Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R0733

    Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 733/2007 tat- 22 ta’ Frar 2007 dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Kanada dwar il-konklużjoni tan-negozjati dwar l-Artikolu XXIV.6 tal-GATT 1994, li jemenda u jissupplimenta l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tariffarja u ta’ l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni

    ĠU L 169, 29.6.2007, p. 1–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/733/oj

    29.6.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 169/1


    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 733/2007

    tat-22 ta’ Frar 2007

    dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Kanada dwar il-konklużjoni tan-negozjati dwar l-Artikolu XXIV.6 tal-GATT 1994, li jemenda u jissupplimenta l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tariffarja u ta’ l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1) stabbilixxa nomenklatura għall-merkanzija, minn issa ’l quddiem imsejħa bħala “In-Nomenklatura Magħquda”, u ffissa r-rati ta’ taxxi konvenzjonali tat-Tariffa Doganali Komuni.

    (2)

    Bid-Deċiżjoni tiegħu 2007/444/KE tat-22 ta’ Frar 2007 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada rigward il-konklużjoni tan-Negozjati dwar l-Artikolu XXIV.6 tal-GATT (2), il-Kunsill approva, f’isem il-Komunità, il-Ftehim bl-iskop li jingħalqu n-negozjati li bdew skond l-Artikolu XXIV.6 tal-GATT 1994.

    (3)

    Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 għandu għaldaqstant jiġi emendat u ssupplimentat kif xieraq,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Fir-Regolament (KEE) Nru 2658/87, l-Anness 7 tat-Taqsima III tal-Parti Tlieta (kwoti tariffarji tad-WTO li jridu jinfetħu mill-Awtoritajiet Kompetenti tal-Komunità) għandu jiġi emendat bil-kwoti tariffarji u jiġi supplimentat bil-volumi li jidhru fl-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-1 ta' Awwissu 2007.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 22 ta’ Frar 2007.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    F. MÜNTEFERING


    (1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 129/2007 (ĠU L 56, 23.2.2007, p. 1).

    (2)  Ara paġna 53 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.


    ANNESS

    Minkejja r-regoli dwar l-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kitba li tiddeskrivi l-prodotti għandha tkun ikkunsidrata li ma għandhiex aktar minn valur indikattiv, filwaqt li l-konċessjonijiet huma ddeterminati, fi ħdan il-kuntest ta’ dan l-Anness, mill-kopertura tal-kodiċijiet tan-NM hekk kif ikunu fil-waqt ta’ l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament. Fejn jiġu indikati ex-kodiċijiet tan-NM, il-konċessjonijiet għandhom ikunu ddeterminati mill-applikazzjoni tal-kodiċi tan-NM u d-deskrizzjoni korrispondenti meħuda flimkien.

    PARTI TLIETA

    Annessi Tariffarji

    Kodiċi NM

    Deskrizzjoni

    Rata ta’ dazju

    0203 12 11

    0203 12 19

    0203 19 11

    0203 19 13

    0203 19 15

    ex 0203 19 55

    0203 19 59

    0203 22 11

    0203 22 19

    0203 29 11

    0203 29 13

    0203 29 15

    ex 0203 29 55

    0203 29 59

    Qatgħat ta' majjal domestiku, frisk, imkessaħ jew iffriżat, bl-għadma jew mingħajrha, għajr għall-flett taċ-ċanga tarija ppreżentata għaliha

    Allokazzjoni ta' kwota ta' rata tariffarja għall-pajjiż (Kanada) ta' 4 624 tunnellata f'rata ta' kwota ta' EUR 233-434/ tunnellata

    0203 12 11

    0203 12 19

    0203 19 11

    0203 19 13

    0203 19 15

    ex 0203 19 55

    0203 19 59

    0203 22 11

    0203 22 19

    0203 29 11

    0203 29 13

    0203 29 15

    ex 0203 29 55

    0203 29 59

    Qatgħat ta' majjal domestiku, frisk, imkessaħ jew iffriżat, bl-għadma jew mingħajrha, għajr għall-flett taċ-ċanga tarija ppreżentata għaliha

    Implimentata permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 711/2006 (ĠU L 124, 11.5.2006, p. 1)

    ex 0203 19 55

    ex 0203 29 55

    Flett taċ-ċanga bla għadam u prieżet tal-majjal domestiku, friski, imkessħa jew iffriżati

    Implimentata permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 711/2006 (ĠU L 124, 11.5.2006, p. 1)

    0207 11 10

    0207 11 30

    0207 11 90

    0207 12 10

    0207 12 90

    Karkassa tat-tiġieġ, friska, imkessħa jew iffriżata

    Implimentata permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 711/2006 (ĠU L 124, 11.5.2006, p. 1)

    0207 13 10

    0207 13 20

    0207 13 30

    0207 13 40

    0207 13 50

    0207 13 60

    0207 13 70

    0207 14 20

    0207 14 30

    0207 14 40

    0207 14 60

    Qatgħat tat-tiġieġ, friski, imkessħa jew iffriżati

    Implimentata permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 711/2006 (ĠU L 124, 11.5.2006, p. 1)

    0207 14 10

    Qatgħat ta' tajr mingħajr għadam ta' l-ispeċi Gallus domesticus, iffriżati

    Implimentata permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 711/2006 (ĠU L 124, 11.5.2006, p. 1)

    0207 24 10

    0207 24 90

    0207 25 10

    0207 25 90

    0207 26 10

    0207 26 20

    0207 26 30

    0207 26 40

    0207 26 50

    0207 26 60

    0207 26 70

    0207 26 80

    0207 27 30

    0207 27 40

    0207 27 50

    0207 27 60

    0207 27 70

    Laħam tad-dundjan, frisk, imkessaħ jew iffriżat

    Implimentata permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 711/2006 (ĠU L 124, 11.5.2006, p. 1)

     

    Qatgħat tad-dundjan, iffriżati

    Implimentata permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 711/2006 (ĠU L 124, 11.5.2006, p. 1)

    0207 27 10

    Mingħajr għadam

    0207 27 20

    Nofsijiet jew kwarti

    0207 27 80

    Oħrajn

    0402 10 19

    Trab tal-ħalib xkumat

    Implimentata permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1839/2006 (ĠU L 355, 15.12.2006, p. 1)

    2204 29 65

    2204 29 75

    Inbid mill-għeneb frisk (għajr għall-inbid spumanti u inbid ta' kwalità prodott f'reġjuni speċifiċi) ta' saħħa alkoħolika attwali bil-volum li ma taqbiżx it-13 % vol, f'reċipjenti li jesgħu aktar minn 2 litri

    Implimentata permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1839/2006 (ĠU L 355, 15.12.2006, p. 1)

    2204 21 79

    2204 21 80

    Inbid mill-għeneb frisk (għajr għall-inbid spumanti u inbid ta' kwalità prodott f'reġjuni speċifiċi) ta' saħħa alkoħolika attwali bil-volum li ma taqbiżx it-13 % vol, f'reċipjenti li jesgħu 2 litri jew anqas

    Implimentata permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1839/2006 (ĠU L 355, 15.12.2006, p. 1)

    2205 90 10

    Vermut u nbid ieħor mill-għeneb frisk li fihom togħma ta' pjanti jew sustanzi aromatiċi, ta' saħħa alkoħolika attwali bil-volum ta' 18 % vol jew anqas, f'reċipjenti li fihom aktar minn 2 litri

    Implimentata permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1839/2006 (ĠU L 355, 15.12.2006, p. 1)

    2008 20 11

    2008 20 19

    2008 20 31

    2008 20 39

    2008 20 71

    2008 30 11

    2008 30 19

    2008 30 31

    2008 30 39

    2008 30 79

    2008 40 11

    2008 40 19

    2008 40 21

    2008 40 29

    2008 40 31

    2008 40 39

    2008 50 11

    2008 50 19

    2008 50 31

    2008 50 39

    2008 50 51

    2008 50 59

    2008 50 71

    2008 60 11

    2008 60 19

    2008 60 31

    2008 60 39

    2008 60 60

    2008 70 11

    2008 70 19

    2008 70 31

    2008 70 39

    2008 70 51

    2008 70 59

    2008 80 11

    2008 80 19

    2008 80 31

    2008 80 39

    2008 80 70

    Pineapples, frott taċ-ċitru, lanġas, berquq, ċirasa, ħawħ u frawli tal-bott

    Implimentata permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 711/2006 (ĠU L 124, 11.5.2006, p. 1)

    1003 00

    Xgħir

    Implimentata permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 711/2006 (ĠU L 124, 11.5.2006, p. 1)

    1001 90 99

    Qamħ artab

    Espansjoni ta' 853 tunnellata ta' l-allokazzjoni attwali tal-Kanada fil-kwota tar-rata tariffarja tal-KE, fir-rata tal-kwota ta' EUR 12/ tunnellata.

    1005 90 00

    1005 10 90

    Qamħirrum

    Implimentata permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 711/2006 (ĠU L 124, 11.5.2006, p. 1)

    2309 10 13

    2309 10 15

    2309 10 19

    2309 10 33

    2309 10 39

    2309 10 51

    2309 10 53

    2309 10 59

    2309 10 70

    Ikel tal-klieb u l-qtates

    Implimentata permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 711/2006 (ĠU L 124, 11.5.2006, p. 1)

    2309 90 31

    2309 90 41

    2309 90 51

    2309 90 95

    2309 90 99

    Preparazzjonijiet ta' tip użat fl-għalf ta' l-annimali

    Ftuħ ta' kwota ta' rata tariffarja ta' 2 700 tunnellata (erga omnes) fil-kwota ta' rata tariffarja tal-KE, fir-rata tal-kwota ta' 7 %

    Id-deskrizzjoni eżatta tat-tariffi tal-KE-15 għandha tapplika għal-linji tariffarji u l-kwoti kollha ta’ hawn fuq.


    Top