Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R1517

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1517/2007 tad- 19 ta’ Diċembru 2007 li jemenda l-Anness III għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 rigward id-deroga relatata mal-firda bejn il-linji tal-produzzjoni ta' l-għalf organiku u ta' dak mhux organiku

ĠU L 335, 20.12.2007, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2008

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/1517/oj

20.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 335/13


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1517/2007

tad-19 ta’ Diċembru 2007

li jemenda l-Anness III għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 rigward id-deroga relatata mal-firda bejn il-linji tal-produzzjoni ta' l-għalf organiku u ta' dak mhux organiku

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 ta’ l-24 ta’ Ġunju 1991 dwar il-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti ta' l-ikel (1) u b’mod partikolari t-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 13 tiegħu,

Billi:

(1)

It-tieni paragrafu tal-punt 3 tal-Parti E ta' l-Anness III għar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 jipprovdi għal deroga mill-obbligu li t-tagħmir kollu li jintuża fit-taqsimiet li jippreparaw materjal kompost ta' l-għalf kopert bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 ikun għal kollox separat mit-tagħmir li jintuża fit-taqsimiet li jippreparaw materjal kompost ta' l-għalf mhux kopert b'dak ir-Regolament. Din id-deroga tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2007.

(2)

L-esperjenza turi li l-operaturi jagħmlu applikazzjoni wiesgħa ta' din id-deroga. L-użu ta' l-istess linja ta' produzzjoni għall-materjal ta' l-għalf organiku u fi żmienijiet separati, għal dak mhux organiku, tirrikjedi l-applikazzjoni ta' miżuri ta' tindif adegwati biex jiggarantixxu l-integrità tal-produzzjoni ta' l-għalf organiku. Ġiet provduta evidenza li miżuri ta' dan it-tip, meta jkunu applikati rigorożament taħt kontroll strett, jistgħu jkunu effikaċi.

(3)

L-Artikolu 18 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta' Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (2) jipprovdi li l-produzzjoni ta' għalf organiku għandha tinżamm separata fiż-żmien jew spazju mill-produzzjoni ta' għalf mhux organiku.

(4)

Għaldaqstant huwa f'loku li d-deroga tiġi estiża sakemm ir-Regolament (KE) Nru 834/2007 jibda japplika mill-1 ta' Jannar 2009.

(5)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 għandu għaldaqstant jiġi emendat skond dan.

(6)

Il-miżuri pprovduti b'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat imwaqqaf skond l-Artikolu 14 tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fil-Parti E ta' l-Anness III għar-Regolament (KEE) Nru 2092/91, fit-tieni paragrafu tal-punt 3, id-data “il-31 ta' Diċembru 2007” għandha tinbidel bid-data “il-31 ta' Diċembru 2008”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 198, 22.7.1991, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1319/2007 (ĠU L 293, 10.11.2007, p. 3).

(2)  ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.


Top