Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0337

    2007/337/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 15 ta’ Mejju 2007 li tapprova s-sistemi ta’ sospensjoni awtomatika għal-liċenzji tas-sajd fir-rigward ta’ l-infrazzjonijiet, żviluppati mid-Danimarka, mill-Ġermanja u mir-Renju Unit (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 2036)

    ĠU L 128, 16.5.2007, p. 49–49 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/337/oj

    16.5.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 128/49


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tal-15 ta’ Mejju 2007

    li tapprova s-sistemi ta’ sospensjoni awtomatika għal-liċenzji tas-sajd fir-rigward ta’ l-infrazzjonijiet, żviluppati mid-Danimarka, mill-Ġermanja u mir-Renju Unit

    (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 2036)

    (It-testi bid-Daniż, bil-Ġermaniż u bl-Ingliż biss huma awtentiċi)

    (2007/337/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 41/2007 tal-21 ta’ Diċcembru 2006 li jistabbilixxi għall-2007 l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kondizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti ħażniet (stokkijiet) ta’ ħut u gruppi ta’ ħażniet ta’ ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità u, għal bastimenti Komunitarji, f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta’ qbid (1), partikolarment punt 8.1.(h) ta’ l-Anness IIA tiegħu,

    Wara li kkunsidrat it-talbiet magħmula mid-Danimarka, mill-Ġermanja u mir-Renju Unit,

    Billi:

    (1)

    Skond ir-Regolament (KE) Nru 41/2007, l-iżvilupp mill-Istati Membri ta’ sistemi ta’ sospensjoni awtomatika għal-liċenzji tas-sajd fir-rigward ta’ l-infrazzjonijiet joħloq kundizzjoni fejn jiżdied in-numru massimu ta’ ġranet li bastiment tas-sajd jista’ jkun preżenti fiż-żona ġeografika definita fl-Anness IIA ta’ dak ir-Regolament matul il-perjodu ta’ bejn l-1 ta’ Frar 2007 u l-31 ta’ Jannar 2008.

    (2)

    Id-Danimarka, il-Ġermanja u r-Renju Unit ipprovdew informazzjoni lill-Kummissjoni dwar sistemi ta’ sospensjoni awtomatika għal-liċenzji tas-sajd fir-rigward ta’ l-infrazzjonijiet fir-rigward ta’ bastimenti li jġorru abbord l-irkaptu tas-sajd imsemmi fil-punt 4.1.(a)(v) ta’ l-Anness IIA tar-Regolament (KE) Nru 41/2007, jiġifieri xbieki tat-tkarkir, tartaruni Daniżi) u rkaptu simili, minbarra xbieki tat-tkarkir bit-travu, b’malji ta’ 120 mm jew akbar.

    (3)

    Fid-dawl ta’ dik l-informazzjoni, is-sistemi ta’ sospensjoni awtomatika għal-liċenzji tas-sajd sottomessi minn dawk l-Istati Membri għandhom jiġu approvati fir-rigward ta’ dawn il-bastimenti,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Is-sistemi ta’ sospensjoni awtomatika għal-liċenzji tas-sajd fir-rigward ta’ l-infrazzjonijiet, żviluppati mid-Danimarka, mill-Ġermanja u mir-Renju Unit, huma approvati għall-għanijiet ta’ punt 8.1.(h) ta’ l-Anness IIA tar-Regolament (KE) Nru 41/2007 għall-bastimenti li jġorru abbord xbieki tat-tkarkir, tartaruni Daniżi u rkaptu simili, minbarra xbieki tat-tkarkir bit-travu, b’malji ta’ 120 mm jew akbar.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lir-Renju tad-Danimarka, lir-Repubblika Federali Ġermaniża u lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.

    Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Mejju 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Joe BORG

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 15, 20.1.2007, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 444/2007 (ĠU L 106, 24.4.2007, p. 22).


    Top