Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0022

2009/22/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 8 ta’ Diċembru 2008 li taħtar il-President tal-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea

ĠU L 9, 14.1.2009, p. 51–51 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/22(1)/oj

14.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 9/51


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-8 ta’ Diċembru 2008

li taħtar il-President tal-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea

(2009/22/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 28(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207 tiegħu,

Waqt li jfakkar fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/79/PESK tat-22 ta’ Jannar 2001 li tistabbilixxi l-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea (1),

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2001/79/PESK, il-President tal-Kumitat Militari jinħatar mill-Kunsill fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat imlaqqa’ fil-livell tal-Kapijiet tad-Difiża,

(2)

Fil-laqgħa tiegħu tad-29 ta’ Ottubru 2008, il-Kumitat imlaqqa’ fil-livell tal-Kapijiet tad-Difiża rrakkomanda li l-Ġeneral Håkan SYRÉN għandu jinħatar President tal-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea,

JIDDEĊIEDI:

Artikolu 1

Il-Ġenerali Håkan SYRÉN huwa maħtur bħala President tal-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea għal perijodu ta’ tliet snin mis-6 ta’ Novembru 2009.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjal tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 8 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

B. KOUCHNER


(1)  ĠU L 27, 30.1.2001, p. 4.


Top