Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R0690

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 690/2008 ta’ l- 4 ta’ Lulju 2008 li jirrikonoxxi żoni protetti esposti għal riskji partikolari għas-saħħa tal-pjanti fil-Komunità (Riformulazzjoni)

    ĠU L 193, 22.7.2008, p. 1–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/12/2019; Imħassar b' 32019R2072

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/690/oj

    22.7.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 193/1


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 690/2008

    ta’ l-4 ta’ Lulju 2008

    li jirrikonoxxi żoni protetti esposti għal riskji partikolari għas-saħħa tal-pjanti fil-Komunità

    (Riformulazzjoni)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-pjanti jew għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 2(1)(h) tagħha,

    Wara li kkunsidrat it-talbiet magħmula mill-Irlanda, Spanja, l-Italja, Ċipru, il-Litwanja, Malta, l-Awstrija, il-Portugall, is-Slovenja u s-Slovakkja,

    Billi:

    (1)

    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/32/KE tat-8 ta’ Mejju 2001 li tirrikonoxxi żoni protetti esposti għal riskji partikolari għas-saħħa tal-pjanti fil-Komunità u li tħassar id-Direttiva 92/76/KEE (2) ġiet emendata sostanzjalment bosta drabi. Ġaladarba jridu jsiru iktar emendi, għandha tiġi abbozzata mill-ġdid fl-interess taċ-ċarezza.

    (2)

    Taħt -Direttiva 2000/29/KE, “żoni protetti” esposti għal riskji partikolari tas-saħħa tal-pjanti jistgħu jkunu mfissra u għalhekk jistgħu jkunu mogħtija ħarsien speċjali taħt kondizzjonijiet kompatibbli mas-suq intern. Żoni bħal dawn kienu mfissra fid-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/32/KE.

    (3)

    Ċerti Stati Membri jew ċerti żoni fi Stati Membri huma rikonoxxuti bħala żoni protetti fir-rigward ta’ ċerti organiżmi ta’ ħsara. F’xi każijiet, ir-rikonoxximent ingħata proviżorjament peress li t-tagħrif sħiħ meħtieġ li juri li l-organiżmu ta’ ħsara kkonċernat ma kienx preżenti fl-Istat Membru jew fiż-żona kkonċernata ma kienx ġie ipprovdut jew l-isforzi biex jinqered organiżmu bħal dan ma kinux intemmew. Fejn l-Istati Membri kkonċernati pprovdew it-tagħrif meħtieġ, iż-żoni kkonċernati għandhom jiġu rikonoxxuti bħala żoni protetti permanenti. Ir-rikonoxximent proviżorju għandu jiġi estiż b’eċċezzjoni għal perjodu limitat ieħor ta’ żmien biex jagħti lill-Istati Membri kkonċernati ż-żmien addizzjonali meħtieġ biex iressqu tagħrif li juri li dak l-organiżmu mhuwiex preżenti, jew, fejn meħtieġ, biex jissoktaw bl-isforzi tagħhom biex jeqirduh. F’każijiet oħra żoni protetti m’għandhomx ikunu aktar rikonoxxuti bħala tali billi organiżmi perikolużi huma bħalissa preżenti.

    (4)

    Ċipru ġie rikonoxxut proviżorjament bħala żona protetta fir-rigward tad-Daktulosphaira vitifoliae (Fitch), Ips sexdentatus Börner u l-Leptinotarsa decemlineata Say sal-31 ta’ Marzu 2008. Minn tagħrif imressaq minn Ċipru minn mindu ngħata r-rikonoxximent proviżorju, jidher li dawn l-organiżmi mhumiex preżenti f’Ċipru. Għalhekk Ċipru għandu jkun rikonoxxut bħala żona permanenti ta’ protezzjoni fir-rigward ta’ dawn l-organiżmi.

    (5)

    Ċerti reġjuni fi Spanja kienu rikonoxxuti bħala żoni protetti fir-rigward tat-Thaumetopoea pityocampa (Den. u Schiff.). Minn tagħrif mogħti minn Spanja, jidher li l-organiżmu issa stabbilixxa ruħu f’dawn ir-reġjuni. Għalhekk m’għandhomx jibqgħu jiġu rikonoxxuti bħala żona protetta fir-rigward ta’ dan l-organiżmu.

    (6)

    Ċerti reġjuni fl-Italja, l-Awstrija, is-Slovenja u s-Slovakkja, u t-territorju kollu ta’ l-Irlanda u l-Litwanja kienu rikonoxxuti proviżorjament bħala żoni protetti fir-rigward ta’ l-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. sal-31 ta’ Marzu 2008.

    (7)

    Minn tagħrif ipprovdut mil-Irlanda, il-Litwanja u s-Slovakkja, jidher li r-rikonoxximent proviżorju taż-żoni protetti għal dawk il-pajjiżi fir-rigward ta’ l-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. għandu jiġi estiż b’eċċezzjoni għal perjodu ta’ sentejn biex jagħti lil dawk l-Istati Membri kkonċernati ż-żmien meħtieġ biex iressqu tagħrif li juri li dak l-organiżmu mhuwiex preżenti, jew, fejn meħtieġ, biex jissoktaw bl-isforzi tagħhom biex jeqirduh.

    (8)

    Minn tagħrif ipprovdut mill-Italja u mis-Slovenja, jidher li l-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. bħalissa tinstab f’xi wħud mir-reġjuni, li kienu qabel rikonoxxuti proviżorjament bħala żoni protetti għal dan l-organiżmu sal-31 ta’ Marzu 2008. Dawn ir-reġjuni għalhekk m’għandhomx jibqgħu jiġu rikonoxxuti bħala żona protetta fir-rigward ta’ dan l-organiżmu.

    (9)

    Minn tagħrif imressaq mill-Awstrija, jidher li minħabba kundizzjonijiet mhux favorevoli fl-2007 kien hemm bosta tifqigħat ta’ l-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. f’xi partijiet mit-territorju tagħha, li qabel kienu rikonoxxuti bħala żoni protetti għal dan l-organiżmu ta’ ħsara. Għal dan l-għan, ir-rikonoxximent proviżorju taż-żoni protetti għal ċerti reġjuni fir-rigward ta’ l-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. għandu jiġi estiż għal sena biex jagħti lill-Awstrija ż-żmien meħtieġ biex tivverifika li l-isforzi għall-qerda li saru mill-Awstrija fl-2007 huma effiċjenti u biex tressaq tagħrif li juri li l-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. mhix preżenti jew, fejn meħtieġ, biex ittemm l-isforzi tagħha biex jinqered dan l-organiżmu fl-2008.

    (10)

    Malta kienet rikonoxxuta proviżorjament bħala żona protetta fir-rigward tal-vajrus tas-Citrus tristeza (European strains) sal-31 ta’ Marzu 2008. Minn tagħrif imressaq minn Malta, jidher li l-isforzi li saru biex jinqered dan l-organiżmu kienu ta’ suċċess. Għalhekk Malta għandha tkun rikonoxxuta bħala żona permanenti ta’ protezzjoni fir-rigward ta’ dan l-organiżmu.

    (11)

    It-territorju tal-Portugall kien rikonoxxut bħala żona protetta fir-rigward tal-vajrus tas-Citrus tristeza (European strains). Minn tagħrif mogħti mill-Portugall, jidher li l-organiżmu issa stabbilixxa ruħu f’xi parti mit-territorju tal-pajjiż. Għalhekk din il-parti fit-territorju Portugiż m’għandhiex tibqa’ tiġi rikonoxxuta bħala żona protetta fir-rigward ta’ dan l-organiżmu.

    (12)

    Huwa għalhekk meħtieġ li tkun modifikata l-għażla eżisenti taż-żoni protetti.

    (13)

    Fl-imgħoddi żoni protetti kienu rikonoxxuti u emendati b’Direttiva. Biex tinkiseb applikazzjoni f’waqtha u simultanja mill-Istati Membri, iż-żoni protetti għandhom ikunu rikonoxxuti permezz ta’ Regolament.

    (14)

    Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti.

    (15)

    Dan ir-Regolament għandu jkun bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri fir-rigward tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness II, Parti B,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT

    Artikolu 1

    Iż-żoni fil-Komunità elenkati fl-Anness I huma rikonoxxuti bħala żoni protetti kif imfisser fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 2(1)(h) tad-Direttiva 2000/29/KE, fir-rigward ta’ l-organiżmu/i ta’ ħsara elenkati ħdejn isimhom fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Id-Direttiva 2001/32/KE, kif emendata mill-atti mniżżla fl-Anness II, Parti A, hi mħassra, bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri fir-rigward tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi stabbiliti fl-Anness II, Parti B.

    Referenzi għad-Direttivi revokati għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 4 ta’ Lulju 2008.

    Għall-Kummissjoni

    Androulla VASSILIOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1 Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/64/KE (ĠU L 168, 28.6.2008, p. 31).

    (2)  ĠU L 127, 9.5.2001, p. 38. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2007/40/KE (ĠU L 169, 29.6.2007, p. 49.)


    ANNESS I

    Żoni fil-komunità rikonoxxuti bħala “żoni protetti”, fir-rigward ta' orġaniżmu/i ta’ ħsara mniżżla ħdejn isimhom

    Organiżmi ta' ħsara

    Żoni protetti: it-territorju ta’

    (a)   

    Insetti, dud u nematodi, fl-istadji kollha ta' l-iżvilupp tagħhom

    1.

    Anthonomus grandis (Boh.)

    Il-Ġreċja, Spanja (Andalusia, Catalonia, Extremadura, Murcia, Valencia)

    2.

    Bemisia tabaci Genn. (Popolazzjonijiet Ewropej)

    l-Irlanda, il-Portugall (l-Azores, Beira Interior, Beira Litoral, Entre Douro e Minho, Madeira, Ribatejo e Oeste (il-komuni ta' Albobaça, Alenquer, Bombarral, Cadaval, Caldas da Rainha, Lourinhã, Nazaré, Obidos, Peniche u Torres Vedras) u Trás-os-Montes), il-Finlandja, l-Iżvezja, ir-Renju Unit

    3.

    Cephalcia lariciphila (Klug.)

    l-Irlanda, ir-Renju Unit (l-Irlanda ta’ Fuq, l-Isle of Man u Jersey)

    3.1.

    Daktulosphaira vitifoliae (Fitch)

    Ċipru

    4.

    Dendroctonus micans Kugelan

    l-Irlanda, il-Greċja, ir-Renju Unit (l-Irlanda ta’ Fuq, l-Isle of Man u Jersey)

    5.

    Gilpinia hercyniae (Hartig)

    l-Irlanda, il-Greċja, ir-Renju Unit (l-Irlanda ta’ Fuq, l-Isle of Man u Jersey)

    6.

    Globodera pallida (Stone) Behrens

    il-Latvja, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja

    7.

    Gonipterus scutellatus Gyll

    il-Greċja, il-Portugall (l-Azores)

    8.

    Ips amitinus Eichhof

    l-Irlanda, il-Greċja, Franża (Korsika), ir-Renju Unit

    9.

    Ips cembrae Heer

    l-Irlanda, il-Greċja, ir-Renju Unit (l-Irlanda ta’ Fuq u l-Isle of Man)

    10.

    Ips duplicatus Sahlberg

    l-Irlanda, il-Greċja, ir-Renju Unit

    11.

    Ips sexdentatus Börner

    l-Irlanda, Ċipru, ir-Renju Unit (l-Irlanda ta’ Fuq u l-Isle of Man)

    12.

    Ips typographus Heer

    l-Irlanda, ir-Renju Unit

    13.

    Leptinotarsa decemlineata Say

    l-Irlanda, Spanja (Ibiża u Menorca), Ċipru, Malta, il-Portugall (l-Azores u Madejra), il-Finlandja (id-distretti ta’ Åland, Håme, Kymi, Pirkanmaa, Satakunta, Turku, Uusimaa), l-Iżvezja (il-kontej ta’ Blekinge, Gotland, Halland, Kalmar u Skåne), ir-Renju Unit

    14.

    Liriomyza bryoniae (Kaltenbach)

    l-Irlanda, ir-Renju Unit (l-Irlanda ta’ Fuq)

    15.

    Sternochetus mangiferae Fabricius

    Spanja (Granada u Malaga), il-Portugall (Alentejo, l-Algarve u Madejra)

    (b)   

    Batterji

    1.

    Curtobacterium flaccumfaciens pv. flaccumfaciens (Hedges) Col.

    il-Greċja, Spanja, il-Portugall

    2.

    Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al

    l-Estonja, Spanja, Franza (Korsika), l-Italja (Abruzzo, Basilicata, Calabria, Campania, Friuli-Venezia Giulia, Lazio, Liguria, Marche, Molise, Piemonte, Sardenja, Sqallija, Toscana, Umbria, Valle d’Aosta), il-Latvja, il-Portugall, il-Finlandja, ir-Renju Unit (l-Irlanda ta’ Fuq, l-Isle of Man u ċ-Channel Islands),

    u, sal-31 ta’ Marzu 2010, l-Irlanda, l-Italja (Apúlia, Emilia-Romagna (il-provinċji ta’ Parma u Piacenza), il-Lombardija (għajr il-provinċja ta’ Mantova), il-Veneto (għajr il-provinċja ta’ Rovigo, il-komuni ta’ Castelbaldo, Barbona, Piacenza d’Adige, Vescovana, S. Urbano, Boara Pisani, Masi fil-provinċja ta’ Padova u ż-żona li tinsab fin-Nofsinhar ta’ l-awtostrada A4 fil-provinċja ta’ Verona)), il-Litwanja, is-Slovenja (għajr ir-reġjuni ta’ Gorenjska, Koroška, Maribor u Notranjska), is-Slovakkja (għajr il-komuni ta’ Blahová, Horné Mýto u Okoč (il-Kontea ta’ Dunajská Streda), Hronovce u Hronské Kľačany (il-Kontea ta’ Levice), Málinec (il-Kontea ta’ Poltár), Hrhov (il-Kontea ta’ Rožňava), Veľké Ripňany (il-Kontea ta’ Topoľčany), Kazimír, Luhyňa, Malý Horeš, Svätuše u Zatín (il-Kontea ta’ Trebišov))

    u, sal-31 ta Marzu 2009, l-Awstrija (Burgenland, Carinthia, l-Awstrija ta' Isfel, it-Tirol (id-distrett amministrattiv ta' Lienz), Styria, Vjenna)

    (c)   

    Faqqiegħ

    01.

    Cryphonectria parasitica (Murrill) Barr

    ir-Repubblika Ċeka, l-Irlanda, il-Greċja (Kreta u Lesvos), l-Iżvezja u r-Renju Unit (għajr l-Isle of Man)

    1.

    Glomerella gossypii Edgerton

    il-Greċja

    2.

    Gremmeniella abietina Morelet

    l-Irlanda, ir-Renju Unit (l-Irlanda ta' Fuq)

    3.

    Hypoxylon mammatum (Wahl.) J Miller

    l-Irlanda, ir-Renju Unit (l-Irlanda ta' Fuq)

    (d)   

    Vajrusijiet u organiżmi li jixbhu l-vajrus

    1.

    Beet necrotic yellow vein virus

    l-Irlanda, Franza (Bretagne), il-Portugall (l-Azores), il-Finlandja, ir-Renju Unit (l-Irlanda ta' Fuq)

    2.

    Il-vajrus tal-marda li ddebbel it-tadam

    il-Finlandja u l-Iżvezja

    3.

    Il-vajrus tas-Citrus tristeza (strains Ewropej)

    il-Greċja, Franza (Korsika), Malta, il-Portugall (għajr Madejra)

    4.

    Grapevine flavescence dorée MLO

    ir-Repubblika Ċeka (sal-31 ta’ Marzu 2009), Franza (Alsace, Champagne-Ardenne u Lorraine) (sal-31 ta’ Marzu 2009), l-Italja (Basilicata) (sal-31 ta’ Marzu 2009)


    ANNESS II

    TAQSIMA A

    Direttiva mħassra flimkien ma’ lista ta' l-emendi suċċessivi tagħha

    (kif imsemmi fl-Artikolu 2)

    Direttiva tal-Kummissjoni 2001/32/KE

    (ĠU L 127, 9.5.2001, p. 38)

     

    Direttiva tal-Kummissjoni 2002/29/KE

    (ĠU L 77, 20.3.2002, p. 26)

     

    Direttiva tal-Kummissjoni 2003/21/KE

    (ĠU L 78, 25.3.2003, p. 8)

     

    Direttiva tal-Kummissjoni 2003/46/KE

    (ĠU L 138, 5.6.2003, p. 45)

     

    l-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-2003

    (ĠU L 236, 23.9.2003)

    L-Artikolu 20 u l-Anness II, p. 443

    Direttiva tal-Kummissjoni 2004/32/KE

    (ĠU L 85, 23.3.2004, p. 24)

     

    Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/522/KE

    (ĠU L 228, 29.6.2004, p. 18)

     

    Direttiva tal-Kummissjoni 2005/18/KE

    (ĠU L 57, 3.3.2005, p. 25)

     

    Direttiva tal-Kummissjoni 2006/36/KE

    (ĠU L 88, 25.3.2006, p. 13)

     

    Direttiva tal-Kummissjoni 2007/40/KE

    (ĠU L 169, 29.6.2007, p. 49)

     

    TAQSIMA B

    Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni

    (kif imsemmi fl-Artikolu 2)

    Direttiva

    Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni

    Data ta' l-applikazzjoni

    2001/32/KE

    il-21 ta’ Mejju 2001

    it-22 ta’ Mejju 2001

    2002/29/KE

    il-31 ta’ Marzu 2002

    l-1 ta’ April 2002

    2003/21/KE

    il-31 ta’ Marzu 2003

    l-1 ta’ April 2003

    2003/46/KE

    il-15 ta’ Ġunju 2003

    is-16 ta’ Ġunju 2003

    2004/32/KE

    l-20 ta’ April 2004

    il-21 ta’ April 2004

    2005/18/KE

    l-14 ta’ Mejju 2005

    il-15 ta’ Mejju 2005

    2006/36/KE

    it-30 ta’ April 2006

    l-1 ta’ Mejju 2006

    2007/40/KE

    il-31 ta’ Ottubru 2007

    l-1 ta’ Novembru 2007


    ANNESS III

    Tabella ta’ korrelazzjoni

    Direttiva 2001/32/KE

    Dan ir-Regolament

    Artikolu 1

    Artikolu 1

    Artikolu 3

    Artikolu 2

    Artikolu 4

    Artikolu 5, l-ewwel paragrafu

    Artikolu 3, l-ewwel paragrafu

    Artikolu 5, it-tieni paragrafu

    Artikolu 3, it-tieni paragrafu

    Artikolu 6

    Anness, il-punt (a), 1, 2 u 3

    Anness I, il-punt (a), 1, 2 u 3

    Anness, il-punt (a), 3.1

    Anness I, il-punt (a), 3.1

    Anness, il-punt (a), minn 4 sa 15

    Anness I, il-punt (a), minn 4 sa 15

    Anness, il-punt (a), 16

    Anness, il-punt (b), 1

    Anness I, il-punt (b), 1

    Anness, il-punt (b), 2, l-ewwel inċiż

    Anness I, il-punt (b), 2, l-ewwel inċiż

    Anness I, il-punt (b), 2, it-tieni inċiż

    Anness, il-punt (b), 2, it-tieni inċiż

    Anness I, il-punt (b), 2, it-tielet inċiż

    Anness, il-punt (c), 01

    Anness I, il-punt (c), 01

    Anness, il-punt (c), minn 1 sa 3

    Anness I, il-punt (c), minn 1 sa 3

    Anness I, il-punt (d) minn 1 sa 4

    Anness I, il-punt (d) minn 1 sa 4

    Anness II

    Anness III


    Top