Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R1295

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1295/2008 ta’ 18 ta’ Diċembru 2008 dwar l-importazzjoni tal-ħops mill-pajjiżi terzi (Verżjoni kodifikata)

ĠU L 340, 19.12.2008, p. 45–56 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 27/12/2023; Imħassar b' 32023R2835

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/1295/oj

19.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 340/45


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1295/2008

ta’ 18 ta’ Diċembru 2008

dwar l-importazzjoni tal-ħops mill-pajjiżi terzi

(Verżjoni kodifikata)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1234/2007 tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottobru 2007 li jistabilixxi l-organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1) u b’mod partikolari l-Artikoli 192(2) u 195(2) flimkien ma’ l-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3076/78 tal-21 ta’ Diċembru 1978 dwar l-importazzjoni tal-ħops mill-pajjiżi li mhumiex membri (2) u ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3076/78 tal-21 ta’ Diċembru 1978 dwar l-ekwivalenza maċ-ċertifikati ta’ attestazzjoni tal-Komunità li jakkumpanjaw il-ħops impurtat minn pajjiżi li mhumiex membri (3) ġew emendati kemm-il darba (4) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Regolamenti għandhom jiġu kkodifikati billi jinġabru f'kitba waħdanija.

(2)

L-Artikolu 158(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi biex il-ħops u l-prodotti tal-ħops minn pajjiżi terzi jkunu jistgħu jiġu impurtati biss jekk l-istandards tal-kwalità tagħhom huma ta’ mill-inqas ekwivalenti għall-dawk i adottati għall-ħops u l-prodotti tal-ħops maħsuda fil-Komunità jew id-derivattivi tagħhom. Il-paragarafu 2 ta’ dan l-Artikolu jipprovdi b’dana kollu, li dawn il-prodotti jitqiesu li laħqu l-istandards imsemmija hawn fuq jekk ikollhom magħhom ċertifikat maħruġ mill-awtoritajiet tal-pajjiż ta’ l-oriġini u meqjus bħala ekwivalenti għaċ-ċertifikat meħtieġ għall-bejgħ tal-ħops u l-prodotti tal-ħops li ġejjin mill-Komunità.

(3)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1850/2006 tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Diċembru 2006 li jistabilixxi regoli dettaljati għall-attestazzjoni tal-ħops u l-prodotti tal-ħops (5) jistabbilixxi ħtiġiet ta’ bejgħ stretti ħafna għall-prodotti tal-ħops, u taħlitiet b’mod partikulari. Bħalissa m’hemm l-ebda metodu effettiv ta’ kif ikunu ikkontrollati fuq il-fruntieri li dawn il-ħtiġiet jintlaħqu. L-unika sostituzzjoni possibbli biex dak il-kontroll iseħħ hija ħidma min-naħa tal-pajjiżi esportaturi biex ikunu konformi mal-ħtiġiet ta’ bejgħ tal-Komunità għal dawn il-prodotti. Huwa għalhekk meħtieġ li dawk il-prodotti jkollhom magħhom ċertifikat kif speċifikat fl-Artikolu 158(2) tar-Regolament (KE) Nru 12342/2007.

(4)

Sabiex jiġi żgurat li jiġu osservati r-regoli Komunitarji dwar ċertifikazzjoni ta’ ħops, l-Istati Membri għandhom jwettqu spezzjonijiet biex jivverifikaw jekk ħops humiex konformi malħtiġiet minimi għat-tqegħid fis-suq stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1850/2006.

(5)

Ċerti pajjiżi terzi aċċettaw li jkunu konformi mal-ħtiġiet preskritti għall-marketing tal-ħops u l-prodotti tal-ħops u awtorizzaw ċerti aġenziji biex joħorġu ċertifikati ta’ l-ekwivalenza. Dawn iċ-ċertifikati għandhom għalhekk ikunu meqjusa bħala ekwivalenti għaċ-ċertifikati tal-Komunità u l-prodotti koperti minnhom mdaħħla għal ċirkolazzjoni ħielsa.

(6)

Hija r-responsabbilità ta’ l-organizazzjoni interessata f’dawk il-pajjiżi li mhumiex membri li żżomm l-informażżjoni li tinsab fl-Anness I aġġornata u li żżomm kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni billi tikkomunika lill-Kummisssjoni l-informazzjoni meħtieġa.

(7)

Sabiex il-kontroll mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri jkun aktar faċli, jeħtieġ li tkun preskritta l-forma u, fejn hemm bżonn, il-kontenut taċ–ċertifikat u r-regoli għall-użu tiegħu.

(8)

Sabiex ikunu meqjusa l-prattiċi tal-kummerċ, l-awtoritajiet kompetenti trid tingħatalhom is-setgħa, jekk xi kunsinna tinqasam, biex ikun ippreparaw taħt il-ħarsien tagħhom silta miċ-ċertifikat għal kull kunsinna ġdida li tirriżulta mill-qsim.

(9)

B’paragun mas-sistema taċ-ċertifikazzjoni tal-Komunità, ċerti prodotti jridu jkunu eżentati minħabba l-użu tagħhom mit-turija taċ-ċertifikati maħsuba għalihom f’dan ir-Regolament.

(10)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni ta’ l-Organizzazzjoni Komuni tas-swieq agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dħul ħieles fiċ-ċirkolazzjoni tal-Komunità tal-prodotti mill-pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 1(f) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandhom jiddependi milli jingħataw provi li l-ħtiġiet speċifikati fl-Artikolu 158(1) ta’ dak ir-Regolament ikunu ntlaħqu.

2.   Il-prova msemmija fl-Artikolu 1(1) ta’ dan ir-Regolament għandha tingħata bil-produzzjoni taċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 158(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “ċertifikat ta’ ekwivalenza”.

Artikolu 2

Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, “kunsinna” tfisser ammont ta’ prodott li jkollu l-istess karatteristiċi u jkun mibgħut mill-istess konsenjatur fl-istess żmien lill-istess xerrej.

Artikolu 3

Iċ-ċertifikati li jakkumpanjaw il-ħops u l-prodotti tal-ħops impurtati minn pajjiżi li m’humiex membri maħruġa minn aġenzija uffiċjali awtorizzata mil-pajjiż ta’ l-oriġini u li tidher fl-Anness għandha titqies bħala ċertifikat ta’ ekwivalenza.

L-Anness I għandu jiġi rivedut fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni kkomunikata mill-pajjiżi li mhumiex membri kkonċernati.

Artikolu 4

1.   Iċ-ċertifikat ta’ l-ekwivalenza għandu jkun imħejji għal kull kunsinna u għandu jikkonsisti minn oriġinal u żewġ kopji li jridu jsiru fuq il-formola li taqbel mal-mudell muri fl-Anness I t’hawnhekk skond l-istruzzjonijiet mogħtija fl-Anness IV t’hawnhekk.

2.   Iċ-ċertifikat ta’ l-ekwivalenza jkun validu biss jekk jimtela fil-ħin u jkun awtentikat minn waħda mill-awtoritajiet disposti fl-Anness I.

3.   Iċ-ċertifikat li jkun awtentikat fil-ħin huwa wieħed li juri d-data u l-post tal-ħruġ u li jkun ġie ffirmat u għandu t-timbru ta’ l-awtorità li ħarġitu.

Artikolu 5

1.   Kull unità tal-ippakkjar koperta minn ċertifikat ta’ l-ekwivalenza jrid ikollha fuqha dawn id-dettalji li ġejjin b’waħda mil-lingwi uffiċċjali tal-Komunità:

(a)

id-deskrizzjoni tal-prodott;

(b)

il-varjetà jew il-varjetajiet;

(ċ)

il-pajjiż ta’ l-oriġni,;

(d)

il-marki u n-numri li jidhru fis-sezzjoni 9 taċ-ċertifikat ta’ l-ekwivalenza jew l-estratt minnu.

2.   Id-dettalji previsti fl-ewwel paragrafu jridu jidhru b’mod li jinqara, b’tipi li ma jitħassrux ta’ daqs egwali fuq in-naħa ta’ barra tal-pakkett.

Artikolu 6

1.   F’każ li kunsinna koperta miċ-ċertifikat ta’ l-ekwivalenza hi maqsuma u mibgħuta mill-ġdid qabel ma ssir iċ-ċirkolazzjoni ħielsa tagħha, parti miċ-ċertifikat irid jissawwar għal kull kunsinna ġdida li tirriżulta mil-qsim.

Iċ-ċertifikat għandu jkun mibdul bin-numru meħtieġ ta’ estratti miċ-ċertifikat.

Kull estratt għandu jissawwar mill-parti konċernata f’oriġinal wieħed u żewġ kopji fuq formola li taqbel mal-mudell mogħti fl-Anness III ta’ dan u skond id-disposizzjonijiet disposti fl-Anness IV.

2.   L-awtoritajiet doganali għandhom jiffirmaw kif meħtieġ l-oriġinal u ż-żewġ kopji taċ-ċertifikat ta’ l-ekwivalenza, u jerġgħu jiffirmaw l-oriġinal u ż-żewġ kopji ta’ kull estratt.

Huma għandhom iżommu l-oriġinal taċ-ċertifikat ta’ ekwivalenza, jibagħtu ż-żewġ kopji lill-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 1850/2006 u jibgħat lura l-oriġinal u ż-żewġ kopji ta’ kull estratt lill-persuna kkonċernata.

Artikolu 7

Meta jintemmu l-formalitajiet doganali meħtieġa għad-dħul f’ċirkolazzjoni fil-Komunità tal-prodott li għalih iċ-ċertifikat ta’ l-ekwivalenza, l-estratt l-oriġinal u żewġ kopji jridu jingħataw lill-awtoritajiet doganali li jerġgħu jiffirmawhom, u jżommu l-oriġinal. L-awtoritajiet doganali jridu jgħaddu kopja waħda lill-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 1850/2006, tal-Istat Membru li fih il-prodott ikun jista jidħol f’ċirkolazzjoni ħielsa. It-tieni kopja trid tasal lura għand l-importatur, li jrid iżommha għall-inqas għal tliet snin.

Artikolu 8

Jekk il-kunsinna terġa tinbiegħ jew tinqasam wara li tkun tpoġġiet fiċ-ċirkulazzjoni ħielsa, il-prodott irid ikun akkumpanjat b’fattura jew b’dokumenti kummerċjali oħra miġbuda mill-venditur, li jagħtu in-numru ta’ riferenza ta’ l-attestazzjoni ta’ l-ekwivalenza jew l-estratt, flimkien ma’ l-isem ta’ l-awtorità li ħarġithom.

L-informazzjoni li ġejja, li tidher, skond il-każ, fiċ-ċertifikat ta’ l-ekwivalenza jew l-estratt, għandhom jidhru wkoll fid-dokoument kummerċjali jew il-kont:

(a)

għall-ħops:

(i)

id-deskrizzjoni tal-prodott,

(ii)

il-piż gross,

(iii)

il-post tal-produzzjoni,

(iv)

is-sena ta’ ħsad,

(v)

il-varjetà,

(vi)

il-pajjiż ta’ l-oriġni,

(vii)

il-marki u n-numri ta’ l-identifikazzjoni mogħtija fis-sezzjoni 9 taċ-ċertifikat;

(b)

għall-prodotti magħmula mill-ħops, flimkien mad-dettalji msemmija taħt punt (a): il-post u d-data ta’ l-ipproċessar;

Artikolu 9

1.   L-Istati Membri għandhom regolarment iwettqu spezzjonijiet saltwarjament sabiex jivverifikaw jekk ħops li huma importati skond l-Artikolu 158 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 humiex konformi mal-ħtiġiet minimi ta’ tqegħid fis-suq stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1850/2006.

2.   Huma għandhom jirraportaw lill-Kummissjoni, kull sena sat-30 ta’ Ġunju, dwar il-frekwenza, it-tip u r-riżultat ta’ l-ispezzjonijiet li jkunu saru matul is-sena qabel dik id-data. L-ispezzjonijiet għandhom ikopru ta’ l-inqas 5 % tan-numru ta’ konsenji ta’ ħops li huma mistennija li jkunu importati minn pajjiż terz fl-Istat Membru in kwistjoni matul din is-sena.

3.   Jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jsibu li l-kampjuni eżaminati ma jissodisfawx il-ħtiġiet minimi tat-tpoġġija fis-suq imsemmija fil-paragrafu 1, il-konsennji korrispondenti ma jistgħux jiġu mpoġġija fuq is-suq tal-Komunità.

4.   Jekk xi Stat Membru jiskopri li l-karatteristiċi ta’ xi prodott m’humiex konformi mad-dettalji mniżżla fl-attestazzjoni ta’ ekwivalenza li tkun mal-prodott għandu javża lill-Kummissjoni dwar dan.

Skond il-proċedura msemmija fl- Artikolu 195(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1234/2007, tista’ tittieħed deċiżjoni biex tiġi rtirata l-aġenzija li tkun ħarget l-attestazzjoni ta’ ekwivalenza għal dawn il-prodotti mil-lista disposta fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 10

Bħala deroga minn dan ir-Regolament, la t-turija ta’ l-attestazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) lanqas il-konformità mad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 5, m’huma meħtieġa għad-dħul fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa tal-ħops u l-prodotti tal-ħops segwenti meta l-piż għal kull pakkett individwali ma jeċċedix il-1 kilogramm fil-każ tal-koni tal-ħops u t-trab tal-ħops u 300 gramm fil-każ ta’ l-estratti tal-ħops:

(a)

pakketti żgħar għall-bejgħ lill-individwi privati għall-użu personali tagħhom;

(b)

għal esperimenti xjentifiċi u tekniċi;

(ċ)

għall-fieri koperti mill-ftehim doganali speċjali għall-fieri.

Id-deskrizzjoni, l-piż u l-użu aħħari tal-prodott irid jidher fuq il-pakkett.

Artikolu 11

Ir-Regolament (KEE) Nru 3076/78 u (KEE) Nru 3077/78 huma mħassarin.

Referenzi għar-Regolamenti li ġew imħassara għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness VI.

Artikolu 12

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Diċembru 2008

Għall-Kummissjoni

José Manuel BARROSO

Il-President


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 367, 28.12.1978, p. 17.

(3)  ĠU L 367, 28.12.1978, p. 28.

(4)  Ara l-Anness V.

(5)  ĠU L 355, 15.12.2006, p. 72.


ANNESS I

AĠENZIJI AWTORIZZATI BIEX JOĦORĠU ATTESTAZZJONIJIET

Korni tal-ħops kodiċi tan-NM:ex 1210

Trabijiet tal-ħops kodiċi tan-NM: ex 1210

Limfi u estratti tal-ħops kodiċi tan-NM: 1302 13 00

Pajjiż ta’ oriġini

Aġenziji awtorizzati

Indirizz

Kodiċi

Telefown

Fax

Indirizz elettroniku (volontarju)

L-Awstralja

Quarantine Services

Department of Primary Industries & Water

Macquarie Wharf No 1

Hunter Street, Hobart

Tasmania 7000

(61-3)

6233 3352

6234 6785

 

Il-Kanada

Plant Protection Division, Animal and Plant Health Directorate, Food Production and Inspection Branch, Agriculture and Agri-food Canada

Floor 2, West Wing 59,

Camelot Drive

Napean, Ontario,

K1A OY9

(1-613)

952 8000

991 5612

 

Ċina

Tianjin Airport Entry-Exit Inspection and Quarantine Bureau of the People's Republic of China

No. 33 Youyi Road,

Hexi District,

Tianjin 300201

(86-22)

2813 4078

28 13 40 78

ciqtj2002@163.com

Tianjin Economic and Technical Development Zone Entry-Exit Inspection and Quarantine Bureau of the People's Republic of China

No. 8, Zhaofaxincun

2nd Avenue, TEDA

Tianjin 300457

(86-22)

662 98343

662 98245

zhujw@tjciq.gov.cn

Inner Mongolia Entry-Exit Inspection and Quarantine Bureau of the People's Republic of China

No. 12 Erdos Street,

Saihan District, Huhhot City

Inner Mongolia 010020

(86-471)

434 1943

434 2163

zhaoxb@nmciq.gov.cn

Xinjiang Entry-Exit Inspection and Quarantine Bureau of the People's Republic of China

No. 116 North Nanhu Road,

Urumqi City

Xinjiang 830063

(86-991)

464 0057

464 0050

xjciq_jw@xjciq.gov.cn

New Zealand

Ministry of Agriculture and Fisheries

PO Box 2526

Wellington

(64-4)

472 0367

474 424

472-9071

 

Gawthorn Institute

Private Bag

Nelson

(64-3)

548 2319

546 9464

 

Serbja

Naucni Institute za Ratarstvo/Zavod za Hmelj sirak I lekovito bilje

21470 Backi Petrovac

(38-21)

780 365

621 212

berenji@eunet.yu

L’Afrika t’Isfel

CSIR Food Science and Technology

PO Box 395

0001 Pretoria

(27-12)

841 3172

841 3594

 

L-Iżvizzera

Labor Veritas

Engimattstrasse 11

Postfach 353

CH-8027 Zürich

(41-44)

283 2930

201 4249

admin@laborveritas.ch

L-Ukranja

Productional-Technical Centre (PTZ)

Ukrhmel

Hlebnaja 27

262028 Zhtiomie

(380)

37 2111

36 7331

 

L-Istati Uniti

Washington Department of Agriculture

State Chemical and Hop Lab

21 N. 1st Ave. Suite 106

Yakima, WA 98902

(1-509)

225 7626

454 7699

 

Idaho Department of Agriculture

Division of Plant Industries

Hop Inspection Lab

2270 Old Penitentiary Road

P.O. Box 790

Boise, ID 83701

(1-208)

332 8620

334 2283

 

Oregon Department of Agriculture

Commodity Inspection Division

635 Capital Street NE

Salem, OR 97310-2532

(1-503)

986 4620

986 4737

 

California Department of Food and Agriculture (CDFA-CAC)

Division of Inspection Services

Analytical Chemistry Laboratory

3292 Meadowview Road

Sacramento, CA 95832

(1-916)

445 0029 jew 262 1434

262 1572

 

USDA, GIPSA, FGIS

1100 NW Naito Parkway

Portland, OR 97209-2818

(1-503)

326 7887

326 7896

 

USDA, GIPSA, TSD, Tech Service Division, Technical Testing Laboratory

10383 Nth Ambassador Drive

Kansas City, MO 64153-1394

(1-816)

891 0401

891 0478

 

Iż-Żimbabwe

Standards Association of Zimbabwe (SAZ)

Northend Close,

Northridge Park Borrowdale,

P.O. Box 2259 Harare

(263-4)

88 2017, 88 2021, 88 5511

88 2020

info@saz.org.zw

saz.org.zw


ANNESS II

FORMULA TAĊ-ĊERTIFIKAT TA’ EKWIVALENZA

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS III

FORMULA TAĊ-ĊERTIFIKAT TA’ EKWIVALENZA

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS IV

REGOLI LI JIRREGOLAW IL-FORMOLI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 4 u 6

I.   IL-KARTA

Il-karta li trid tintuża’ hi karta bajda li tiżen mill-inqas 40 g/m2.

II.   DAQS

Id-daqs huwa ta’ 210 × 297mm.

III.   LINGWI

A.

Iċ-ċertifikat tal-ekwivalenza għandu jkun stampat f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Komunità; dan jista’ jkun stampata ukoll bil-lingwa uffiċjali jew waħda mil-lingwi uffiċjali tal-pajjiż tal-ħruġ.

B.

L-estratt miċ-ċertifikat tal-ekwivalenza għandu jkun stampat f’waħda mill-lingwi uffiċjali tal-Komunità nnominata mill-awtoritajiet responsabbli tal-Istat Membru li joħroġhom.

IV.   MILI TAL-FORMOLI

A.

Il-formoli għandhom jimtlew bit-typing jew bl-idejn; fil-każ tal-aħħar, iridu jimtlew bil-linka b’mod li jinqara u bl-ittri ċari kbar.

B.

Kull formola hi individwalizzata b’numru mogħti mill-awtorità li toħroġhom, dan in-numru jkun l-istess għall-oriġinal u ż-żewġ kopji tiegħu.

Ċ.

Fil-każ taċ-ċertifikat ta’ ekwivalenza u partijiet minnu:

1.

is-sezzjoni 5 ma tridx timtela għall-prodotti tal-ħops magħmula mit-taħlitiet ta’ ħops;

2.

is-sezzjonijiet 7 u 8 għandhom jimtlew għall-prodotti kollha magħmula mill-ħops;

3.

id-deskrizzjoni tal-prodotti għandha tkun waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

“ħops mhux ippreparat”: jiġifieri ħops li għadda biss minn tnixxif u ppakkjar preliminari,

(b)

“ħops ippreparat”: jiġifieri ħops li għadda minn tnixxif u ppakkjar finali,

(ċ)

“trab tal-ħops” (li għandu jinkludi gerbubi tal-ħops u trab tal-ħops imqawwi),

(d)

“estratt tal-ħops isomerizzat”: jiġifieri estratt li fih l-aċidi alpha jkunu ġew isomerizzati kważi totalment,

(e)

“estratti tal-ħops”: jiġifieri estratti l-oħrajn apparti milli l-estratt isomerizzat tal-ħops,

(f)

“prodotti tal-ħops imħallta”: jiġifieri taħlita tal-prodotti msemmija taħt (ċ), (d) u (e) hawn fuq, esklużi l-ħops;

4.

id-deskrizzjoni “ħops mhux preparat” jew “ħops ippreparat” għandhom ikun segwit bil-kliem “mingħajr żerriegħa” jekk il-kontenut taż-żerriegħa huwa inqas minn 2 % tal-piż tal-ħops, u bil-kelma “biż-żerriegħa” fil-każi l-oħrajn;

5.

fil-każi meta l-prodotti magħmula mill-ħops huma miksuba minn ħops ta’ varjetajiet differenti u/jew postijiet differenti ta’ produzzjoni, dawn il-varjetajiet u/jew il-postijiet ta’ produzzjoni differenti għandhom jissemmew fis-sezzjoni 9, flimkien mal-persentaġġ bil-piż ta’ kull varjeta minn kull żona tal-produzzjoni li tikkontribwixxi għat-taħlita.


ANNESS V

Regolamenti mħassra flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tagħhom

Ir-Regolament (KEE) Nru 3076/78 tal-Kummissjoni

(ĠU L 367, 28.12.1978, p. 17)

 

Ir-Regolament (KEE) Nru 1465/79 tal-Kummissjoni

(ĠU L 177, 14.7.1979, p. 35)

l-Artikolu 2 biss u li tikkonċerna r-referenzi magħmula fl-Artikolu 3 fir-Regolament (KEE) Nru 3076/78

Ir-Regolament (KEE) Nru 4060/88 tal-Kummissjoni

(ĠU L 356, 24.12.1988, p. 42)

l-Artikolu 1 biss

Ir-Regolament (KEE) Nru 2264/91 tal-Kummissjoni

(ĠU L 208, 30.7.1991, p. 20)

 

Ir-Regolament (KEE) Nru 2940/92 tal-Kummissjoni

(ĠU L 294, 10.10.1992, p. 8)

 

Ir-Regolament (KEE) Nru 717/93 tal-Kummissjoni

(ĠU L 74, 27.3.1993, p. 45)

 

Ir-Regolament (KEE) Nru 2918/93 tal-Kummissjoni

(ĠU L 264, 23.10.1993, p. 37)

 

Ir-Regolament (KEE) Nru 3077/78 tal-Kummissjoni

(ĠU L 367, 28.12.1978, p. 28)

 

Ir-Regolament (KEE) Nru 673/79 tal-Kummissjoni

(ĠU L 85, 5.4.1979, p. 25)

 

Ir-Regolament (KEE) Nru 1105/79 tal-Kummissjoni

(ĠU L 138, 6.6.1979, p. 9)

 

Ir-Regolament (KEE) Nru 1466/79 tal Kummissjoni

(ĠU L 177, 14.7.1979, p. 37)

 

Ir-Regolament (KEE) Nru 3042/79 tal-Kummissjoni

(ĠU L 343, 31.12.1979, p. 5)

 

Ir-Regolament (KEE) Nru 3093/81 tal-Kummissjoni

(ĠU L 310, 30.10.1981, p. 17)

 

Ir-Regolament (KEE) Nru 541/85 tal-Kummissjoni

(ĠU L 62, 1.3.1985, p. 57)

 

Ir-Regolament (KEE) Nru 3261/85 tal-Kummissjoni

(ĠU L 311, 22.11.1985, p. 20)

 

Ir-Regolament (KEE) Nru 3589/85 tal-Kummissjoni

(ĠU L 343, 20.12.1985, p. 19)

l-Artikolu 1(2) biss

Ir-Regolament (KEE) Nru 1835/87 tal-Kummissjoni

(ĠU L 174, 1.7.1987, p. 14)

 

Ir-Regolament (KEE) Nru 3975/88 tal-Kummissjoni

(ĠU L 351, 21.12.1988, p. 23)

 

Ir-Regolament (KEE) Nru 4060/88 tal-Kummissjoni

(ĠU L 356, 24.12.1988, p. 42)

l-Artikolu 2 biss

Ir-Regolament (KEE) Nru 2835/90 tal-Kummissjoni

(ĠU L 268, 29.9.1990, p. 88)

 

Ir-Regolament (KEE) Nru 2238/91 tal-Kummissjoni

(ĠU L 204, 27.7.1991, p. 13)

 

Ir-Regolament (KEE) Nru 2915/93 tal-Kummissjoni

(ĠU L 264, 23.10.1993, p. 29)

 

Ir-Regolament (KE) Nru 812/94 tal-Kummissjoni

(ĠU L 94, 13.4.1994, p. 4)

 

Ir-Regolament (KE) Nru 1757/94 tal-Kummissjoni

(ĠU L 183, 19.7.1994, p. 11)

 

Ir-Regolament (KE) Nru 201/95 tal-Kummissjoni

(ĠU L 24, 1.2.1995, p. 121)

 

Ir-Regolament (KE) Nru 972/95 tal-Kummissjoni

(ĠU L 97, 29.4.1995, p. 62)

 

Ir-Regolament (KE) Nru 2132/95 tal-Kummissjoni

(ĠU L 214, 8.9.1995, p. 7)

 

Ir-Regolament (KE) Nru 539/98 tal-Kummissjoni

(ĠU L 70, 10.3.1998, p. 3)

 

Ir-Regolament (KE) Nru 81/2005 tal-Kummissjoni

(ĠU L 16, 20.1.2005, p. 52)

 

Ir-Regolament (KE) Nru 495/2007 tal-Kummissjoni

(ĠU L 117, 5.5.2007, p. 6)

 


ANNESS VI

Tabella ta’ Korrelazzjoni

Regolament (KEE) Nru 3076/78

Regolament (KEE) Nru 3077/78

Dan ir-Regolament

Artikolu 1(1) u (2)

 

Artikolu 1(1) u (2)

Artikolu 1(3)

 

Artikolu 2

 

Artikolu 1, l-ewwel frażi

Artikolu 3, l-ewwel subparagrafu

 

Artikolu 1, it-tieni frażi

Artikolu 3, it-tieni subparagrafu

Artikolu 2

 

Artikolu 4

Artikolu 3(1), frażi tal-bidu

 

Artikolu 5(1), frażi tal-bidu

Artikolu 3(1), l-ewwel sar-raba' inċiż

 

Artikolu 5(1)(a) sa (d)

Artikolu 3(2)

 

Artikolu 5(2)

Artikolu 4

 

Artikolu 5(1), l-ewwel frażi

 

Artikolu 6(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 5(1), it-tieni frażi

 

Artikolu 6(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 5(1), it-tielet frażi

 

Artikolu 6(1), it-tielet subparagrafu

Artikolu 5(2), l-ewwel frażi

 

Artikolu 6(2), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 5(2), it-tieni frażi

 

Artikolu 6(2), it-tieni subparagrafu

Artikolu 6

 

Artikolu 7

Artikolu 7, l-ewwel subparagrafu, l-ewwel frażi

 

Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu

Artikolu 7, l-ewwel subparagrafu, it-tieni frażi u punt 1

 

Artikolu 8, it-tieni subparagrafu, frażi tal-bidu

Artikolu 7, punt 1(a), kliem introduttorju

 

Artikolu 8, it-tieni paragrafu punt (a), kliem introduttorju

Artikolu 7, punt 1(a), l-ewwel inċiż

 

Artikolu 8, it-tieni subparagrafu, punt (a)(i)

Artikolu 7, punt 1(a), it-tieni inċiż

 

Artikolu 8, it-tieni subparagrafu, punt (a)(ii)

Artikolu 7, punt 1(a), it-tielet inċiż

 

Artikolu 8, it-tieni subparagrafu, punt (a)(iii)

Artikolu 7, punt 1(a), ir-raba’ inċiż

 

Artikolu 8, it-tieni subparagrafu, punt (a)(iv)

Artikolu 7, punt 1(a), il-ħames inċiż

 

Artikolu 8, it-tieni subparagrafu, punt (a)(v)

Artikolu 7, punt 1(a), is-sitt inċiż

 

Artikolu 8, it-tieni subparagrafu, punt (a)(vi)

Artikolu 7, punt 1(a), is-seba’ inċiż

 

Artikolu 8, it-tieni subparagarfu, punt (a)(vii)

Artikolu 7, punt 1(b)

 

Artikolu 8, it-tieni subparagrafu, punt (b)

Artikolu 7, punt (2)

 

Artikolu 7a, l-ewwel subparagrafu, l-ewwel frażi

 

Artikolu 9(1)

Artikolu 7a, l-ewwel subparagrafu, it-tieni u t-tielet frażi

 

Artikolu 9(2)

Artikolu 7a, it-tieni subparagrafu

 

Artikolu 9(3)

Artikolu 7a, it-tielet subparagrafu. l-ewwel frażi

 

Artikolu 9(4), l-ewwel subpargrafu

Artiokolu 7a, it-tielet subparagrafu, it-tieni frażi

 

Artikolu 9(4), it-tieni subparagrafu

Artikolu 8

 

Artikolu 10

Artikolu 9

 

Artikolu 10

 

Artikolu 11

Artikolu 12

 

Anness

Anness I

Anness I

 

Anness II

Anness II

 

Anness III

Anness III

 

Anness IV

 

Anness IV

Anness V

Anness VI


Top