EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008R0947
Commission Regulation (EC) No 947/2008 of 25 September 2008 suspending the export refunds on white and raw sugar exported without further processing
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 947/2008 tal- 25 ta' Settembru 2008 li jissospendi r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni taz-zokkor abjad u taz-zokkor mhux ipproċessat esportat fl-istat naturali tiegħu
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 947/2008 tal- 25 ta' Settembru 2008 li jissospendi r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni taz-zokkor abjad u taz-zokkor mhux ipproċessat esportat fl-istat naturali tiegħu
ĠU L 258, 26.9.2008, p. 60–60
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 21/11/2014
26.9.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 258/60 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 947/2008
tal-25 ta' Settembru 2008
li jissospendi r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni taz-zokkor abjad u taz-zokkor mhux ipproċessat esportat fl-istat naturali tiegħu
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 tal-20 ta' Frar 2006 dwar organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1) [traduzzjoni mhux uffiċjali], u b'mod partikolari l-Artikolu 33(2), it-tieni subparagrafu, tiegħu;
Billi:
(1) |
Skond l-Artikolu 32(1) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, id-differenza bejn il-prezzijiet tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1)(b) tar-Regolament imsemmi fis-suq dinji u f’dak Komunitarju tista' tiġi koperta b'rifużjoni tal-esportazzjoni. |
(2) |
Il-qagħda attwali tas-suq fis-settur taz-zokkor, kif ukoll il-prospettivi ta' kif sejrin jiżviluppaw id-disponibbiltà u d-domanda fis-suq tal-Komunità, jagħtu lok biex ma jingħatawx rifużjonijiet tal-esportazzjoni għall-prodotti kkonċernati. |
(3) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taz-zokkor, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ma għandha tingħata l-ebda rifużjoni għall-prodotti li ġejjin:
|
1701 11 90 9100 |
|
1701 11 90 9910 |
|
1701 12 90 9100 |
|
1701 12 90 9910 |
|
1701 91 00 9000 |
|
1701 99 10 9100 |
|
1701 99 10 9910 |
|
1701 99 10 9950 |
|
1701 99 90 9100. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mis-26 ta’ Settembru 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Settembru 2008.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali