This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009D0022
2009/22/EC: Council Decision of 8 December 2008 appointing the Chairman of the Military Committee of the European Union
2009/22/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 8 ta’ Diċembru 2008 li taħtar il-President tal-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea
2009/22/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 8 ta’ Diċembru 2008 li taħtar il-President tal-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea
ĠU L 9, 14.1.2009, p. 51–51
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
14.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 9/51 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-8 ta’ Diċembru 2008
li taħtar il-President tal-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea
(2009/22/KE)
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 28(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207 tiegħu,
Waqt li jfakkar fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/79/PESK tat-22 ta’ Jannar 2001 li tistabbilixxi l-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea (1),
Billi:
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2001/79/PESK, il-President tal-Kumitat Militari jinħatar mill-Kunsill fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat imlaqqa’ fil-livell tal-Kapijiet tad-Difiża, |
(2) |
Fil-laqgħa tiegħu tad-29 ta’ Ottubru 2008, il-Kumitat imlaqqa’ fil-livell tal-Kapijiet tad-Difiża rrakkomanda li l-Ġeneral Håkan SYRÉN għandu jinħatar President tal-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea, |
JIDDEĊIEDI:
Artikolu 1
Il-Ġenerali Håkan SYRÉN huwa maħtur bħala President tal-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea għal perijodu ta’ tliet snin mis-6 ta’ Novembru 2009.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjal tal-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussell, 8 ta’ Diċembru 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
B. KOUCHNER