Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0816

    2008/816/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l- 20 ta' Ottubru 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tad-dikjarazzjoni li ċerti reġjuni amministrattivi tal-Polonja huma uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi bovina enżootika (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 5987) Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 283, 28.10.2008, p. 46–48 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32021R0620

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/816/oj

    28.10.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 283/46


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    ta’ l-20 ta' Ottubru 2008

    li temenda d-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tad-dikjarazzjoni li ċerti reġjuni amministrattivi tal-Polonja huma uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi bovina enżootika

    (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 5987)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2008/816/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta' Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffettwaw il-kummerċ ta' annimali bovini u ħnieżer (1), u b'mod partikolari l-Anness D (I) (E) tagħha,

    Billi:

    (1)

    L-Anness D tad-Direttiva 64/432/KEE jipprevedi li Stat Membru jew parti minn Stat Membru jista', fir-rigward tal-imrieħel bovini, jiġi kkunsidrat uffiċjalment bħala ħieles mil-lewkożi bovina enżootika, suġġett għal konformità ma' ċerti kundizzjonijiet stipulati f'dik id-Direttiva.

    (2)

    Il-listi tar-reġjuni tal-Istati Membri ddikjarati ħielsa mil-lewkożi enżootika bovina huma stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/467/KE tat-23 ta' Ġunju 2003 li tistabbilixxi l-kwalifika ta' uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolożi, bruċellożi u mil-lewkożi bovina enżootika ta’ xi Stati Membri u reġjuni fl-Istati Membri rigward annimali bovini (2).

    (3)

    Il-Polonja issa ressqet dokumentazzjoni lill-Kummissjoni fejn uriet il-konformità mal-kundizzjonijiet xierqa stipulati fid-Direttiva 64/432/KEE fir-rigward ta' 29 reġjun amministrattiv (powiaty) fi ħdan l-unitajiet amministrattivi superjuri (Voivodships) ta' Mazowieckie, Podlaskie u Warminsko-mazurskie biex dawk ir-reġjuni jkunu jistgħu jitqiesu bħala reġjuni uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi bovina enżootika fil-Polonja.

    (4)

    Wara valutazzjoni ta' dik id-dokumentazzjoni, dawk ir-reġjuni (powiaty) fil-Polonja għandhom jiġu rikonoxxuti bħala reġjuni li huma uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi bovina enżootika ta' dak l-Istat Membru.

    (5)

    Id-Deċiżjoni 2003/467/KE għandha għalhekk tiġi emendata f'dan ir-rigward.

    (6)

    Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Anness III tad-Deċiżjoni 2003/467/KE hu emendat skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussell, 20 ta’ Ottubru 2008.

    Għall-Kummissjoni

    Androulla VASSILIOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64.

    (2)  ĠU L 156, 25.6.2003, p. 74.


    ANNESS

    Fil-Kapitolu 2 tal-Anness III tad-Deċiżjoni 2003/467/KE, it-tieni parti li tikkonċerna l-Polonja hija mibdula b'dan li ġej:

    “Fil-Polonja:

    Voivodship Dolnośląskie

    Powiaty:

    bolesławiecki, dzierżoniowski, głogowski, górowski, jaworski, jeleniogórski, Jelenia Góra, kamiennogórski, kłodzki, legnicki, Legnica, lubański, lubiński, lwówecki, milicki, oleśnicki, oławski, polkowicki, strzeliński, średzki, świdnicki, trzebnicki, wałbrzyski, Wałbrzych, wołowski, wrocławski, Wrocław, ząbkowicki, zgorzelecki, złotoryjski.

    Voivodship Lubelskie

    Powiaty:

    bialski, Biała Podlaska, biłgorajski, chełmski, Chełm, hrubieszowski, janowski, krasnostawski, kraśnicki, lubartowski, lubelski, Lublin, łęczyński, łukowski, opolski, parczewski, puławski, radzyński, rycki, świdnicki, tomaszowski, włodawski, zamojski, Zamość.

    Voivodship Kujawsko-Pomorskie

    Powiaty:

    aleksandrowski, chełmiński, golubsko-dobrzyński, grudziądzki, Grudziądz, toruński, Toruń, wąbrzeski.

    Voivodship Łódzkie

    Powiaty:

    bełchatowski, brzeziński, kutnowski, łaski, łęczycki, łowicki, łódzki, Łódź, opoczyński, pabianicki, pajęczański, piotrkowski, Piotrków Trybunalski, poddębicki, radomszczański, rawski, sieradzki, skierniewicki, Skierniewice, tomaszowski, wieluński, wieruszowski, zduńskowolski, zgierski.

    Voivodship Małopolskie

    Powiaty:

    brzeski, bocheński, chrzanowski, dąbrowski, gorlicki, krakowski, Kraków, limanowski, miechowski, myślenicki, nowosądecki, nowotarski, Nowy Sącz, oświęcimski, olkuski, proszowicki, suski, tarnowski, Tarnów, tatrzański, wadowicki, wielicki.

    Voivodship Mazowieckie

    Powiaty:

    białobrzeski, garwoliński, grójecki, gostyniński, grodziski, kozienicki, lipski, Płock, płocki, pruszkowski, przysuski, Radom, radomski, sochaczewski, szydłowiecki, warszawski zachodni, zwoleński, żyrardowski.

    Voivodship Opolskie

    Powiaty:

    brzeski, głubczycki, kędzierzyńsko-kozielski, kluczborski, krapkowicki, namysłowski, nyski, oleski, opolski, Opole, prudnicki, strzelecki.

    Voivodship Podkarpackie

    Powiaty:

    bieszczadzki, brzozowski, dębicki, jarosławski, jasielski, kolbuszowski, krośnieński, Krosno, leski, leżajski, lubaczowski, łańcucki, mielecki, niżański, przemyski, Przemyśl, przeworski, ropczycko-sędziszowski, rzeszowski, Rzeszów, sanocki, stalowowolski, strzyżowski, Tarnobrzeg, tarnobrzeski.

    Voivodship Podlaskie

    Powiaty:

    augustowski, bielski, hajnowski, siemiatycki, sokólski, wysokomazowiecki, zambrowski.

    Voivodship Śląskie

    Powiaty:

    będziński, bielski, Bielsko-Biała, bieruńsko-lędziński, Bytom, Chorzów, cieszyński, częstochowski, Częstochowa, Dąbrowa Górnicza, gliwicki, Gliwice, Jastrzębie Zdrój, Jaworzno, Katowice, kłobucki, lubliniecki, mikołowski, Mysłowice, myszkowski, Piekary Śląskie, pszczyński, raciborski, Ruda Śląska, rybnicki, Rybnik, Siemianowice Śląskie, Sosnowiec, świętochłowice, tarnogórski, Tychy, wodzisławski, Zabrze, zawierciański, Żory, żywiecki.

    Voivodship Świętokrzyskie

    Powiaty:

    buski, jędrzejowski, kazimierski, kielecki, Kielce, konecki, opatowski, ostrowiecki, pińczowski, sandomierski, skarżyski, starachowicki, staszowski, włoszczowski.

    Voivodship Warmińsko-mazurskie

    Powiaty:

    ełcki, giżycki, gołdapski, olecki.

    Voivodship Wielkopolskie

    Powiaty:

    jarociński, kaliski, Kalisz, kępiński, kolski, koniński, Konin, krotoszyński, ostrzeszowski, słupecki, turecki, wrzesiński.”


    Top