Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0171

Deċiżjoni tal-Kumitat politiku u ta’ sigurtà EUSEC/1/2008 tat- 12 ta’ Frar 2008 dwar il-ħatra tal-Kap ta’ Missjoni għall-missjoni ta’ konsulenza u assistenza ta’ l-Unjoni Ewropea għar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUSEC RD Congo)

ĠU L 56, 29.2.2008, p. 63–63 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2008

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/171/oj

29.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 56/63


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ EUSEC/1/2008

tat-12 ta’ Frar 2008

dwar il-ħatra tal-Kap ta’ Missjoni għall-missjoni ta’ konsulenza u assistenza ta’ l-Unjoni Ewropea għar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUSEC RD Congo)

(2008/171/PESK)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 25(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2007/406/PESK tat-12 ta’ Ġunju 2007 dwar il-missjoni ta’ konsulenza u assistenza ta’ l-Unjoni Ewropea għar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUSEC RD Congo) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 8 ta’ l-Azzjoni Konġunta 2007/406/PESK il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) biex jieħu deċiżjonijiet sussegwenti dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni.

(2)

Skond l-Artikolu 5 ta’ l-Azzjoni Konġunta 2007/406/PESK, Pierre Michel JOANA nħatar Kap tal-Missjoni għall-missjoni ta’ konsulenza u assistenza ta’ l-Unjoni Ewropea għar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo.

(3)

Fid-19 ta’ Diċembru 2007 Pierre Michel JOANA ppreżenta r-riżenja tiegħu minn Kap tal-Missjoni.

(4)

Is-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli ippropona l-ħatra ta’ Michel SIDO bħala Kap tal-Missjoni ġdid għall-missjoni ta’ konsulenza u assistenza ta’ l-Unjoni Ewropea għar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Michel SIDO huwa b’dan maħtur Kap tal-Missjoni għall-missjoni ta’ konsulenza u assistenza ta’ l-Unjoni Ewropea għar-riforma fil-qasam tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett fl-1 ta’ Marzu 2008.

Magħmula fi Brussell, 12 ta’ Frar 2008.

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

M. IPAVIC


(1)   ĠU L 151, 13.6.2007, p. 52.


Top