This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008R0796
Commission Regulation (EC) No 796/2008 of 5 August 2008 establishing a prohibition of fishing for hake in IIIa; EC waters of IIIb, IIIc and IIId by vessels flying the flag of Germany
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 796/2008 tal- 5 ta’ Awwissu 2008 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-marlozz fi IIIa; l-ilmijiet tal-KE ta’ IIIb, IIIc u IIId min-naħa ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Ġermanja
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 796/2008 tal- 5 ta’ Awwissu 2008 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-marlozz fi IIIa; l-ilmijiet tal-KE ta’ IIIb, IIIc u IIId min-naħa ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Ġermanja
ĠU L 213, 8.8.2008, p. 27–28
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2008
8.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 213/27 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 796/2008
tal-5 ta’ Awwissu 2008
li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-marlozz fi IIIa; l-ilmijiet tal-KE ta’ IIIb, IIIc u IIId min-naħa ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Ġermanja
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd [tas-Sajd] (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni [għall-Politika Komuni tas-Sajd] (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/2008 tas-16 ta’ Jannar 2008 li jistabbilixxi għall-2008 l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti ħażniet [stokkijiet] ta’ ħut u gruppi ta’ ħażniet ta’ ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità, u għal bastimenti Komunitarji, f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta’ qbid (3), jistabbilixxi l-kwoti għall-2008. |
(2) |
Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2008. |
(3) |
Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu fuq il-bastimenti, it-trażbord u l-ħatt tiegħu l-art, jiġu pprojbiti, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd allokata għall-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2008 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih huwa pprojbit mid-data stipulata f’dak l-Anness. Wara dik id-data, għandhom ikunu pprojbiti wkoll iż-żamma abbord, it-trażbord u l-ħatt l-art ta’ ħut mill-istokk imsemmi, maqbuda minn dawk il-bastimenti.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 5 ta’ Awwissu 2008.
Għall-Kummissjoni
Fokion FOTIADIS
Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi
(1) ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59. Ir-Regolamet kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 865/2007 (ĠU L 192, 24.7.2007, p. 1).
(2) ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1098/2007 (ĠU L 248, 22.9.2007, p. 1).
(3) ĠU L 19, 23.1.2008, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) 718/2008 (ĠU L 198, 26.7.2008, p. 8).
ANNESS
Nru |
23/T&Q |
Stat Membru |
Il-Ġermanja |
Stokk |
HKE/3A/BCD |
Speċi |
Marlozz (Merluccius merluccius) |
Żona |
IIIa; l-ilmijiet tal-KE ta' IIIb, IIIc u IIId |
Data |
29.6.2008 |