This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009D0027
2009/27/EC: Commission Decision of 12 January 2009 amending the Appendix to Annex VI to the Act of Accession of Bulgaria and Romania as regards certain milk processing establishments in Bulgaria (notified under document number C(2008) 9000) (Text with EEA relevance)
2009/27/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 12 ta' Jannar 2009 li temenda l-Appendiċi tal-Anness VI tal-Att tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija fir-rigward ta’ ċerti stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib fil-Bulgarija (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 9000) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2009/27/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 12 ta' Jannar 2009 li temenda l-Appendiċi tal-Anness VI tal-Att tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija fir-rigward ta’ ċerti stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib fil-Bulgarija (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 9000) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 10, 15.1.2009, p. 23–24
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 12005SAN06/APP | Emenda | anness 6 | DATEFF |
15.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 10/23 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-12 ta' Jannar 2009
li temenda l-Appendiċi tal-Anness VI tal-Att tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija fir-rigward ta’ ċerti stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib fil-Bulgarija
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 9000)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2009/27/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat l-Att tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu (f) tat-Taqsima B tal-Kapitolu 4 tal-Anness VI tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Bulgarija ngħatat perjodi ta’ tranżizzjoni bl-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija biex ċerti stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (1). |
(2) |
L-Appendiċi tal-Anness VI tal-Att tal-Adeżjoni ġie emendat bid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2007/26/KE (2), 2007/689/KE (3), 2008/209/KE (4), 2008/331/KE (5), 2008/547/KE (6), 2008/672/KE (7) u 2008/827/KE (8). |
(3) |
Il-Bulgarija pprovdiet garanziji li erba’ stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib lestew il-proċess ta’ aġġornament tagħhom u issa huma konformi b’mod sħiħ mal-leġiżlazzjoni Komunitarja. Dawk l-istabbilimenti għandhom il-permess li jirċievu u jipproċessaw ħalib nej mhux konformi mingħajr separazzjoni. Dan l-istabbiliment għalhekk għandu jiżdied mal-lista tal-Kapitolu I tal-Appendiċi tal-Anness VI. Stabbiliment wieħed qed jingħata permess jirċievi u jipproċessa ħalib nej konformi u mhux konformi f’linji separati bis-sħiħ. Dan l-istabbiliment għalhekk għandu jiżdied mal-lista tal-Kapitolu I tal-Appendiċi tal-Anness VI. |
(4) |
Stabbiliment wieħed elenkat fil-Kapitolu I għandu jipproċessa biss ħalib nej konformi u għalhekk għandu jkun approvat bħala stabbiliment tal-UE tal-ipproċessar tal-ħalib. Dan l-istabbiliment għalhekk għandu jitneħħa mil-lista tal-Kapitolu I tal-Appendiċi tal-Anness VI. |
(5) |
L-Appendiċi tal-Anness VI tal-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
(6) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Appendiċi tal-Anness VI tal-Att tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija huwa emendat skond l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 12 ta’ Jannar 2009.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.
(3) ĠU L 282, 26.10.2007, p. 60.
(5) ĠU L 114, 26.4.2008, p. 97.
(6) ĠU L 176, 4.7.2008, p. 11.
(7) ĠU L 220, 15.8.2008, p. 27.
(8) ĠU L 294, 1.11.2008. p. 9.
ANNESS
Fil-Kapitolu I tal-Appendiċi tal-Anness VI tal-Att tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, jiżdiedu l-annotazzjonijiet li ġejjin:
Nru |
Nru Veterinarju |
Isem tal-istabbiliment |
Belt/Triq jew Raħal/Reġjun |
“13 |
BG 1512033 |
ET ‘Voynov-Ventsislav Hristakiev’ |
s. Milkovitsa obsht. Gulyantsi |
14 |
BG 1612020 |
ET ‘Bor - Chvor’ |
s. Dalbok izvor obsht. Parvomay |
15 |
BG 1612013 |
‘Polidey - 2’ OOD |
s. Domlyan” |
Fil-Kapitolu I tal-Appendiċi tal-Anness VI tal-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, titneħħa l-annotazzjoni li ġejja:
Nru |
Nru Veterinarju |
Isem tal-istabbiliment |
Belt/Triq jew Raħal/Reġjun |
“2 |
BG 2012022 |
‘Bratya Zafirovi’ OOD gr. Sliven ul. ‘Treti mart’ 7 |
gr. Sliven Industrialna zona Zapad” |
Fil-Kapitolu II tal-Appendiċi tal-Anness VI tal-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, tiżdied l-annotazzjoni li ġejja:
Nru |
Nru Veterinarju |
Isem tal-istabbiliment |
Belt/Triq jew Raħal/Reġjun |
“15 |
BG 2812003 |
‘Balgarski yogurt’ OOD |
s. Veselinovo, obl. Yambolska” |