Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R1292

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1292/2008 tat- 18 ta’ Diċembru 2008 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ Bacillus amyloliquefaciens CECT 5940 (Ecobiol u Ecobiol plus) bħala addittiv fl-għalf (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 340, 19.12.2008, pp. 36–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

⏵Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/10/2020; Impliċitament imħassar minn 32020R1395

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/1292/oj

19.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 340/36


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1292/2008

tat-18 ta’ Diċembru 2008

dwar l-awtorizzazzjoni ta’ Bacillus amyloliquefaciens CECT 5940 (Ecobiol u Ecobiol plus) bħala addittiv fl-għalf

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutriment tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri biex tingħata din l-awtorizzazzjoni.

(2)

Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni kif stipulat fl-Anness. Din l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti mitluba mill-Artikolu 7(3) ta’ dan ir-Regolament.

(3)

L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni tal-Bacillus amyloliquefaciens CECT 5940 (Ecobiol u Ecobiol plus), bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ għat-tismin, biex jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”.

(4)

Mill-Opinjoni tal-Awtorità Ewropea tas-Sikurezza tal-Ikel (“l-Awtorità”) tas-16 ta’ Lulju 2008 (2) jirriżulta li, fuq il-bażi tad-dejta mogħtija mill-manifattur, l-addittiv Bacillus amyloliquefaciens CECT 5940 (Ecobiol u Ecobiol plus) ma għandux effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent u huwa effikaċi biex jistabbilizza l-flora fil-musrana. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li Bacillus amyloliquefaciens CECT 5940 (Ecobiol u Ecobiol plus) ma jippreżenta l-ebda riskju ieħor li, skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, jeskludi l-awtorizzazzjoni. Skont din l-opinjoni, l-użu tal-preparazzjoni ma għandux effett negattiv fuq it-tiġieġ għat-tismin. L-Awtorità ma tqisx li hemm il-ħtieġa għal rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf imressaq mil-Laboratorju Komunitarju ta’ Referenza stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Il-valutazzjoni ta’ din il-preparazzjoni turi li l-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. Skont dan, l-użu ta’ din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(6)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “stabilizzanti għall-flora fil-musrana”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutriment tal-annimali soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Opinjoni Xjentifika tal-Bord dwar l-Addittivi u l-Prodotti jew Sustanzi użati fl-Għalf tal-Annimali (FEEDAP) fuq talba mill-Kummissjoni Ewropea dwar is-sikurezza u l-effikaċja ta’ Ecobiol® (Bacillus amyloliquefaciens) bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ għat-tismin. Il-Ġurnal EFSA (2008) 773, 1-13.


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

(Isem kummerċjali)

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku.

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

CFU/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 %

Kategorija ta’ addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: stabilizzanti għall-flora fil-musrana.

“4b1822

NOREL SA

Bacillus amyloliquefaciens CECT 5940 (Ecobiol u Ecobiol plus)

Kompożizzjoni tal-addittiv:

Ecobiol:

Preparazzjoni ta’ Bacillus amyloliquefaciens CECT 5940 li fiha konċentrazzjoni minima ta’ 1×109 CFU/g

Ecobiol plus:

Preparazzjoni ta’ Bacillus amyloliquefaciens CECT 5940 li fiha konċentrazzjoni minima ta’ 1×1010 CFU/g

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

Spori ta’ Bacillus amyloliquefaciens CECT 5940

Metodu analitiku (1)

Enumerazzjoni: bil-metodu tal-ispread plate billi jiġi użat it-tryptone soya agar bi pre-trattament ta’ sħana

Identifikazzjoni pulsed field gel electrophoresis (PFGE).

Tiġieġ għat-tismin

—

1×109

1×109

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u l-pre-taħlita, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, kemm jista’ jdum fil-ħażna, u l-istabbilità għall-pelleting.

2.

Għas-sikurezza: huwa rakkomandat li jintużaw maskli tas-sikurezza waqt li ssir it-taħlita.

3.

L-użu simultanju ma’ coccidiostats mhuwiex permess.

8.1.2019


(1)  Dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju ta’ Referenza Komunitarju: www.irmm.jrc.be/crl-feed-additives”


Top