Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R0536

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 536/2007 tal- 15 ta’ Mejju 2007 li jiftaħ u jamministra kwota tariffarja għal-laħam tat-tjur allokata għall-Istati Uniti ta' l-Amerika

    ĠU L 128, 16.5.2007, p. 6–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2020; Imħassar b' 32020R0760

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/536/oj

    16.5.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 128/6


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 536/2007

    tal-15 ta’ Mejju 2007

    li jiftaħ u jamministra kwota tariffarja għal-laħam tat-tjur allokata għall-Istati Uniti ta' l-Amerika

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2777/75 tad-29 ta' Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni fis-suq tal-laħam tat-tjur (1), u partikolarment l-Artikolu 6(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-Ftehim konkluż f'forma ta' skambju ta' ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti ta' l-Amerika skond l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) ta' l-1994 dwar il-modifika ta' konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka matul l-adeżjoni tagħhom ma' l-Unjoni Ewropea (2), approvat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/333/KE (3) jipprevedi l-integrazzjoni ta' kwota tariffarja speċifika allokata għall-Istati Uniti għall-importazzjoni ta' 16 665 tunnellata tjur.

    (2)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 tad-9 ta' Ġunju 2000 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji ta' l-importazzjoni u ta' l-esportazzjoni u ta' ċertifikati ta' ffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli (4) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awissu 2006 li jistabbilixxi r-regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji ta' l-importazzjoni għall-prodotti agrikoli ġestiti minn sistema ta' liċenzji ta' l-importazzjoni (5) għandhom japplikaw, sakemm ma jkunx hemm dispost mod ieħor f'dan ir-Regolament.

    (3)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1232/2006 tas-16 ta' Awissu 2006 li jiftaħ u jamministra kwota tariffarja ta' importazzjoni għal-laħam tat-tjur allokata għall-Istati Uniti ta' l-Amerika (6) għandu jiġi emendat sostanzjalment. Ir-Regolament (KE) Nru 1232/2006 għandu għalhekk jitħassar u jiġi ssostitwit b'Regolament ġdid.

    (4)

    Sabiex l-importazzjonijiet iżommu pass regolari, jeħtieġ li jinqasam il-perjodu tal-kwota mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Ġunju tas-sena suċċessiva f'bosta subperjodi. Fi kwalunkwe każ, ir-Regolament (KE) Nru 1301/2006 jillimita l-perjodu ta' validità tal-liċenzji sa l-aħħar jum tal-perjodu tal-kwota tariffarja.

    (5)

    Il-kwoti tariffarji għandhom ikunu amministrati skond liċenzji ta' l-importazzjoni. Għal dan il-għan, huwa importanti li jiġu definiti l-arranġamenti għat-tressiq ta' l-applikazzjonijiet u d-dettalji għandhom jintwerew fuq l-applikazzjoni għal-liċenzja u fuq il-liċenzji stess.

    (6)

    Fid-dawl tar-riskju ta' spekulazzjoni inerenti fis-sistema kkonċernata fis-settur tal-laħam tat-tjur, għandhom ikunu stabbiliti kundizzjonijiet preċiżi rigward l-aċċess ta' l-operaturi għall-arranġamenti tal-kwota tariffarja.

    (7)

    Bil-għan li tiġi garantita amministrazzjoni xierqa tal-kwoti tariffarji, jeħtieġ li l-ammont tal-garanzija marbuta mal-liċenzji ta' l-importazzjoni jiġi stabbilit għal EUR 20 għal kull 100 kilogramma.

    (8)

    Fl-interess ta' l-operaturi, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-kwantitajiet li għalihom ma tressqet l-ebda applikazzjoni, li se jiżdiedu mas-subperjodu tal-kwota suċċessiv skond l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006.

    (9)

    L-aċċess għall-kwota tariffarja għandu jkun suġġett għall-preżentazzjoni ta' ċertifikat ta' l-oriġini maħruġ mill-awtoritajiet ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (7).

    (10)

    Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għal-laħam tat-tjur u l-bajd,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1.   Il-kwota tariffarja fl-Anness I hija miftuħa għall-importazzjoni tal-prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur li joriġinaw mill-Istati Uniti ta' l-Amerika li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM fl-Anness I.

    Il-kwota tariffarja hija miftuħa fuq bażi annwali għall-perjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Ġunju tas-sena suċċessiva.

    2.   Il-kwantitajiet tal-prodotti koperti mill-kwota msemmija fil-paragrafu 1, ir-rata tad-dazju doganali applikabbli kif ukoll in-numru ta' l-ordni, huma stabbiliti fl-Anness I.

    Artikolu 2

    Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000 u tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 għandhom japplikaw, sakemm ma jkunx hemm dispost mod ieħor f'dan ir-Regolament.

    Artikolu 3

    Il-kwantità stabbilita għall-perjodu tal-kwota annwali tinqasam f'erba' subperjodi kif ġej:

    (a)

    25 % mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru,

    (b)

    25 % mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru,

    (c)

    25 % mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu,

    (d)

    25 % mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju.

    Artikolu 4

    1.   Għal finijiet ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-applikant għal liċenzja ta' l-importazzjoni, waqt li jressaq l-ewwel applikazzjoni tiegħu rigward perjodu tal-kwota partikolari, għandu jagħti prova li importa jew esporta, matul kull wieħed miż-żewġ perjodi msemmija fl-imsemmi Artikolu 5, talanqas 50 tunnellata prodotti koperti mir-Regolament (KEE) Nru 2777/75.

    2.   L-applikazzjonijiet għal liċenzja jistgħu jsiru għal bosta prodotti li jaqgħu taħt kodiċijiet NM differenti u li joriġinaw mill-Istati Uniti ta' l-Amerika. F'dan il-każ, il-kodiċijiet kollha tan-NM u d-deskrizzjonijiet tagħhom għandhom jiġu indikati fil-kaxxa 16 u 15, rispettivament, ta' l-applikazzjonijiet għal liċenzji u tal-liċenzji stess.

    L-applikazzjonijiet għal liċenzji għandhom isiru għal minimu ta' 10 tunnellati u massimu ta' 10 % tal-kwantità disponibbli matul is-subperjodu kkonċernat.

    3.   Il-liċenzji jobbligaw importazzjoni mill-Istati Uniti ta' l-Amerika.

    L-applikazzjoni għal liċenzji u l-liċenzji stess għandu jkun fihom:

    (a)

    fil-kaxxa 8, indikazzjoni tal-pajjiż ta' l-oriġini;

    (b)

    fil-kaxxa 20, waħda mill-indikazzjonijiet imniżżla fl-Anness II, parti A.

    Fil-kaxxa 24, il-liċenzja għandu jkun fiha waħda mill-indikazzjonijiet imniżżla fl-Anness II, parti B.

    Artikolu 5

    1.   L-applikazzjonijiet għal liċenzji jistgħu jitressqu biss matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar li jiġi qabel kull subperjodu msemmi fl-Artikolu 3.

    2.   Garanzija ta' EUR 20 għal kull 100 kilogramma għandha tkun depożitata flimkien ma' l-applikazzjoni għal liċenzja.

    3.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mill-ħames jum wara dak ta' tmiem il-perjodu tat-tressiq ta' l-applikazzjonijiet, il-kwantitajiet totali mitluba, espressi f'kilogrammi.

    4.   Il-liċenzji jinħarġu mis-seba' jum ta' xogħol u sa mhux aktar tard mill-ħdax-il jum ta' xogħol wara dak ta' tmiem il-perjodu ta' notifika previst mill-paragrafu 3.

    5.   Jekk meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-kwantitajiet li għalihom ma tressqet l-ebda applikazzjoni u li jiżdiedu awtomatikament mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu tal-kwota suċċessiv.

    Artikolu 6

    1.   B'deroga mit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni qabel tmiem l-ewwel xahar tas-subperjodu tal-kwota, il-kwantitajiet totali espressi f'kilogrammi li għalihom inħarġu l-liċenzji msemmija fl-Artikolu 11(1)(b) tar-Regolament imsemmi.

    2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, qabel tmiem ir-raba' xahar wara kull perjodu annwali, il-kwantitajiet effettivament imqiegħda fiċ-ċirkolazzjoni libera skond dan ir-Regolament matul il-perjodu kkonċernat, espressi f'kilogrammi.

    3.   B'deroga mit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-kwantitajiet koperti minn liċenzji ta' l-importazzjoni mhux użati jew parzjalment użati, l-ewwel darba flimkien ma' l-applikazzjoni għall-aħħar subperjodu, u darb'oħra qabel tmiem ir-raba' xahar wara kull perjodu annwali.

    Artikolu 7

    1.   B'deroga mill-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, il-liċenzji ta' l-importazzjoni huma validi għal mija u ħamsin jum mill-ewwel jum tas-subperjodu li għalih inħarġu.

    2.   Bla ħsara għall-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, it-trasferiment ta' drittijiet li ġejjin mil-liċenzji huwa limitat għat-trasferiti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' eliġibilità stabbiliti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 u fl-Artikolu 4(1) ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 8

    L-aċċess għall-kwota tariffarja huwa suġġett għall-preżentazzjoni ta' ċertifikat ta' l-oriġini maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika skond l-Artikoli 55 sa 65 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93. L-oriġini tal-prodotti koperti b'dan ir-Regolament għandhom ikunu stabbiliti skond ir-regoli Komunitarji fis-seħħ.

    Artikolu 9

    Ir-Regolament (KE) Nru 1232/2006 huwa rrevokat.

    Ir-referenzi għar-Regolament irrevokat għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness III.

    Artikolu 10

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Japplika mill-1 ta' Ġunju 2007.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Mejju 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Mariann FISCHER BOEL

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 77. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 679/2006 (ĠU L 119, 4.5.2006, p. 1).

    (2)  ĠU L 124, 11.5.2006, p. 15.

    (3)  ĠU L 124, 11.5.2006, p. 13.

    (4)  ĠU L 152, 24.6.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2006 (ĠU L 365, 21.12.2006, p. 52).

    (5)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 289/2007 (ĠU L 78, 17.3.2007, p. 17).

    (6)  ĠU L 225, 17.8.2006, p. 5.

    (7)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 214/2007 (ĠU L 62, 1.3.2007, p. 6).


    ANNESS I

    Numru ta' l-ordni

    Kodiċijiet NM

    Rata applikabbli tad-dazju

    Kwantità totali tal-piż tal-prodott (f'tunnellati) mill-1 ta' Lulju 2006

    09.4169

    0207 11 10

    131 EUR/t

    16 665

    0207 11 30

    149 EUR/t

    0207 11 90

    162 EUR/t

    0207 12 10

    149 EUR/t

    0207 12 90

    162 EUR/t

    0207 13 10

    512 EUR/t

    0207 13 20

    179 EUR/t

    0207 13 30

    134 EUR/t

    0207 13 40

    93 EUR/t

    0207 13 50

    301 EUR/t

    0207 13 60

    231 EUR/t

    0207 13 70

    504 EUR/t

    0207 14 10

    795 EUR/t

    0207 14 20

    179 EUR/t

    0207 14 30

    134 EUR/t

    0207 14 40

    93 EUR/t

    0207 14 50

    0 %

    0207 14 60

    231 EUR/t

    0207 14 70

    0 %

    0207 24 10

    170 EUR/t

    0207 24 90

    186 EUR/t

    0207 25 10

    170 EUR/t

    0207 25 90

    186 EUR/t

    0207 26 10

    425 EUR/t

    0207 26 20

    205 EUR/t

    0207 26 30

    134 EUR/t

    0207 26 40

    93 EUR/t

    0207 26 50

    339 EUR/t

    0207 26 60

    127 EUR/t

    0207 26 70

    230 EUR/t

    0207 26 80

    415 EUR/t

    0207 27 10

    0 %

    0207 27 20

    0 %

    0207 27 30

    134 EUR/t

    0207 27 40

    93 EUR/t

    0207 27 50

    339 EUR/t

    0207 27 60

    127 EUR/t

    0207 27 70

    230 EUR/t

    0207 27 80

    0 %


    ANNESS II

    A.

    Indikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4(3), it-tieni subparagrafu, punt (b):

    bil-Bulgaru

    :

    Регламент (ЕО) № 536/2007.

    bl-Ispanjol

    :

    Reglamento (CE) no 536/2007.

    biċ-Ċek

    :

    Nařízení (ES) č. 536/2007.

    bid-Daniż

    :

    Forordning (EF) nr. 536/2007.

    bil-Ġermaniż

    :

    Verordnung (EG) Nr. 536/2007.

    bl-Estonjan

    :

    Määrus (EÜ) nr 536/2007.

    bil-Grieg

    :

    Kανονισμός (ΕΚ) αριθ. 536/2007.

    bl-Ingliż

    :

    Regulation (EC) No 536/2007.

    bil-Franċiż

    :

    Règlement (CE) no 536/2007.

    bit-Taljan

    :

    Regolamento (CE) n. 536/2007.

    bil-Latvjan

    :

    Regula (EK) Nr. 536/2007.

    bil-Litwan

    :

    Reglamentas (EB) Nr. 536/2007.

    bl-Ungeriż

    :

    536/2007/EK rendelet.

    bil-Malti

    :

    Ir-Regolament (KE) Nru 536/2007.

    bl-Olandiż

    :

    Verordening (EG) nr. 536/2007.

    bil-Pollakk

    :

    Rozporządzenie (WE) nr 536/2007.

    bil-Portugiż

    :

    Regulamento (CE) n.o 536/2007.

    bir-Rumen

    :

    Regulamentul (CE) nr. 536/2007.

    bis-Slovakk

    :

    Nariadenie (ES) č. 536/2007.

    bis-Sloven

    :

    Uredba (ES) št. 536/2007.

    bil-Finlandiż

    :

    Asetus (EY) N:o 536/2007.

    bl-Iżvediż

    :

    Förordning (EG) nr 536/2007.

    B.

    Indikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4(3), it-tielet subparagrafu:

    bil-Bulgaru

    :

    намаляване на Oбщата митническа тарифа съгласно предвиденото в Регламент (ЕО) № 536/2007.

    bl-Ispanjol

    :

    reducción del arancel aduanero común prevista en el Reglamento (CE) no 536/2007.

    biċ-Ċek

    :

    snížení společné celní sazby tak, jak je stanoveno v nařízení (ES) č. 536/2007.

    bid-Daniż

    :

    toldnedsættelse som fastsat i forordning (EF) nr. 536/2007.

    bil-Ġermaniż

    :

    Ermäßigung des Zollsatzes nach dem GZT gemäß der Verordnung (EG) Nr. 536/2007.

    bl-Estonjan

    :

    ühise tollitariifistiku maksumäära alandamine vastavalt määrusele (EÜ) nr 536/2007.

    bil-Grieg

    :

    Μείωση του δασμού του κοινού δασμολογίου, όπως προβλέπεται στον κανονισμό (ΕΚ) αριθ. 536/2007.

    bl-Ingliż

    :

    reduction of the common customs tariff pursuant to Regulation (EC) No 536/2007.

    bil-Franċiż

    :

    réduction du tarif douanier commun comme prévu au règlement (CE) no 536/2007.

    bit-Taljan

    :

    riduzione del dazio della tariffa doganale comune a norma del regolamento (CE) n. 536/2007.

    bil-Latvjan

    :

    Regulā (EK) Nr. 536/2007 paredzētais vienotā muitas tarifa samazinājums.

    bil-Litwan

    :

    bendrojo muito tarifo muito sumažinimai, nustatyti Reglamente (EB) Nr. 536/2007.

    bl-Ungeriż

    :

    a közös vámtarifában szereplő vámtétel csökkentése a 536/2007/EK rendelet szerint.

    bil-Malti

    :

    tnaqqis tat-tariffa doganali komuni kif jipprovdi r-Regolament (KE) Nru 536/2007.

    bl-Olandiż

    :

    Verlaging van het gemeenschappelijke douanetarief overeenkomstig Verordening (EG) nr. 536/2007.

    bil-Pollakk

    :

    Cła WTC obniżone jak przewidziano w rozporządzeniu (WE) nr 536/2007.

    bil-Portugiż

    :

    redução da Pauta Aduaneira Comum como previsto no Regulamento (CE) n.o 536/2007.

    bir-Rumen

    :

    reducerea Tarifului Vamal Comun astfel cum este prevăzut în Regulamentul (CE) nr. 536/2007.

    bis-Slovakk

    :

    Zníženie spoločnej colnej sadzby, ako sa ustanovuje v nariadení (ES) č. 536/2007.

    bis-Sloven

    :

    znižanje skupne carinske tarife v skladu z Uredbo (ES) št. 536/2007.

    bil-Finlandiż

    :

    Asetuksessa (EY) N:o 536/2007 säädetty yhteisen tullitariffin alennus.

    bl-Iżvediż

    :

    nedsättning av den gemensamma tulltaxan i enlighet med förordning (EG) nr 536/2007.


    ANNESS III

    Tabella ta' korrelazzjoni

    Regolament (KE) Nru 1232/2006

    Dan ir-Regolament

    Artikolu 1

    Artikolu 1

    Artikolu 2

    Artikolu 3

    Artikolu 3

    Artikolu 4(1)(a)

    Artikolu 4(1)

    Artikolu 4(1)(b)

    Artikolu 4(2), l-ewwel subparagrafu

    Artikolu 4(1)(c)

    Artikolu 4(2), it-tieni subparagrafu

    Artikolu 4(1)(d)

    Artikolu 4(3)

    Artikolu 4(1)(e)

    Artikolu 4(3)

    Artikolu 4(1)(f)

    Artikolu 4(3)

    Artikolu 4(2)

    Artikolu 5(1), l-ewwel subparagrafu

    Artikolu 5(1)

    Artikolu 5(1), it-tieni subparagrafu

    Artikolu 5(2)

    Artikolu 5(3)

    Artikolu 5(2)

    Artikolu 5(4), l-ewwel subparagrafu

    Artikolu 5(3)

    Artikolu 5(4), it-tieni subparagrafu

    Artikolu 5(5)

    Artikolu 5(6)

    Artikolu 5(7)

    Artikolu 5(8), l-ewwel subparagrafu

    Artikolu 5(4)

    Artikolu 5(9)

    Artikolu 5(10)

    Artikolu 6(2)

    Artikolu 6(1), l-ewwel subparagrafu

    Artikolu 7(1)

    Artikolu 6(1), it-tieni subparagrafu

    Artikolu 6(2)

    Artikolu 7

    Artikolu 8

    Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu

    Artikolu 2

    Artikolu 8, it-tieni subparagrafu

    Artikolu 9

    Artikolu 10

    Anness I

    Anness I

    Anness II

    Anness II, parti A

    Anness III

    Anness II, parti B

    Anness IV

    Anness V

    Anness VI


    Top