31.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 199/22


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-25 ta’ Ġunju 2009

dwar l-applikazzjoni provviżorja u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar is-simplifikazzjoni tal-kontrolli u tal-formalitajiet fir-rigward tat-trasport ta' oġġetti kif ukoll dwar miżuri doganali ta' sigurtà

(2009/556/KE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod speċjali l-Artikolu 33 flimkien mal-ewwel sentenza tal-Artikolu 300(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni fit-28 ta' Mejju 2007 biex tiftaħ negozjati mal-Konfederazzjoni Żvizzera bil-ħsieb li jkun negozjat ftehim li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tal-21 ta' Novembru 1990 dwar is-simplifikazzjoni tal-kontrolli u tal-formalitajiet waqt it-trasport tal-oġġetti (1) (minn hawn ′il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim tal-1990”).

(2)

Il-Kummissjoni u l-Konfederazzjoni Żvizzera nnegozjaw l-emenda għall-Ftehim tal-1990 li effettivament tikkonsisti inter alia f'estensjoni tal-ambitu tiegħu ta' applikazzjoni għall-miżuri doganali ta' sigurtà. Is-sustanza tal-Ftehim tal-1990 teħtieġ li tkun inkorporata fi Ftehim ġdid ikkonsolidat.

(3)

Hu xieraq li jkun approvat il-Ftehim ġdid ikkonsolidat.

(4)

Sakemm jitwettqu l-proċeduri interni tal-Partijiet Kontraenti, il-Ftehim ġdid ikkonsolidat għandu japplika b'mod provviżorju mill-1 ta' Lulju 2009, data meta l-miżuri doganali ta' sigurtà introdotti fl-2005 u l-2006 rispettivament mill-emendi tal-Kodiċi Doganali (2) tal-komunità u d-Dispożizzjonijiet Implimentattivi (3) jsiru applikabbli.

(5)

Hu xieraq li tkun speċifikata r-rappreżentazzjoni tal-Komunità fi ħdan il-Kumitat Konġunt stabbilit taħt il-Ftehim ġdid ikkonsolidat u li jkunu ddeterminati l-proċeduri interni meħtieġa għall-iżgurar tal-funzjonament korrett ta' dak il-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar is-simplifikazzjoni tal-kontrolli u tal-formalitajiet waqt it-trasport tal-oġġetti u l-miżuri doganali ta' sigurtà huwa approvat għan-nom tal-Komunità Ewropea.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa awtorizzat biex jinnomina persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jinnotifikaw lill-awtoritajiet tal-Konfederazzjoni Żvizzera bit-tlestija tal-proċeduri sabiex il-Komunità tapprova l-Ftehim (4).

Artikolu 3

Sakemm ikunu kompluti l-proċeduri meħtieġa għall-konklużjoni tiegħu, il-Ftehim hu applikat b'mod provviżorju mill-1 ta’ Lulju 2009.

Il-Kummissjoni hi awtorizzata biex tiftiehem għal data oħra għall-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim, skont id-dispożizzjonijiet previsti fl-Artikolu 3(3) tiegħu.

Artikolu 4

Il-Kummissjoni, megħjuna mir-rappreżentanti tal-Istati Membri, tirrappreżenta l-Komunità fi ħdan il-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Artikolu 19 tal-Ftehim.

Artikolu 5

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata milll-Komunità fi ħdan il-Kumitat Konġunt hi ddeterminata mill-Kunsill li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni.

Il-pożizzjoni tal-Komunità dwar il-kwistjonijiet li għalihom il-Kumitat Konġunt għandu setgħa ta' deċiżjoni skont l-Artikoli 19(4) u (5) u 21(2) fir-rigward tal-modifiki għall-Annessi I u II tal-Ftehim, għandha tiġi adottata mill-Kummissjoni.

Artikolu 6

Bil-ħsieb li tkun żgurata l-applikazzjoni tal-Artikolu 22(4) tal-Ftehim, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Konfederazzjoni Żvizzera bl-adozzjoni tal-atti Komunitarji li jikkostitwixxu żvilupp tad-dritt Komunitarju msemmi fil-kapitolu III u fl-Annessi I u II tal-Ftehim.

Il-Kummissjoni hi awtorizzata biex tieħu l-miżuri meħtieġa previsti fl-Artikoli 22 u 29 tal-Ftehim sabiex tiżgura l-ekwivalenza tal-miżuri doganali ta' sigurtà tal-Partijiet Kontraenti.

Jekk, sad-data tal-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja kkonċernata, il-Kumitat Konġunt ma wasalx għal deċiżjoni dwar emenda tal-Ftehim, u l-applikazzjoni provviżorja tad-dispożizzjonijiet ġodda ma tkunx possibbli, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Konfederazzjoni Żvizzera bis-sospensjoni tal-Kapitolu III tal-Ftehim skont l-Artikolu 29(2) tal-Ftehim.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Lussemburgu, il- 25 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

L. MIKO


(1)  ĠU L 116, 8.5.1990, p. 19.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).

(4)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim se tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


Top

31.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 199/24


FTEHIM

bejn Il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar is-simplifikazzjoni tal-kontrolli u tal-formalitajiet fir-rigward tat-trasport ta’ oġġetti kif ukoll dwar miżuri doganali ta’ sigurtà il-Komunità

IL-KOMUNITÀ EWROPEA

minn naħa waħda, u

L-KONFEDERAZZJONI ŻVIZZERA

min-naħa l-oħra,

minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Komunità” u “l-Iżvizzera” rispettivament u, konġuntement, “il-Partijiet Kontraenti”,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar is-simplifikazzjoni tal-kontrolli u tal-formalitajiet waqt it-trasport tal-oġġetti tal-21 ta’ Novembru 1990, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-Ftehim tal-1990;

Filwaqt li kkunsidraw li hu xieraq li l-ambitu ta’ applikazzjoni tal-Ftehim tal-1990 ikun estiż għall-miżuri doganali ta’ sigurtà billi jkun miżjud kapitolu ġdid dwar dan is-suġġett;

Filwaqt li kkunsidraw li minħabba raġunijiet ta’ ċarezza u ta’ tisħiħ tas-siġurtà ġuridika, il-kontenut tal-Ftehim tal-1990 huwa inkorporat f’dan il-Ftehim li ser jieħu post il-Ftehim tal-1990;

Filwaqt li kkunsidraw il-Ftehim dwar Kummerċ Ħieles konkluż fit-22 ta’ Lulju 1972 bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera;

Filwaqt li kkunsidraw id-dikjarazzjoni komuni adottata, fid-9 ta’ April 1984, mill-Ministri tal-pajjiżi tal-Assoċjazzjoni Ewropea ta’ kummerċ ħieles (EFTA) u l-Istati Membri tal-Komunità u mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej fil-Lussemburgu, kif ukoll id-dikjarazzjoni tal-Ministri tal-pajjiżi tal-EFTA u l-Ministri tal-Istati Membri tal-Komunità ta’ Brussell; tat-2 ta’ Frar 1988, maħsuba għall-ħolqien ta’ żona ekonomika Ewropea dinamika, ta’ benefiċċju għall-pajjiżhom;

Filwaqt li l-Partijiet Kontraenti rratifikaw il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-Armonizzazzjoni tal-Kontrolli ta’ Merkanzija fil-Fruntieri;

Filwaqt li kkunsidraw il-ħtieġa li jinżamm il-livell eżistenti ta’ simplifikazzjoni tal-kontrolli u tal-formalitajiet waqt il-passaġġ tal-oġġetti fil-fruntieri bejn il-Komunità u l-Iżvizzera kif ukoll il-fluss tal-iskambji kummerċjali bejn iż-żewġ partijiet;

Filwaqt li kkunsidraw li tali faċilitazzjoni għandha tiżviluppa b’mod progressiv;

Filwaqt li kkunsidraw li l-kontrolli veterinarji u fitosanitarji huma mil-llum irregolati mill-Ftehim tal-21 ta’ Ġunju 1999 bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ tal-prodotti agrikoli;

Filwaqt li jkun rikonoxxut li l-kundizzjonijiet ta’ eżerċizzju tal-kontrolli u tal-formalitajiet jistgħu jiġu armonizzati b’mod estensiv bla ma jkun ta’ ħsara għall-iskop, l-implimentazzjoni korretta u l-effettività tagħħom;

Filwaqt li kkunsidraw li l-ebda dispożizzjoni ta’ dan il-Ftehim ma tista tiġi interpretata li teżenta l-Partijiet Kontraenti mill-obligi taħt ftehimiet internazzjonali oħra,

Filwaqt li l-Partijiet Kontraenti jimpenjaw ruħhom biex jiggarantixxu livell ta’ sigurtà ekwivalenti fuq it-territorju doganali rispettiv tagħhom, permezz ta’ miżuri bbażati fuq il-leġiżlazzjoni fis-seħħ fil-Komunità;

Filwaqt li hu mixtieq li l-Iżvizzera tkun ikkonsultata dwar l-iżvilupp tar-regoli tal-Komunità relatati mal-miżuri doganali ta’ sigurtà, li hija tipparteċipa fix-xogħlijiet rilevanti tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, stabbilit mill-Artikolu 247a tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju, u li tiġi notifikata dwar l-implimentazzjoni ta’ dawn ir-regoli;

Filwaqt li l-Partijiet Kontraenti huma ddeterminati biex itejbu s-sigurtà fil-kummerċ tal-oġġetti li jidħlu jew joħorġu mit-territorju tagħhom mingħajr ma jfixklu l-fluss ta’ dan il-kummerċ;

Filwaqt li fl-interess tal-Partijiet Kontraenti, jeħtieġ li jiġu introdotti miżuri doganali ta’ sigurtà ekwivalenti waqt it-trasport tal-oġġetti li ġejjin jew sejrin f’pajjiżi terzi;

Filwaqt li kkunsidraw li dawn il-miżuri doganali ta’ sigurtà huma dwar id-dikjarazzjoni tad-data ta’ sigurtà relatati mal-oġġetti qabel id-dħul jew il-ħruġ tagħhom, il-ġestjoni tar-riskji fil-qasam tas-sigurtà u l-kontrolli doganali relatati kif ukoll l-attribuzzjoni ta’ status ta’ operatur ekonomiku awtorizzat fil-qasam tas-sigurtà rikonoxxut b’mod reċiproku;

Filwaqt li kkunsidraw li l-Iżvizzera għanda livell ta’ protezzjoni ta’ data ta’ natura personali xieraq;

Filwaqt li kkunsidraw li dan hu każ ta’ miżuri doganali ta’ sigurtà, hu xieraq li jkunu previsti miżuri ta’ bilanċ mill-ġdid xierqa, inkluż is-sospensjoni tad-dispożizzjonijiet ikkunċernati għall-każ fejn l-ekwivalenza tal-miżuri doganali ta’ sigurtà ma tkunx iktar żgurata;

IDDEĊIDEW LI JIKKONKLUDU DAN IL-FTEHIM:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-għan ta’ dan il-Ftehim:

(a)

kontrolli: kull operazzjoni li biha d-dwana jew kull servizz ieħor ta’ kontroll jipproċedu għall-eżami fiżiku jew ispezzjoni viżwali, jew tal-mezz ta’ trasport, jew tal-oġġetti nfishom sabiex ikun żgurat li n-natura, l-orġini, l-istat, il-kwantità jew il-valur tagħhom ikunu konformi mad-data tad-dokumenti ppreżentati;

(b)

formalitajiet: kull formalità li għaliha l-amministrazzjoni tissottometti l-operatur u li tikkonsisti fil-preżentazzjoni jew l-eżami tad-dokumenti, taċ-ċertifikati li jakkumpanjaw l-oġġetti jew, ta’ data oħra, ikun x’ikun il-mezz jew l-appoġġ, dwar l-oġġetti jew il-mezzi ta’ trasport;

(c)

riskju: Il-probabbiltà li jseħħ, b’konnessjoni mad-dħul, mat-transitu, mat-trasferiment u mad-destinazzjoni patrikolari tal-oġġetti li jiċċirkolaw bejn it-territorju doganali ta’ wieħed mill-Partijiet Kontraenti u tal-pajjiżi terzi u l-presenza tal-oġġetti li mhix f’ċirkulazzjoni ħielsa fuq it-territorju ta’ wieħed mill-partijiet Kontraenti, avveniment li jikkostitwixxi periklu għas-sigurtà u l-iżgurar tal-Komunità, tal-Istati Membri jew tal-Iżvizzera, għas-saħħa pubblika, għall-ambjent jew għall-konsomaturi;

(d)

ġestjoni tar-riskji: Id-determinazzjoni sistematika tar-riskji u l-implimentazzjoni tal-miżuri kollha meħtieġa sabiex tiġi limitata l-espożizzjoni għar-riskji. Dan it-terminu jinkludi attivitajiet bħall-ġbir ta’ data u ta’ informazzjoni, l-analiżi u l-evalwazzjoni tar-riskji, il-preskrizzjoni u l-eżekuzzjoni tal-miżuri kif ukoll il-kontroll u l-evalwazzjoni regolari tal-proċess u r-riżultati tiegħu, fuq il-bażi ta’ sorsi u strateġiji mfissra mill-Komunità, l-Istati Membri tagħha jew l-Iżvizzera jew fuq livell internazzjonali.

Artikolu 2

Ambitu ta’ applikazzjoni

1.   Mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet partikolari fis-seħħ fil-qafas tal-ftehimiet konklużi bejn il-Komunità u l-Iżvizzera, dan il-Ftehim japplika għall-kontrolli u l-formalitajiet dwar it-trasport tal-oġġetti msejħa biex jaqsmu fruntiera bejn l-Iżvizzera u l-Komunità, kif ukoll għall-miżuri doganali ta’ sigurtà li għandhom japplikaw għat-trasport tal-oġġetti li ġejjin minn jew sejrin f’pajjiżi terżi.

2.   Dan il-Ftehim ma japplikax għall-kontrolli lanqas għall-formalitajiet dwar id-dgħajjes u l-ajruplani bħala mezzi ta’ trasport; Madankollu l-Ftehim japplika għall-vetturi u għall-oġġetti li jiġu ttrasportati minn dawn il-mezzi ta’ trasport.

Artikolu 3

It-territorji koperti

1.   Dan il-Ftehim għandu japplika, min-naħa, għat-territorju doganali Komunitarju u, min-naħa oħra, għat-territorju doganali Żvizzeru u ż-żoni doganali tiegħu.

2.   Dan il-Ftehim għandu japplika fil-Prinċipat ta’ Liechtenstein safejn dan il-Prinċipat jibqa’ marbut mal-Iżvizzera bi trattat ta’ unjoni doganali.

KAPITOLU II

PROĊEDURI

Artikolu 4

Kontrolli fuq bażi ta’ każwalità u formalitajiet, minbarra l-kontrolli doganali ta’ sigurtà msemmija fil-Kapitolu III

1.   Mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet speċifiċi ta’ dan il-Ftehim, il-Partijiet Kontraenti għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex:

il-kontrolli u l-formalitajiet varji previsti fl-Artikolu 2(1) iseħħu fl-inqas żmien meħtieġ u, jekk jista’ jkun, fl-istess post,

il-kontrolli jkunu mwettqa permezz ta’ kontrolli fuq bażi ta’ każwalità, ħlief f’ċirkostanzi ġġustifikati kif xieraq.

2.   Għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1, it-tieni inċiż, il-bażi tal-kontroll fil-post, għandha tikkonsisti mill-kunsinji kollha li jgħaddu minn post ta’ fruntiera, ippreżentati f’uffiċċju doganali jew f’servizz ta’ kontroll ieħor matul il-perjodu mogħti, u mhux mill-oġġetti kollha li jikkostitwixxu kull kunsinja.

3.   Il-Partijiet Kontraenti jiffaċilitaw, fil-postijiet tat-tluq u tad-destinazzjoni tal-oġġetti, ir-rikors għall-proċeduri ssimplifikati u għall-użu tal-informatika u tat-telematika waqt l-esportazzjoni, it-tranżitu u l-importazzjoni tal-oġġetti.

4.   Il-Partijiet Kontraenti għandhom jagħmlu ħilithom biex jiddistribwixxu l-allokazzjoni tal-uffiċċju doganali, inkluż ġot-territorju tagħhom, b’mod li jkunu ikkunsidrati bl-aħjar mod il-ħtiġijiet tal-operaturi kummerċjali.

Artikolu 5

Delegazzjoni ta’ setgħat

Il-Partijiet Kontraenti jagħmlu b’tali mod li, b’delegazzjoni espliċita tal-awtoritajiet kompetenti u għall-kunsiderazzjoni ta’ dawn, wieħed mis-servizzi l-oħra rappreżentati u ta’ preferenza d-dwana jistgħu jwettqu kontrolli li għalihom dawn l-awtoritajiet huma responsabbli u, fejn dawn jikkonċernaw l-eżiġenza tad-dokumenti mitluba, l-eżami tal-validità u tal-awtentiċità ta’ dawn id-dokumenti u l-kontroll tal-identità tal-oġġetti ddikjarati f’dawn id-dokumenti. F’dan il-każ, l-awtoritajiet ikkunċernati għandhom jiżguraw il-provvediment tal-meżżi meħtieġa għal dawn il-kontrolli.

Artikolu 6

Rikonoxximent tal-kontrolli u tad-dokumenti

Għall-għanijiet tal-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim u mingħajr ħsara għall-possibbiltà li jkunu mwettqa kontrolli fuq bażi ta’ każwalità, il-Partijiet Kontraenti, fil-każ tal-importazzjoni jew tad-dħul bi transitu tal-oġġetti, għandhom jirrikonoxxu l-kontrolli mwettqa u d-dokumenti stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti tal-parti l-oħra Kontraenti, li jiżguraw li l-oġġetti jissodisfaw l-kundizzjonijiet previsti fil-leġiżlazzjoni tal-pajjiż tal-importazzjoni jew għall-kundizzjonijiet ekwivalenti fil-pajjiż tal-esportazzjoni.

Artikolu 7

Ħinijiet tal-postijiet tal-fruntieri

1.   Meta l-volum tat-traffiku jiġġustifikah, il-Partijiet Kontraenti jagħmlu b’tali mod li:

(a)

il-postijiet tal-fruntieri jkunu miftuħa, ħlief meta ċ-ċirkulazzjoni hi projbita, b’mod li jippermetti li:

il-passaġġ tal-fruntieri jkun żgurat erbgħa u għoxrin siegħa kuljum, bil-kontrolli u l-fomalitajiet korrespondenti, għall-oġġetti li tpoġġew taħt ir-reġim doganali ta’ transitu u l-mezzi ta’ trasport tagħhom, kif ukoll li l-vetturi jiċċirkulaw vojta, ħlief fil-każ fejn ikun meħtieġ kontroll maħsub biex jipprevjeni t-tixrid ta’ mard jew biex jipproteġi l-annimali,

il-kontrolli u l-formalitajiet relatati maċ-ċirkulazzjoni tal-mezzi ta’ trasport u ta’ oġġetti li ma jiċċirkulawx taħt reġim doganali ta’ transitu jistgħu jkunu mwettqa mit-Tnejn sal-Ġimgħa għal tul ta’ żmien ta’ inqas minn għaxar sigħat mingħar waqfien, u s-Sibt għal tul ta’ żmien ta’ sitt sigħat mingħar waqfien, ħlief jekk dawn il-ġranet ikunu vaganzi pubbliċi;

(b)

fil-każ tal-vetturi u l-oġġetti ttrasportati minn ajruplani, it-tul ta’ żmien imsemmi fil-punt a) tieni inċiż għandu jkun adattat b’mod illi jwieġeb għall-ħtiġijiet effettivi u, għal dan l-għan, ikun eventwalment maqsum jew estiż.

2.   Fil-każ meta diversi postijiet tal-fruntieri jinsabu fil-viċinanża immedjata tal-istess żona tal-fruntiera, il-Partijiet Kontraenti jistgħu jipprevedu Ftehim komuni, għal uħud minnhom, derogi fil-paragrafu 1, bil-kundizzjoni li l-postijiet l-oħra li jinsabu f’din iż-żona jistgħu b’mod effettiv jirrilaxxaw l-oġġetti u l-vetturi f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-imsemmi paragrafu.

3.   Għall-postijiet tal-fruntieri u l-uffiċċji doganali u s-servizzi msemmija fil-paragrafu 1, u fil-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Partijiet Kontraenti, l-awtoritajiet kompetenti jipprevedu, fil-każijiet eċċezzjonali, il-possibbiltà li jkunu mwettqa l-kontrolli u l-formalitajiet barra l-ħinijiet ta’ ftuħ fuq talba speċifika u ġġustifikata, ippreżentata waqt il-ħinijiet ta’ ftuħ, u b’kundizzjoni li, fejn xieraq, tingħata remunerazzjoni tas-servizzi mogħtija.

Artikolu 8

Toroq ta’ passaġġ rapidu

Il-Partijiet Kontraenti jagħmlu ħilithom biex iwettqu fil-postijiet tal-fruntieri, kullimkien fejn dan jirriżulta teknikament possibbli u meta l-volum tat-traffiku jiġġustifikah, toroq ta’ passaġġ rapidu rriżervati għall-oġġetti li tpoġġew taħt reġim doganali ta’ transitu, bil-mezzi tat-trasport tagħhom, għall-vetturi li jiċċirkulaw vojta, kif ukoll kull oġġett li hu suġġett għall-kontrolli u formalitajiet li ma jeċċedux dawk mitluba għall-oġġetti li tpoġġew taħt reġim ta’ transitu.

KAPITOLU III

MIŻURI DOGANALI TA’ SIGURTÀ

Artikolu 9

Dispożizzjonijiet ġenerali dwar is-sigurtà

1.   Il-Partijiet Kontraenti jimpenjaw ruħhom biex jistabbilixxu u japplikaw għat-trasport tal-oġġetti li ġejjin minn jew sejrin f’pajjiżi terzi, il-miżuri doganali ta’ sigurtà mfissra f’dan il-Kapitolu u biex jiggarantixxu wkoll livell ta’ sigurtà ekwivalenti għall-fruntieri esterni tagħhom.

2.   Il-Partijiet Kontraenti ma japplikawx il-miżuri doganali ta’ sigurtà mfissra f’dan il-Kapitolu waqt it-trasport tal-oġġetti bejn it-territorji doganali tagħhom.

3.   Il-Partijiet Kontraenti għandhom jiddiskutu minn qabel għall-konklużjoni ta’ kull ftehim ma’ pajjiż terz fl-oqsma koperti minn dan il-Kapitolu, sabiex jigarantixxu l-koerenza ma’ dan il-ftehim, b’mod partikolari jekk il-ftehim maħsub jinkludi dispożizzjonijiet li jiddegoraw mill-miżuri doganali ta’ sigurtà mfissra f’dan il-Kapitolu.

Artikolu 10

Dikjarazzjonijiet qabel id-dħul u l-ħruġ tal-oġġetti

1.   Il-oġġetti introdotti fit-territorju doganali tal-Partijiet Kontraenti li ġejjin minn pajjiż terz għandhom ikunu suġġetti għal dikjarazzjoni ta’ dħul għall-għanijiet ta’ sigurtà (minn hawn ’il quddiem imsejħa “dikjarazzjoni sommarja ta’ dħul”), ħlief oġġetti trasportati b’mezzi ta’ trasport li jkunu biss fi transitu fl-ilmijiet territorjali jew fl-ispazju tal-ajru tat-territorju doganali mingħajr waqfien f’dan it-territorju.

2.   L-oġġetti li joħorġu mit-territorju doganali tal-Partijiet Kontraenti li sejrin f’pajjiż terz għandhom ikunu suġġetti għal dikjarazzjoni ta’ ħruġ għall-għanijiet ta’ sigurtà (minn hawn ’il quddiem imsejħa (“dikjarazzjoni sommarja ta’ ħruġ”), ħlief oġġetti trasportati b’mezzi ta’ trasport li jkunu biss fi transitu fl-ilmijiet territorjali jew fl-ispazju tal-ajru tat-territorju doganali mingħajr waqfien f’dan it-territorju.

3.   Id-dikjarazzjoni sommarja ta’ dħul jew ta’ ħruġ hi ddepożitata qabel l-introduzzjoni tal-oġġetti fit-territorju doganali tal-Partijiet Kontraenti jew mal-ħruġ tagħhom minn dak it-territorju.

4.   Il-preżentazzjoni tad-dikjarazzjonijiet ta’ dħul u ta’ ħruġ imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 hi fakultattiva sal-31 ta’ Diċembru 2010 safejn miżuri tranżitorji li jidderogaw mill-obbligu li tali dikjarazzjonijiet ikunu ppreżentati, ikunu applikabbli fil-Komunità.

Meta, skont it-termini tas-subparagrafu 1, dikjarazzjoni sommarja ta’ dħul jew ta’ ħruġ ma tkunx iddepożitata, l-analiżi tar-riskju fil-qasam tas-sigurtà kif imsemmija fl-Artikolu 12 trid titwettaq mill-awtoritajiet doganali sal-iktar tard waqt il-preżentazzjoni tal-oġġetti fil-wasla jew fil-ħruġ fuq il-bażi tad-dikjarazzjonijiet doganali li jkopru dawn l-oġġetti jew kull informazzjoni oħra għad-dispożizzjoni tagħhom.

5.   Kull Parti Kontraenti tfisser il-persuni li huma mistennija li jiddepożitaw id-dikjarazzjoni sommarja ta’ dħul jew ta’ ħruġ kif ukoll l-awtoritajiet kompetenti biex jirċievu din id-dikjarazzjoni.

6.   L-Anness I ta’ dan il-Ftehim jistabbilixxi:

il-forma u l-kontenut tad-dikjarazzjoni sommarja ta’ dħul u ta’ ħruġ;

l-eċċezzjonijiet għad-depożitu tad-dikjarazzjoni sommarja ta’ dħul jew ta’ ħruġ;

il-post fejn għandha tiġi ddepożitata d-dikjarazzjoni sommarja ta’ dħul jew ta’ ħruġ;

iż-żmien li fih għandha tiġi ddepożitata id-dikjarazzjoni sommarja ta’ dħul jew ta’ ħruġ; u

id-dispożizzjonijiet kollha oħra meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu.

7.   Dikjarazzjoni doganali tista’ tkun użata bħala dikjarazzjoni sommarja ta’ dħul jew ta’ ħruġ bil-kundizzjoni li hi tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti għal din id-dikjarazzjoni sommarja.

Artikolu 11

Operatur ekonomiku awtorizzat

1.   Parti Kontraenti għandha tagħti, suġġett għall-kriterji stabbiliti fl-Anness II ta’ dan il-Ftehim, l-istatus ta’ “operatur ekonomiku awtorizzat” fil-qasam tas-sigurtà lil kull operatur ekonomiku stabbilit fit-territorju doganali tiegħu.

Madankollu jista’ jkun rinunċjat, għal ċerti kundizzjonijiet u għal kategoriji partikolari ta’ operaturi ekonomiċi awtorizzati, ir-rekwiżit dwar l-istabbiliment fit-territorju doganali tal-parti Kontraenti fejn issir l-applikazzjoni għal dan l-istatus, b’kunsiderazzjoni, b’mod partikolari, ta’ ftehimiet ma’ pajjiżi terzi. Barra minn hekk, kull parti Kontraenti tiddetermina jekk u għal liema kundizzjonijiet kumpanija tal-ajru jew marittima mhux stabbilita fit-territorja tagħha iżda li għandha uffiċċju reġjonali tistax tkun mogħtija dan l-istatus.

L-operaturi ekonomiċi awtorizzati għandhom jibbenefikaw minn faċilitazzjonijiet fir-rigward tal-kontrolli doganali fil-qasam tas-sigurtà.

Suġġett għar-regoli u l-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2, l-istatus ta’ operatur ekonomiku awtorizzat mogħti minn parti Kontraenti hu rikonoxxut mill-parti Kontraenti l-oħra, mingħajr ħsara għall-kontrolli doganali, b’mod partikolari minħabba l-implimentazzjoni tal-ftehimiet mal-pajjiżi terzi li jipprevedu mekkaniżmi ta’ rikonoxxenza reċiproka tal-istatus ta’ operatur ekonomiku awtorizzat.

2.   L-Anness I ta’ dan il-Ftehim jistabbilixxi:

ir-regoli relatati mal-għotja tal-istatus ta’ operatur ekonomiku awtorizzat, b’mod partikolari l-kriterji ta’ għotja ta’ dan l-istatus u l-kundizzjonijiet tal-implimentazzjoni ta’ dawn il-kriterji,

it-tip ta’ faċilitazzjoni li tista’ tingħata,

ir-regoli relatati mas-sospensjoni u mar-revoka tal-istatus ta’ operatur ekonomiku awtorizzat,

il-modalitajiet dwar l-iskambju bejn il-Partijiet Kontraenti ta’ informazzjoni dwar l-operaturi ekonomiċi awtorizzati,

kull dispożizzjoni oħra meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 12

Kontrolli doganali ta’ sigurtà u ġestjoni tar-riskji fil-qasam tas-sigurtà

1.   Il-kontrolli doganali ta’ sigurtà minbarra l-kontrolli mhux imħabbra jridu jkunu bbażati fuq analiżi ta’ riskji bl-użu tal-proċeduri tal-informatika.

2.   Kull parti Kontraenti għandha tfisser għal dan l-għan qafas ta’ ġestjoni ta’ riskji, kriterji ta’ riskji kif ukoll oqsma ta’ kontrolli doganali prijoritarji fil-qasam tas-sigurtà.

3.   Il-Partijiet Kontraenti jirrikonoxxu l-ekwivalenza tas-sistemi tagħhom ta’ ġestjoni ta’ riskji fil-qasam tas-sigurtà.

4.   Il-Partijiet Kontraenti jikkooperaw bil-ħsieb:

li jagħtu lil xulxin informazzjoni li tippermetti t-titjib u t-tisħiħ tal-analiżi tagħhom ta’ riskji u l-effiċjenza tal-kontrolli doganali fil-qasam tas-sigurtà, u

li jfissru fiż-żmien xieraq qafas komuni ta’ ġestjoni ta’ riskji, kriterji ta’ riskji komuni kif ukoll oqsma ta’ kontrolli prijoritarji komuni u li jistabbilixxu sistema elettronika għall-implimentazzjoni ta’ din il-ġestjoni komuni ta’ riskji.

5.   Il-Kumitat Konġunt jadotta kull dispożizzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 13

Sorveljanza tal-implimentazzjoni tal-miżuri doganali ta’ sigurtà

1.   Il-Kumitat Konġunt ifisser il-modalitajiet li permezz tagħhom il-Partijiet Kontraenti bi ħsiebhom jiżguraw is-sorveljanza tal-implimentazzjoni ta’ dan il-Kapitolu u jivverifikaw il-konformità ma’ dawn id-dispożizzjonijiet kif ukoll ma’ dawk tal-Annessi ta’ dan il-Ftehim.

2.   Is-sorveljanza msemmija fil-paragrafu 1 tista ssir permezz ta’

evalwazzjoni perjodika tal-implimentazzjoni ta’ dan il-Kapitolu, b’mod partikolari tal-ekwivalenza tal-miżuri doganali ta’ sigurtà,

eżami maħsub għat-titjib tal-applikazzjoni jew għall-emendament tad-dispożizzjonijiet sabiex l-għanijiet tagħha jkunu mwettqa b’mod aħjar.

l-organizzazzjoni ta’ laqgħat tematiċi bejn esperti taż-żewġ Partijiet Kontraenti u ta’ verifiki tal-proċeduri amministrattivi, anke permezz ta’ żjarat fil-post.

3.   Il-Kumitat Konġunt jissorvelja li l-miżuri meħuda għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu huma konformi mad-drittijiet tal-operaturi ekonomiċi kkunċernati.

Artikolu 14

Protezzjoni tas-sigriet professjonali u tad-data personali

L-informazzjoni mogħtija lil xulxin mill-Partijiet Kontraenti fil-qafas tal-miżuri stabbiliti f’dan il-Kapitolu tibbenefika mill-protezzjoni tas-sigriet professjonali u tal-protezzjoni tad-data personali kif imfissra mil-liġijiet applikabbli f’dan il-qasam fit-territorju tal-Parti Kontraenti li tirċevihom.

B’mod partikolari, din l-informazzjoni ma tistax tkun mogħtija lill-persuni oħrajn ħlief l-entitajiet kompetenti fil-Parti Kontraenti kkonċernata u lanqas ma tista’ tkun użata minn entitajiet ta’ din il-Parti għall-għanijiet oħra minn dawk previsti minn dan il-Ftehim.

KAPITOLU IV

KOOPERAZZJONI

Artikolu 15

Il-kollaborazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet

1.   Sabiex jiffaċilitaw il-qsim tal-fruntieri, il-Partijiet Kontraenti għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżviluppaw il-kollaborazzjoni kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll reġjonali jew lokali bejn l-awtoritajiet responsabbli għall-organizzazzjoni tal-kontrolli u bejn is-servizzi differenti li jwettqu kontrolli u formalitajiet min-naħa għall-oħra ta’ dawn il-fruntieri.

2.   Il-Partijiet Kontraenti, kull parti kif jikkonċernha, jagħmlu b’tali mod li l-persuni li jipparteċipaw għall-skambju msemmi f’dan il-ftehim ikunu jistgħu jinfurmaw malajr l-awtoritajiet kompetenti dwar problemi eventwali li jiltaqgħu magħhom waqt il-passaġġ minn fruntiera għall-oħra.

3.   Il-kollaborazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tikkonċerna b’mod speċjali:

(a)

emenda tal-postijiet tal-fruntieri, b’mod li tkopri l-eżiġenzi tat-traffiku;

(b)

il-bidla tal-uffiċċji tal-fruntieri f’uffiċċji ta’ kontroll imqiegħda wieħed ħdejn l-ieħor, fil-każ fejn dan jirriżulta possibbli;

(c)

l-armonizzazzjoni tal-kompetenzi tal-postijiet tal-fruntieri kif ukoll tal-uffiċċji li jinsabu min-naħa għall-oħra tal-fruntiera;

(d)

ir-riċerka tas-soluzzjonijiet xierqa sabiex isolvu d-diffikultajiet eventwali komunikati.

4.   Il-Partijiet Kontraenti jikkooperaw sabiex jarmonizzaw il-ħinijiet ta’ intervent tad-diversi servizzi li jwettqu kontrolli u formalitajiet min-naħa għall-oħra tal-fruntiera.

Artikolu 16

Notifika ta’ kontrolli u formalitajiet ġodda, apparti l-kontrolli doganali ta’ sigurtà imsemmija fil-Kapitolu III

Meta parti Kontraenti bi ħsiebha tapplika kontroll ġdid jew formalità ġdida f’qasam ieħor minn dak irregolat mill-Kapitolu III, hi trid tinforma l-Parti Kontraenti l-oħra.

Il-Parti Kontraenti kkonċernata tissorvelja li l-miżuri meħuda sabiex tiffaċilita l-passaġġ fil-fruntieri ma jsirux inoperabbli minħabba l-applikazzjoni ta’ dawn il-kontrolli u formalitajiet ġodda,

Artikolu 17

Fluss tat-traffiku

1.   Il-Partijiet Kontraenti jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiggarantixxu li ż-żmien ta’ stennija kkawżat minħabba l-kontrolli u l-formalitajiet differenti ma jkunx iktar mit-tul ta’ żmien meħtieġ għall-eżekuzzjoni tajba tagħhom. Għal dan l-għan, huma jorganizzaw il-ħinijiet ta’ intervent tas-servizzi mitluba biex iwettqu l-kontrolli u l-formalitajiet, il-persunal disponibbli kif ukoll il-modalitajiet prattiċi tat-trattament tal-oġġetti u tad-dokumenti marbuta mal-eżekuzzjoni tal-kontrolli u l-formalitajiet, b’mod li fejn hu possibbli jkun imnaqqas iż-żmien ta’ stennija.

2.   L-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi fit-territorju fejn saru perturbazzjonijiet serji dwar it-trasport tal-oġġetti ta’ natura li jikkompromettu l-għanijiet ta’ simplifikazzjoni u tal-aċċelerazzjoni tal-qsim tal-fruntieri għandhom jinfurmaw mingħajr dewmien l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi l-oħra kkunċernati b’dawn il-perturbazzjonijiet.

3.   L-awtoritajiet kompetenti ta’ kull pajjiż ikkunċernat għandhom jieħdu mingħajr dewmien miżuri xierqa sabiex jiggarantixxu jekk ikun possibbli l-fluss tat-traffiku. Il-miżuri huma nnotifikati lill-Kumitat Konġunt, li jiltaqa’ b’urġenza, fejn hu xieraq, fuq talba tal-Parti Kontraenti sabiex jiddiskuti dawn il-miżuri.

Artikolu 18

Għajnuna amministrattiva

1.   Sabiex ikun żgurat it-tħaddim tajjeb tal-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti u jkun faċilitat it-tikxif ta’ kull irregolarità jew il-ksur tal-liġi, l-awtoritajiet doganali tal-pajjizi kkunċernati għandhom, fuq talba jew fejn jaħsbu li dan jista jkun ta’ interess għall-parti Kontraenti l-oħra, fuq inizzjattiva tagħhom, jipprovdu lill xulxin bl-informazzjoni (inkluż osservazzjonijiet u rapporti amministrattivi) ta’ interess għall-implimentazzjoni tajba ta’ dan il-Ftehim.

2.   L-għajnuna tista’ tkun sospiża jew irrifjutata, kollha jew parti minnha, meta l-pajjiż mitlub jikkonsidra li din l-għajnuna tista’ tkun ta’ ħsara għas-sigurtà, l-ordni pubbliku jew għall-interessi essenzjali oħra, jew li jista’ jikser sigriet industrijali, kummercjali jew professjonali.

3.   Kull deċiżjoni ta’ waqfien jew rifjut tal-għajnuna kif ukoll ir-raġuni ta’ din id-deciżjoni jridu jkunu notifikati lill-pajjiż ikkoncernat mingħajr dewmien.

4.   Jekk l-awtorità doganali ta’ pajjiż titlob għajnuna li hi stess ma tistax tipprovdi jekk tkun mitluba, hi għandha tindika dan l-element fit-talba tagħha. Is-segwitu li għandu jingħata lil tali talba għandu jkun mogħti bi prudenza mill-awtorità doganali lil min ġiet magħmula t-talba.

5.   Kull informazzjoni miksuba skont il-paragrafu 1 għandha tiġi użata biss għall-għanijiet ta’ dan il-Ftehim u tkun mogħtija l-istess protezzjoni mill-pajjiz li jirċeviha li tkun mogħtija għal raġunijiet tal-istess natura taħt il-liġi nazzjonali ta’ dan il-pajjiż. L-informazzjoni miksuba tista tiġi użata għal għanijiet oħra biss b’kunsens miktub tal-awtorità doganali li pprovdiet l-informazzjoni u suġġetta għal kull restrizzjoni stabbilita min dik l-awtorità.

KAPITOLU V

ENTITAJIET

Artikolu 19

umitat Konġunt

1.   Hu stabbilit Kumitat Konġunt li fih ikunu rappreżentati l-Partijiet Kontraenti.

2.   Il-Kumitat Konġunt ser jaġixxi bi ftehim reċiproku.

3.   Il-Kumitat Konġunt għandu jiltaqa’ skont il-ħtieġa u tal-inqas darba fis-sena. Kull parti Kontraenti tista’ titlob biex issir laqgħa.

4.   Il-kumitat konġunt jistabbilixxi l-liġijiet interni tiegħu li jinkludu, fost dispożizzjonijiet oħra, il-modalitajiet tas-sejħa tal-laqgħat, il-ħatra tal-President tiegħu u t-tifsira tal-mandat tal-President.

5.   Il-Kumitat Konġunt jista’ jiddeċiedi li jistabilixxi kull sottokumitat jew grupp ta’ ħidma li jista’ jgħinu fil-qadi ta’ dmirijietu.

Artikolu 20

Gruppi ta’ konsultazzjoni

1.   L-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi kkunċernati jistgħu jistabbilixxu kull grupp ta’ konsultazzjoni responsabbli għat-trattament tal-mistoqsijiet ta’ ordni prattiku, tekniku jew ta’ organizzazzjoni fuq livell reġjonali jew lokali.

2.   Il-gruppi ta’ konsultazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiltaqgħu, meta jkun meħtieġ, fuq talba tal-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiż. Il-Kumitat Konġunt hu infurmat b’mod regolari dwar il-ħidmiet tagħhom mill-Partijiet Kontraenti tagħhom.

Artikolu 21

Kompetenza tal-Kumitat Konġunt

1.   Il-Kumitat Konġunt hu responsabbli għall-ġestjoni u l-implimentazzjoni korretta ta’ dan il-Ftehim. Għal dan l-għan, hu jagħmel rakkomandazzjonijiet u jwaqqaf id-deċiżjonijiet.

2.   Permezz tad-deċiżjonijiet tiegħu, il-Kumitat Konġunt jista’ jemenda l-Kapitolu III u l-Annessi.

3.   Minbarra l-każijiet previsti b’mod espressiv f’dan il-Ftehim, hu jadotta permezz ta’ deċiżjoni l-miżuri ta’ applikazzjoni ta’ natura teknika u amministrattiva maħsuba biex jissimplifikaw il-kontrolli u l-formalitajiet.

4.   Id-deċiżjonijiet huma implimentati mill-Partijiet Kontraenti skont ir-regoli proprji tagħhom.

5.   Għall-għanijiet tal-implimentazzjoni korretta tal-Ftehim, il-Kumitat Konġunt hu infurmat b’mod regolari mill-Partijiet Kontraenti dwar l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim u, fuq talba ta’ waħda minnhom, il-Partijiet Kontraenti għandhom jikkonsultaw lil xulxin fi ħdan il-Kumitat Konġunt.

Artikolu 22

Żvilupp tal-liġi

1.   Hekk kif il-Kummissjoni telabora leġiżlazzjoni ġdida f’qasam irregolat mill-Kapitolu III, hi titlob b’mod informali l-parir tal-esperti Żvizzeri, bl-istess mod li hi titlob il-parir tal-esperti tal-Istati Membri.

2.   Meta l-Kummissjoni Ewropea tagħti l-proposta tagħha lill-Istati Membri jew lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, hi għandha tindirizza kopja lill-Iżvizzera.

Fuq talba ta’ waħda mill-Partijiet Kontraenti, skambju preliminari ta’ opinjonijiet jista’ jseħħ fi ħdan il-Kumitat Konġunt.

3.   Il-Partijiet Kontraenti jerġgħu jikkonsultaw ma’ xulxin, fuq talba ta’ waħda minnhom, fi ħdan il-Kumitat Konġunt waqt il-fażi qabel l-adozzjoni tal-Att Komunitarju fi proċess kontinwu ta’ informazzjoni u konsultazzjoni.

4.   L-emendi fil-Kapitolu III meħtieġa għall-kunsiderazzjoni tal-iżvilupp tal-leġiżlazzjoni Komunitarju rilevanti dwar l-oqsma koperti minn dak il-Kapitolu għandhom ikunu deċiżi malajr kemm jista’ jkun b’mod li jippermetti l-applikazzjoni tagħhom fl-istess ħin ta’ dawk introdotti fil-leġiżlazzjoni Komunitarja, skont il-proċeduri interni tal-Partijiet Kontraenti.

Jekk id-deċiżjoni ma tistax tiġi adottata b’mod li jippermetti l-applikazzjoni fl-istess ħin, l-emendi previsti fl-abozz ta’ deċiżjoni suġġett għall-approvazzjoni tal-Partijiet Kontraenti huma applikati b’mod provviżorju meta dan ikun possibbli, skont il-proċeduri interni tal-Partijiet Kontraenti.

5.   Il-Partijiet Kontraenti jikkooperaw matul il-fażi ta’ informazzjoni u ta’ konsultazzjoni sabiex jiffaċilitaw, fl-aħħar tal-proċess, it-teħid ta’ deċiżjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt.

Artikolu 23

Parteċipazzjoni fil-Kumitat tal-Kodiċi Doganali

Il-Komunità tiżgura lill-esperti Żvizzeri l-parteċipazzjoni, bħala osservaturi u għall-punti li huma ta’ interess għalihom, fil-laqgħat tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali li jgħin lill-Kummissjoni Ewropea fl-eżerċizzju tal-kompetenzi ta’ implimentazzjoni tagħha fl-oqsma koperti mill-Kapitolu III.

Artikolu 24

Soluzzjoni għan-nuqqas ta’ qbil

Mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 29, kull nuqqas ta’ qbil bejn il-Partijiet Kontraenti dwar l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim hi suġġetta għall-Kumitat Konġunt li jfittex is-soluzzjoni ta’ ħbiberija.

Artikolu 25

Ftehimiet ma’ pajjiżi terzi

Il-Partijiet Kontraenti jaqblu li l-ftehimiet konklużi minn waħda minnhom ma’ pajjiż terz f’qasam kopert mill-Kapitolu III ma jistgħux joħolqu obbligi għall-Parti Kontraenti l-oħra, ħlief jekk il-Kumitat Konġunt jiddeċiedi mod ieħor.

KAPITOLU VI

DISPOŻIZZJONIJIET DIVERSI U FINALI

Artikolu 26

Faċilitajiet ta’ ħlas

Il-Partijiet Kontraenti jagħmlu b’tali mod li l-ammonti eventwalment meħtieġa waqt it-twettiq tal-kontrolli u l-formalitajiet fil-kummerċi jistgħu jkunu mħallsa wkoll taħt forma ta’ ċekkijiet bankarji internazzjonali garantiti jew ċertifikati, u jsiru fil-munita tal-pajjiż fejn dawn l-ammonti huma meħtieġa.

Artikolu 27

Implimentazzjoni tal-Ftehim

Kull Parti Kontraenti għandha twaqqaf il-miżuri xierqa sabiex tiżgura l-applikazzjoni effettiva u armonjuża tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, b’kunsiderazzjoni tal-ħtieġa li tiffaċilita l-passaġġ tal-oġġetti fil-fruntieri u li ssolvi, għas-sodisfazzjoni reċiproka, kwalunkwe diffikultà li tista’ tirriżulta mill-applikazzjoni ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.

Artikolu 28

Reviżjoni

Jekk Parti Kontraenti tixtieq reviżjoni ta’ dan il-Ftehim, hi għanda tissottometti proposta għal dan l-għan lill-Parti Kontraenti l-oħra. Ir-reviżjoni ser tidħol fis-seħħ wara t-twettiq tal-proċeduri interni rispettivi tal-partijiet.

Artikolu 29

Miżuri ta’ bilanċ mill-ġdid

1.   Parti Kontraenti tista’, wara konsultazzjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt, tieħu miżuri xierqa ta’ bilanċ mill-ġdid, inkluż is-sospensjoni tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III ta’ dan il-Ftehim meta hi tinnota li l-Parti Kontraenti l-oħra ma tkunx konformi mal-kundizzjonijiet jew meta l-ekwivalenza tal-miżuri doganali ta’ sigurtà tal-Partijiet Kontraenti m’għadhiex żgurata.

Meta kull dewmien jirriskja li jagħmel ħsara għall-effiċjenza tal-miżuri doganali ta’ sigurtà, jistgħu jkunu mwaqqfa miżuri provviżorji mingħajr konsultazzjoni qabel, bil-kundizzjoni li l-konsultazzjonijiet ikunu impenjati minnufih wara t-teħid ta’ dawn id-deċiżjonijiet.

2.   Jekk l-ekwivalenza tal-miżuri doganali ta’ sigurtà tal-Partijiet Kontraenti m’għadhiex żgurata minħabba li l-emendi previsti fl-Artikolu 22(4) ta’ dan il-Ftehim ma ġewx deċiżi, Parti Kontraenti tista’ tissospendi l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III mid-data tal-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni komunitarja kkonċernata, ħlief jekk il-Kumitat Konġunt, wara li jkun eżamina l-mezzi tal-manteniment tal-applikazzjoni tiegħu, jiddeċiedi mod ieħor.

3.   L-ambitu u t-tul ta’ żmien tal-miżuri msemmija iktar qabel għandhom ikunu limitati għal dak li huwa meħtieġ sabiex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni u biex jiġi żgurat bilanċ tajjeb bejn id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw minn dan il-Ftehim. Parti Kontraenti tista’ titlob lill-Kumitat Konġunt biex jipproċedi għall-konsultazzjonijiet fir-rigward tal-proporzjonalità ta’ dawn il-miżuri u, fejn hu xieraq, biex jiddeċiedi li jissottometti nuqqas ta’ qbil dwar dan is-suġġett lill-arbitraġġ skont il-proċedura prevista fl-anness III. L-ebda kwistjoni ta’ interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, identiċi mal-ftehimiet korrispondenti tal-liġi komunitarja, ma tkun tista’ tiġi rregolata f’dan il-qasam.

Artikolu 30

Projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni, l-esportazzjoni jew it-transitu ta’ oġġetti

Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim mhumiex ostaklu għall-projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni, l-esportazzjoni jew it-transitu ta’ oġġetti stabbiliti mill-Partijiet Kontraenti jew mill-Istati Membri tal-Komunità u ġġustifikati minħabba raġunijiet ta’ ordni pubbliku, sigurtà pubblika jew moralità pubblika, il-protezzjoni tas-saħħa u tal-ħajja tan-nies, tal-annimali jew tal-pjanti, il-protezzjoni ta’ teżori nazzjonali li għandhom valur artistiku, storiku jew arkeoloġiku, jew il-protezzjoni ta’ proprjetà industrijali jew kummerċjali.

Artikolu 31

Terminazzjoni

Kull Parti Kontraenti tista ttemm dan il-Ftehim permezz ta’ notifika lill-Parti Kontraenti l-oħra. Dan il-Ftehim ma jibqax fis-seħħ tnax-il xahar wara d-data ta’ din in-notifika.

Artikolu 32

Annessi

L-Annessi ma’ dan il-Ftehim għandhom jiffurmaw parti integrali minnu.

Artikolu 33

Ratifika

1.   Dan il-Ftehim għandu jkun approvat mill-Partijiet Kontraenti skont il-proceduri interni tagħhom. Il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2009, bil-kundizzjoni li l-Partijiet Kontraenti jkunu nnotifikaw lil xulxin qabel din id-data illi ġew ikkompletati l-proċeduri meħtieġa għal dan l-għan.

2.   Jekk dan il-Ftehim ma jidħolx fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2009, hu ser jidħol fis-seħħ fil-jum wara d-data li fiha l-Partijiet Kontraenti jkunu nnotifikaw it-twettiq tal-proċeduri meħtieġa għal dan l-għan.

3.   Sakemm jitwettqu l-proċeduri msemmija fil-paragrafi 1 u 2, il-Partijiet Kontraenti għandhom japplikaw b’mod provviżorju dan il-Ftehim mill-1 ta’ Lulju 2009 jew f’data ulterjuri miftiehma benj il-Patrijiet Kontraenti.

4.   Mad-dħul fis-seħħ tiegħu, dan il-Ftehim jieħu post l-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar is-simplifikazzjoni tal-kontrolli u l-formalitajiiet waqt it-trasport ta’ oġġetti tal-21 ta’ Novembru 1990.

Artikolu 34

Lingwi

Dan il-Ftehim huwa mfassal duplikatament bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estona, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Taljana, Ungeriża u Żvediża, b’kull wieħed minn dawk it-testi ugwalment awtentiku.

Съставено в Брюксел на двадесет и пети юни две хиляди и девета година.

Hecho en Bruselas, el veinticinco de junio de dos mil nueve.

V Bruselu dne dvacátého pátého června dva tisíce devět.

Udfærdiget i Bruxelles den femogtyvende juni to tusind og ni.

Geschehen zu Brüssel am fünfundzwanzigsten Juni zweitausendneun.

Kahe tuhande üheksanda aasta juunikuu kahekünne viiendal päeval Brüsselis.

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις είκοσι πέντε Ιουνίου δύο χιλιάδες εννιά.

Done at Brussels on the twenty-fifth day of June in the year two thousand and nine.

Fait à Bruxelles, le vingt-cinq juin deux mille neuf.

Fatto a Bruxelles, addì venticinque giugnio duemilanove.

Briselē, divtūkstoš devītā gada divdesmit piektajā junijā

Priimta du tūkstančiai devintų metų birželio dvidešimt penktą dieną Briuselyje.

Kelt Brüsszelben, a kétezer-kilencedik év június havának huszonötödik napján.

Magħmul fi Brussell, fil-ħamsa u għoxrin jum ta’ Ġunju tas-sena elfejn u disgħa.

Gedaan te Brussel, de vijfentwintigste juni tweeduizend negen.

Sporządzono w Brukseli dnia dwudziestego piątego czerwca roku tysiące dziewiątego.

Feito em Bruxelas, em vinte e cinco de Junho de dois mil e nove.

Încheiat la Bruxelles, la douăzeci și cinci iunie două mii nouă.

V Bruseli dňa dvadsiateho piateho júna dvetisícdeväť.

V Bruslju, dne petindvajsetega junija leta dva tisoč devet.

Tehty Brysselissä kahdentenakymmenentenäviidentenä päivänä kesäkuuta vuonna kaksituhattayhdeksän.

Som skedde i Bryssel den tjugofemte juni tjugohundranio.

За Европейската общност

Por la Comunidad Europea

Za Evropské společenství

For Det Europæiske Fællesskab

Für die Europäische Gemeinschaft

Euroopa Ühenduse nimel

Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα

For the European Community

Pour la Communauté européenne

Per la Comunità europea

Eiropas Kopienas vārdā

Europos Bendrijos vardu

Az Európai Közösség részéről

Għall-Komunità Ewropea

Voor de Europese Gemeenschap

W imieniu Wspólnoty Europejskiej

Pela Comunidade Europeia

Pentru Comunitatea Europeană

Za Európske spoločenstvo

Za Evropsko skupnost

Euroopan yhteisön puolesta

På Europeiska gemenskapens vägnar

Image

Image

За Конфедерация Швейцария

Por la Confederación Suiza

Za Švýcarskou konfederací

For Det Schweiziske Forbund

Für die Schweizerische Eidgenossenschaft

Šveitsi Konföderatsiooni nimel

Για την Ελβετική Συνομοσπονδία

For the Swiss Confederation

Pour la Confédération Suisse

Per la Confederazione svizzera

Šveices Konfederācijas vārdā

Šveicarijos Konfederacijos vardu

A Svájci Államszövetség részéről

Għall-Konfederazzjoni Żvizzera

Voor de Zwitserse Bondsstaat

W imieniu Konfederacji Szwajcarskiej

Pela Confederação Suíça

Pentru Confederația Elvețiană

Za Švajčiarskou konfederáciu

Za Švicarsko konfederacijo

Sveitsin valaliiton puolesta

På Schweiziska edsförbundets vägnar

Image


ANNESS I

DIKJARAZZJONIJIET SOMMARJI TA’ DĦUL U TA’ ĦRUĠ

Artikolu 1

Il-forma u l-kontenut tad-dikjarazzjoni sommarja ta’ dħul jew ta’ ħruġ

1.   Id-dikjarazzjoni sommarja ta’ dħul u ta’ ħruġ hi mwettqa permezz ta’ trażmissjoni bil-kompjuter. Huwa wkoll possibbli li jintużaw dokumenti kummerċjali, tal-port jew tat-trasport, bil-kundizzjoni li dawn ikollhom d-data meħtieġa.

2.   Id-dikjarazzjoni sommarja ta’ dħul u ta’ ħruġ għandha data prevista għal din id-dikjarazzjoni fl-Anness 30a tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (1) (minn hawn ’il quddiem “ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93”). Id-dikjarazzjoni għandha titlesta skont in-noti ta’ spjegazzjoni li jinsabu fl-imsemmi Anness 30a. Hi għandha tiġi awtentikata mill-persuna li tlestiha.

3.   L-awtoritajiet doganali għandhom jippermettu d-depożitu ta’ dikjarazzjoni sommarja ta’ dħul jew ta’ ħruġ stabbilita fuq karta jew fuq mezz ieħor f’wieħed miċ-ċirkostanzi li ġejjin biss:

(a)

meta s-sistema kompjuterizzata tal-awtoritajiet doganali ma tkunx qed taħdem;

(b)

meta l-applikazzjoni elettronika tal-persuna li qed tiddepożita d-dikjarazzjoni sommarja tad-dħul jew ta’ ħruġ ma tkunx qed taħdem;

Bil-kundizzjoni li huma japplikaw għal dawn id-dikjarazzjonijiet livell ta’ ġestjoni ta’ riskji ekwivalenti għal dak li hu applikat għad-dikjarazzjonijiet sommarji ta’ dħul jew ta’ ħruġ permezz ta’ trażmissjoni bil-kompjuter.

Id-dikjarazzjonijiet sommarji ta’ dħul jew ta’ ħruġ fuq karta għandhom ikunu ffirmati mill-persuna li stabbilixxithom. Huma għandhom ikunu akkumpanjati, fejn hu xieraq, ma’ listi ta’ tagħbija jew ta’ listi oħrajn xierqa u li jinkludu d-data msemmija fil-paragrafu 2.

4.   Kull Parti Kontraenti għandha tfisser il-kundizzjonijiet u l-modalitajiet li permezz tagħhom il-persuna mistennija li tiddepożita d-dikjarazzjoni sommarja ta’ dħul jew ta’ ħruġ hi awtorizzata li temenda waħda jew diversi data ta’ din id-dikjarazzjoni, wara li tkun ġiet iddepożitata.

Artikolu 2

l-eċċezzjonijiet għad-depożitu tad-dikjarazzjoni sommarja ta’ dħul jew ta’ ħruġ

1.   Dikjarazzjoni sommarja ta’ dħul jew ta’ ħruġ m’hijiex meħtieġa għal dawn l-oġġetti li ġejjin:

(a)

l-enerġija elettrika;

(b)

il-oġġetti li jidħlu jew joħorġu permezz ta’ pajpijiet;

(c)

l-ittri, kartolini u materjal stampat, inkluż fuq mezzi elettroniċi;

(d)

l-oġġetti ttrasportata skont ir-regoli tal-Unjoni Postali Universali;

(e)

l-oġġetti li għalihom hi awtorizzata dikjarazzjoni doganali verbali jew bi qsim sempliċi tal-fruntiera, skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti mill-Partijiet Kontraenti minbarra pallets, kontenituri u l-mezzi ta’ trasport fit-toroq, bil-ferrovija, bl-ajru, fuq il-baħar u fix-xmajjar użati fil-qafas ta’ kuntratt ta’ trasport;

(f)

l-oġġetti li jinsabu fil-bagalji personali ta’ min jivjaġġa;

(g)

l-oġġetti koperti mill-carnets ATA u CPD;

(h)

l-oġġetti eżenti skont il-Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar ir-Relazzjonijiet Diplomatiċi tat-18 ta’ April 1961, il-Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar ir-Relazzjonijiet Konsulari tal-24 ta’ April 1963 jew konvenzjonijiet konsulari oħra, jew ukoll il-Konvenzjoni ta’ New York tas-16 ta’ Diċembru 1969 dwar il-Missjonijiet Speċjali;

(i)

l-armi u t-tagħmir militari introdotti fi jew maħruġin mit-territorju doganali ta’ Parti Kontraenti mill-awtoritajiet inkarigati mid-difiża militari ta’ Stat Membru jew tal-Iżvizzera, fit-trasport militari jew fit-trasport imwettaq għall-użu uniku mill-awtoritajiet militari;

(j)

l-oġġetti li ġejjin, introdotti fi jew maħruġin mit-territorju doganali ta’ Parti Kontraenti direttament fi jew minn pjattaformi ta’ tħaffir jew ta’ produzzjoni operati minn persuna stabbilita fit-territorju doganali tal-Partijiet Kontraenti:

oġġetti li kienu inkorporati f’tali pjattaformi, għall-għanijiet tal-kostruzzjoni, it-tiswija, il-manutenzjoni jew il-konverżjoni tagħhom;

oġġetti li kienu użati bħala tagħmir għal tali pjattaformi; fornimenti oħra użati jew ikkunsmati fuq dawn il-pjattaformi; u l-iskart mhux perikoluż prodott minn dawn il-pjattaformi;

(k)

l-oġġetti li jinsabu fil-kunsinji u li l-valur tagħhom ma jaqbiżx EUR 22 bil-kundizzjoni li l-awtoritajiet doganali jaċċettaw, flimkien ma’ qbil tal-operatur ekonomiku, li jwettqu analiżi ta’ riskji billi jużaw l-informazzjoni li tinsab fi, jew li hi pprovduta minn, sistema użata mill-operatur ekonomiku.

2.   Dikjarazzjoni sommarja ta’ dħul jew ta’ ħruġ mhix meħtieġa fil-każ previst minn ftehim internazzjonali bejn Parti Kontraenti u pajjiż terz fil-qasam tas-sigurtà, suġġetta għall-proċedura prevista fl-Artikolu 9(3) ta’ dan il-Ftehim.

3.   Dikjarazzjoni sommarja ta’ dħul jew ta’ ħruġ mhix meħtieġa fil-Komunità dwar l-oġġetti msemmija fl-Artikoli 181c, ittri i) u j), 592a, ittri i) u j) u 842a(2), ittra b) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

4.   Dikjarazzjoni sommarja ta’ ħruġ mhix meħtieġa fl-Iżvizzera għal:

l-ispare parts u maħsuba biex ikunu inkorporati fl-ajruplani għat-tiswija,

lubrifikanti u gaż meħtieġa għat-tħaddim tal-ajruplan, u

oġġetti tal-ikel maħsuba biex jittieklu fuq l-ajruplan,

li jkunu tpoġġew minn qabel fil-maħżen doganali li jinsab fi ħdan l-ajruporti Żvizzeri u li mbagħad ikunu trasferiti lejn l-ajruplani f’konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti mill-Iżvizzera, sakemm dawn ma jkunux ta’ ħsara għal-livell ta’ sigurtà garantit minn dan il-Ftehim.

Artikolu 3

Il-Post fejn għandha tiġi ddepożitata d-dikjarazzjoni sommarja ta’ dħul jew ta’ ħruġ

1.   Id-dikjarazzjoni sommarja ta’ dħul hi ddepożitata fl-awtorità kompetenti tal-Parti Kontraenti fit-territorju doganali fejn kienu introdotti l-oġġetti li ġejjin minn pajjiżi terzi. Din l-awtorità tipproċedi għall-analiżi ta’ riskji minn data li hi inkluża f’din id-dikjarazzjoni u għall-kontrolli doganali li huma meqjusa meħtieġa fil-qasam tas-sigurtà, inkluż meta dawn l-oġġetti huma destinati għall-Parti Kontraenti l-oħra.

2.   Id-dikjarazzjoni sommarja ta’ ħruġ hi ddepożitata fl-awtorità kompetenti tal-parti Kontraenti fit-territorju doganali fejn kienu introdotti l-oġġetti li sejrin f’pajjiżi terzi. Madankollu, id-dikjarazzjoni doganali ta’ esportazzjoni użata bħala dikjarazzjoni sommarja ta’ ħruġ hi ddepożitata fl-awtorità kompetenti tal-parti Kontraenti fit-territorju doganali fejn kienu mwettqa l-formalitajiet ta’ esportazzjoni li sejrin f’pajjiżi terzi. L-awtorità kompetenti f’wieħed minn dawn il-każijiet għandha tipproċedi għall-analiżi ta’ riskji mid-data inkluża f’din id-dikjarazzjoni u għall-kontrolli doganali meqjusa meħtieġa fil-qasam tas-sigurtà.

3.   Meta l-oġġetti jitilqu mit-territorju doganali ta’ Parti Kontraenti u jmorru f’pajjiż terz billi jaqsmu t-territorju doganali tal-parti kuntrattanti l-oħra, id-data msemmija fl-Artikolu 1(2), hi mogħtija mill-awtorità kompetenti tal-ewwel Parti Kontraenti lill-awtorità kompetenti tat-tieni parti.

Madankollu, il-Kumitat Konġunt jista’ jiddetermina każijiet li fihom it-trażmissjoni ta’ din id-data mhix meħtieġa sakemm dan ma jkunx ta’ ħsara għal-livell ta’ sigurtà garantit minn dan il-Ftehim.

Il-Partijiet Kontraenti jagħmlu ħilithom biex ikunu konnessi u jużaw sistema komuni ta’ trażmissjoni ta’ data li jkollha l-informazzjoni meħtieġa għad-dikjarazzjoni sommarja ta’ ħruġ tal-oġġetti kkunċernati.

Fil-każ li l-Partijiet Kontraenti ma jkunux jistgħu jwettqu t-trażmissjoni msemmija fil-paragrafu 1 fid-data tal-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim, id-dikjarazzjoni sommarja ta’ ħruġ tal-oġġetti li jitilqu minn parti Kontraenti u li sejrin f’pajjiż terz billi jaqsmu t-territorju doganali tal-Parti Kontraenti l-oħra, minbarra t-traffiku tal-ajru dirett, hi ddepożitata biss fl-awtorità kompetenti ta’ din it-tieni Parti.

Artikolu 4

Iż-żmien tad-dikjarazzjoni sommarja ta’ dħul jew ta’ ħruġ;

1.   Iż-żmien għad-depożitu tad-dikjarazzjoni sommarja ta’ dħul jew ta’ ħruġ hu dak imsemmi fl-Artikoli 184a et 592b tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

2.   B’deroga mal-paragrafu 1, kull Parti Kontraenti tista’ tiddeċiedi żmienijiet differenti:

fil-każ tat-traffiku imsemmi fl-Artikolu 3(3), maħsub biex jippermetti analiżi ta’ riskji affidabbli u li jinterċetta l-kunsinji sabiex jipproċedi għall-kontrolli doganali eventwali ta’ sigurtà relatati;

fil-każ ta’ ftehim internazzjonali bejn din il-Parti Kontraenti u pajjiż terz, suġġett għall-proċedura prevista fl-Artikolu 9(3) ta’ dan il-Ftehim.


(1)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.


ANNESS II

Operatur ekonomiku awtorizzat

TITOLU I

L-GĦOTJA TAL-ISTATUS TA’ OPERATUR EKNOMIKU AWTORIZZAT

Artikolu 1

Konsiderazzjonijiet Ġenerali

1.   Il-kriterji dwar l-għotja tal-istatus ta’ operatur ekonomiku awtorizzat għandhom jinkludu:

(a)

rekords sodisfaċenti fir-rigward tal-konformità mar-rekwiżiti doganali;

(b)

sistema effiċjenti ta’ ġestjoni ta’ reġistri kummerċjali u, fejn xieraq, reġistri ta’ trasport, li jippermettu t-twettiq ta’ kontrolli doganali ta’ sigurtà xierqa;

(c)

il-prova tas-solvibilità finanzjarja; u

(d)

normi xierqa ta’ sigurtà u sikurezza.

2.   Kull Parti Kontraenti tiddetermina l-proċedura tat-talba u tal-għotja tal-istatus ta’ operatur ekonomiku awtorizzat, kif ukoll l-effetti ġuridiċi ta’ dan l-istatus.

3.   Il-Partijiet Kontraenti għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet doganali tagħhom jikkontrollaw il-konformità, permezz tal-operatur ekonomiku awtorizzat, tal-kundizzjonijiet u l-kriterji li għalih huma applikabbli u jipproċedu għall-eżami mill-ġdid tal-kundizzjonijiet u l-kriterji b’mod speċjali fil-każ ta’ emenda importanti tal-leġiżlazzjoni fil-qasam tal-eżistenza tal-elementi li jippermettu li jkun maħsub b’mod raġonevoli li l-operatur ekonomiku awtorizzat m’għadux iwettaq il-kundizzjonijiet applikabbli.

Artikolu 2

Rekords ta’ konformità

1.   Ir-rekords fir-rigward tal-konformità mar-rekwiżiti doganali għandhom jitqiesu bħala sodisfaċenti jekk, matul l-aħħar tliet snin qabel il-preżentazzjoni tat-talba, ma sar l-ebda ksur serju jew ma sarx ksur ripetut tar-regoli doganali minn kwalunkwe minn dawn il-persuni:

(a)

l-applikant;

(b)

il-persuni responsabbli tal-kumpanija tal-applikant jew li jeżerċitaw kontroll fuq il-ġestjoni tagħha;

(c)

fejn hu xieraq, ir-rappreżentant legali tal-applikant għall-kwistjonijiet doganali;

(d)

il-persuna responsabbli għal kwistjonijiet doganali fil-kumpanija tal-applikant.

2.   Ir-rekords fir-rigward tal-konformità mar-rekwiżiti doganali jistgħu jitqiesu sodisfaċenti jekk l-awtorità doganali kompetenti tqis dan il-ksur bħala wieħed ta’ importanza negliġibbli, meta mqabbel man-numru jew id-daqs tal-operazzjonijiet doganali, u ma joħolqux dubji dwar ir-rieda tajba tal-applikant.

3.   Jekk il-persuni li jeżerċitaw kontroll fuq il-kumpanija tal-applikant ikunu stabbiliti jew residenti f’pajjiż terz, l-awtoritajiet doganali għandhom jivvalutaw il-konformità tagħhom mar-rekwiżiti doganali fuq il-bażi ta’ reġistri u informazzjoni disponibbli.

4.   Jekk l-applikant kien stabbilit mill-inqas tliet snin, l-awtoritajiet doganali għandhom jivvalutaw il-konformità tiegħu mar-rekwiżiti doganali fuq il-bażi tar-reġistri u l-informazzjoni disponibbli.

Artikolu 3

Sistema effiċjenti tal-ġestjoni tar-reġistri kummerċjali u tat-trasport

Sabiex l-awtoritajiet doganali jkunu jistgħu jistabbilixxu li l-applikant għandu sistema effiċjenti tal-ġestjoni tar-reġistri kummerċjali u, fejn hu xieraq, dawk tat-trasport, l-applikant għandu jissodisfa dawn ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

juża sistema ta’ kontabilità li hija kompatibbli mal-prinċipji tal-kontabilità aċċettati b’mod ġenerali u applikati fil-post fejn tinżamm il-kontabilità u li tiffaċilita l-kontroll doganali permezz ta’ verifiki;

(b)

jippermetti li l-awtorità doganali jkollha aċċess fiżiku jew elettroniku għar-reġistri doganali tiegħu u, fejn hu xieraq, għal dawk tat-trasport;

(c)

ikollu organizzazzjoni amministrattiva li tikkorrispondi mat-tip u d-daqs tal-impriża u li hija adattata għall-ġestjoni tal-fluss tal-oġġetti, u jkollu sistema ta’ kontroll intern li tkun kapaċi tidentifika t-tranżazzjonijiet illegali jew irregolari;

(d)

fejn hu xieraq, ikollu proċeduri sodisfaċenti ta’ ġestjoni tal-liċenzji u tal-awtorizzazzjonijiet ta’ importazzjoni u/jew ta’ esportazzjoni;

(e)

ikollu proċeduri sodisfaċenti tal-arkivjar tar-reġistri u tal-informazzjoni tal-impriża u tal-protezzjoni kontra t-telf tad-data;

(f)

jiżgura li l-impjegati jkunu konxji tal-ħtieġa li l-awtoritajiet doganali jkunu informati fil-każ ta’ diffikultajiet ta’ konformità mar-rekwiżiti u jistabbilixxu kuntatti xierqa biex jinfurmaw l-awtoritajiet doganali meta jseħħu sitwazzjonijiet bħal dawn;

(g)

ikun ħa miżuri adattati tas-sigurtà tat-teknoloġija tal-informazzjoni biex jipproteġi s-sistema tal-kompjuter tal-applikant minn indħil mhux awtorizzat u jiżgura d-dokumentazzjoni tal-applikant.

Artikolu 4

Solvibilità finanzjarja

1.   Għall-għanijiet ta’ dan l-Artikolu, is-soluzzjoni finanzjarja għandha tfisser sitwazzjoni finanzjarja tajba, li hija biżżejjed biex l-applikant ikun jista’ jissodisfa l-obbligi tiegħu, b’kunsiderazzjoni tal-karatteristiċi tat-tip tal-attività kummerċjali.

2.   Il-kundizzjoni dwar is-solvabilità finanzjarja tal-applikant hi meqjusa sodisfaċenti jekk din is-solvibilità tista’ tkun attestata għall-aħħar tliet snin.

3.   Jekk l-applikant ilu stabbilit mill-inqas tliet snin, is-solvabilità finanzjarja tiegħu għandha titqies fuq il-bażi tar-reġistri u tal-informazzjoni disponibbli.

Artikolu 5

Standards xierqa ta’ sigurtà u sikureza

1.   L-istandards ta’ sigurtà u sikurezza tal-applikant huma meqjusa bħala sodisfaċenti jekk dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin huma sodisfatti:

(a)

il-bini użat fil-qafas tal-operazzjonijiet koperti miċ-ċertifikat ikunu mibnija minn materjal li jiflaħ għal attentati ta’ dħul illegali u jipprovdi protezzjoni kontra ndħil illegali;

(b)

l-eżistenza ta’ miżuri adattati ta’ kontroll kontra l-aċċess mhux awtorizzat f’żoni merkantili, il-mollijiet tat-tagħbija u ż-żoni tat-trasport għall-merkanzija;

(c)

il-miżuri dwar il-manutenzjoni tal-oġġetti jinkludu l-protezzjoni kontra l-introduzzjoni, is-sostituzzjoni jew it-telf ta’ materjal u l-bidla tal-unitajiet tal-merkanzija;

(d)

l-eżistenza, fejn hu xieraq, tal-proċeduri li jippermettu l-iżgurar tal-ġestjoni tal-liċenzji tal-importazzjoni u/jew tal-esportazzjoni marbuta mal-projbizzjonijiet jew mar-restrizzjonijiet u biex dawn l-oġġetti jingħarfu minn oġġetti oħra;

(e)

l-applikant ikun ħa miżuri li jippermettu l-identifikazzjoni preċiża tal-imsieħba kummerċjali tiegħu, b’mod li jiżgura l-katina loġistika internazzjonali;

(f)

l-applikant iwettaq, safejn tippermetti l-leġiżlazzjoni, stħarriġ ta’ sigurtà dwar impjegati eventwali futuri mitluba li jaħdmu f’pożizzjonijiet sensittivi fir-rigward tas-sigurtà; u jipproċedi għall-kontroll perjodiku tar-rekords tagħhom;

(g)

l-applikant jiżgura li l-persunal ikkonċernat jieħu sehem b’mod attiv fi programmi ta’ kuxjenza rigward il-kwistjonijiet ta’ sigurtà.

2.   Jekk l-applikant, stabbilit fil-Komunità jew fl-Iżvizzera, ikun detentur ta’ ċertifikat ta’ sigurtà u/jew tas-sikurezza rikonoxxut fuq livell internazzjonali, maħruġ fuq il-bażi ta’ konvenzjonijiet internazzjonali, ta’ ċertifikat tas-sigurtà u/jew tas-sikurezza Ewropew maħruġ fuq il-bażi tal-leġiżlazzjoni Komunitarja, ta’ standard internazzjonali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni, jew ta’ standard Ewropew tal-entitajiet Ewropej għall-Istandardizzazzjoni, jew ta’ ċertifikat ieħor rikonoxxut, il-kriterji previsti fil-paragrafu 1 għandhom jitqiesu li ġew sodisfatti safejn il-kriterji għall-għotja ta’ dawn iċ-ċertifikati jkunu identiċi jew komparabbli ma’ dawk stabbiliti fir-Regolament preżenti.

TITOLU II

FAĊILITAZZJONIET MOGĦTIJA LILL-OPERATURI EKONOMIĊI AWTORIZZATI

Artikolu 6

L-awtoritajiet doganali jagħtu b’mod speċjali dawn il-faċilitazzjonijiet li ġejjin lill-operaturi ekonomiċi awtorizzati:

l-awtoritajiet doganali jistgħu jinfurmaw l-operatur ekonomiku awtorizzat, qabel ma l-oġġetti jaslu fuq it-territorju doganali jew joħorġu minn dan it-territorju, li l-kunsinja ġiet mgħażla għall-kontroll fiżiku wara analiżi ta’ riskji fir-rigward tas-sigurtà jew tas-sikurezza, sakemm din ma tkunx ta’ ħsara għall-kontroll li ser jitwettaq; l-awtoritajiet doganali jistgħu madankollu jipproċedu għall-kontroll fiżiku anke meta operatur ekonomiku awtorizzat ma kienx infurmat minn qabel;

l-operatur ekonomiku awtorizzat jista’ jiddepożita d-dikjarazzjonijiet sommarji ta’ dħul jew ta’ ħruġ suġġetti għar-rekwiżiti dwar id-data li trid tiġi indikata, imsemmija fl-Anness 30a tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (1); madankollu, meta l-operatur ekonomiku awtorizzat ikun trasportatur, kummissarju tat-trasport jew kummissarju tad-dwana, hu ma jibbenefikax minn dawn ir-rekwiżiti mnaqqsa ħlief jekk hu implikat fl-importazzjoni jew l-esportazzjoni tal-oġġetti f’isem operatur ekonomiku awtorizzat;

l-operatur ekonomiku awtorizzat hu suġġett għal inqas kontrolli fiżiċi u dokumentarji minn operaturi ekonomiċi oħra; madankollu l-awtoritajiet doganali jistgħu jiddeċiedu mod ieħor sabiex iqisu theddida speċifika, jew obbligi ta’ kontroll stipulati f’leġiżlazzjoni oħra li mhumiex doganali;

fil-każ fejn l-awtorità doganali tiddeċiedi li tipproċedi għall-kontroll ta’ kunsinja koperta minn dikjarazzjoni sommarja ta’ dħul jew ta’ ħruġ iddepożitata minn operatur ekonomiku awtorizzat, dan il-kontroll hu mwettaq bi prijorità; Barra minn hekk, fuq talba tal-operatur ekonomiku awtorizzat u bi qbil mal-awtorità doganali, dan il-kontroll jista’ jkun imwettaq f’post ieħor minn dak fejn normalment l-awtorità twettaq il-kontrolli tagħha.

TITOLU III

IS-SOSPENSJONI U R-REVOKA TAL-ISTATUS TA’ OPERATUR EKNOMIKU AWTORIZZAT

Artikolu 7

Sospensjoni tal-istatus

1.   L-awtorità doganali li toħroġ iċ-ċertifikat għandha tissospendi l-istatus ta’ operatur ekonomiku awtorizzat fil-każijiet li ġejjin:

(a)

meta jinstab nuqqas ta’ konformità mal-kundizzjonijiet jew il-kriterji tal-għotja tal-istatus ta’ operatur ekonomiku awtorizzat;

(b)

meta l-awtoritajiet doganali jkollhom raġunijiet biżżejjed biex jaħsbu li twettaq att mill-operatur ekonomiku awtorizzat li jwassal għal proċedimenti f’qorti kriminali u li hu marbut ma’ ksur tar-regoli doganali;

(c)

meta l-operatur ekonomiku awtorizzat jitlob is-sospensjoni minħabba li jinsab temporanjament inkapaċi li jkun konformi mal-kundizzjonijiet jew mal-kriterji tal-għotja tal-istatus.

2.   Fil-każ imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, l-awtorità doganali tista’ tiddeċiedi biex ma tissospendix l-istatus ta’ operatur ekonomiku awtorizzat jekk tqis li l-ksur huwa wieħed ta’ importanza negliġibbli, meta mqabbel man-numru jew id-daqs tal-operazzjonijiet b’rabta doganali, u ma toħloqx dubji dwar ir-rieda tajba tal-operatur ekonomiku awtorizzat.

3.   Is-sospensjoni għandha tidħol fis-seħħ minnufih meta jkun hekk meħtieġ minħabba t-tip jew il-livell tat-theddida lis-sigurtà u lis-sikurezza taċ-ċittadini, lis-saħħa pubblika jew lill-ambjent.

4.   Is-sospensjoni m’għandhiex impatt fuq il-proċedura doganali li jkunu diġà bdew qabel id-data tas-sospensjoni u li jkunu għadhom għaddejjin.

5.   Kull parti Kontraenti għandha tistabbilixxi t-tul ta’ żmien tas-sospesjoni b’mod li jippermetti lill-operatur ekonomiku awtorizzat li jirregolarizza s-sitwazzjoni tiegħu.

6.   Meta l-operatur ekonomiku jkun ħa, għas-sodisfazzjoni tal-awtoritajiet doganali, il-miżuri meħtieġa sabiex ikun konformi mal-kundizzjonijiet u l-kriterji li għandhom ikunu rispettati minn kull operatur ekonomiku awtorizzat, l-awtorità doganali li toħroġ iċ-ċertifikat tannula s-sospensjoni.

Artikolu 8

Ir-revoka tal-istatus

1.   L-awtorità doganali li toħroġ iċ-ċertifikat għandha tirrevoka ċ-ċertifikat ta’ operatur ekonomiku awtorizzat fil-każijiet li ġejjin:

(a)

meta l-operatur ekonomiku awtorizzat iwettaq ksur serju tar-regoli doganali u ma hemmx dritt ulterjuri ta’ appell;

(b)

meta l-Operatur Eknomiku Awtorizzat jonqos milli jieħu l-miżuri meħtieġa matul il-perjodu tas-sospensjoni msemmi fl-Artikolu 7(5);

(c)

fuq talba tal-operatur ekonomiku awtorizzat.

2.   Madankollu, fil-każ imsemmi fil-punt (b), l-awtorità doganali tista’ tiddeċiedi li ma tirrevokax iċ-ċertifikat ta’ operatur ekonomiku awtorizzat jekk tqis li l-ksur ikun ta’ importanza negliġibbli, meta mqabbel man-numru jew id-daqs tal-operazzjonijiet doganali, u ma ħalaqx dubji dwar ir-rieda tajba tal-operatur ekonomiku awtorizzat.

3.   ir-revoka għandu jieħu effett mill-jum wara n-notifika tiegħu.

TITOLU IV

SKAMBJU TA’ INFORMAZZJONI

Artikolu 9

Il-Kummissjoni u l-awtorità kompetenti Żvizzera jagħtu lil xulxin b’mod regolari l-identità tal-operaturi ekonomiċi awtorizzati tagħhom fir-rigward tas-sigurtà billi jinkludu din l-informazzjoni li ġejja:

(a)

in-numru ta’ identifikazzjoni tal-Operatur (NIN - in-Numru ta’ Identità tan-Negozjant f’format kumpatibbli mal-leġiżlazzjoni RIOE – Reġistrazzjoni u Identifikazzjoni tal-Operatur Ekonomiku);

(b)

l-isem u l-indirizz tal-operatur ekonomiku awtorizzat;

(c)

in-numru tad-dokument li bih kien mogħti l-istatus ta’ operatur ekonomiku awtorizzat;

(d)

l-istatus attwali (għaddej bħalissa, sospiż, revokat);

(e)

il-perjodi ta’ emendi tal-istatus;

(f)

id-data meta ċ-ċertifikat jidħol fis-seħħ;

(g)

l-awtorità li ħarġet iċ-ċertifikat.


(1)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.


ANNESS III

PROĊEDURA TA’ ARBITRAĠĠ

1.

Jekk nuqqas ta’ qbil hu suġġett għall-arbitraġġ, huma maħtura tliet arbitri, sakemm il-Partijiet Kontraenti ma jiddeċiedux mod ieħor.

2.

Kull Parti Kontraenti taħtar arbitru fi żmien ta’ tletin jum.

3.

Iż-żewġ arbitri maħtura jinnominaw bi ftehim komuni arbitru anzjan li mhuwiex ġej minn Parti Kontraenti. Jekk l-arbitri ma jkunux jistgħu jiftehmu, fi żmien xahrejn wara l-ħatra tagħhom, huma jagħżlu l-arbitru anzjan minn lista ta’ seba’ persuni stabbilita mill-Kumitat Konġunt. Il-Kumitat Konġunt jistabbilixxi u jaġġorna din il-lista skont ir-regolament intern tiegħu.

4.

Sakemm il-Partijiet Kontraenti ma jiddeċidux mod ieħor, it-tribunal arbitrali jistabbilixxi hu stess ir-regoli tiegħu ta’ proċedura. Hu jieħu d-deċiżjonijiet b’maġġoranza.

Top