EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0176

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 11 ta' Diċembru 2006 Lista ta' standards u/jew speċifikazzjonijiet għal netwerks u servizzi tal-komunikazzjoni elettronika, u faċilitajiet u servizzi assoċjati, li tissostitwixxi kull verżjoni preċedenti (notifikat bid-dokument numru C(2006) 6364) Test b'rilevanza għaż-ŻEE

ĠU L 86, 27.3.2007, p. 11–19 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 219M, 24.8.2007, p. 385–393 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 04/04/2008

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/176/oj

24.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

385


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-11 ta' Diċembru 2006

Lista ta' standards u/jew speċifikazzjonijiet għal netwerks u servizzi tal-komunikazzjoni elettronika, u faċilitajiet u servizzi assoċjati, li tissostitwixxi kull verżjoni preċedenti

(notifikat bid-dokument numru C(2006) 6364)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/176/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għal networks u servizzi elettroniċi tal-komunikazzjonijiet (Direttiva Kwadru) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 17(1) tagħha,

Wara li kkonsultat il-Kumitat tal-Komunikazzjonijiet,

Billi:

(1)

Lista interim “ta' standards u/jew speċifikazzjonijiet għal netwerks u servizzi tal-komunikazzjoni elettronika, u faċilitajiet u servizzi assoċjati” ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej  (2)

(2)

Il-lista interim ta' standards kienet tirreferi sew għall-qafas regolatorju skond id-Direttiva 90/387/KEE (3) u għal dak fis-seħħ, skond id-Direttiva 2002/21/KE Iż-żidiet u l-modifiki għal dik il-lista saru f'Marzu 2006 (4).

(3)

Jeħtieġ għalhekk li jsir progress lil hinn mil-lista interim u titfassal u tiġi ppubblikata lista ta' standards biex tissostitwixxi l-pubblikazzjonijiet imsemmija fuq.

(4)

Il-lista riveduta ta' standards tfasslet f'kooperazzjoni ma' l-esperti mill-Istati Membri u l-Istitut Ewropew għall-Istandards tat-Telkomunikazzjoni (ETSI).

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI

Artikolu 1

Lista ta' Standards

1.   B'dan hija stabbilita l-Lista ta' Standards u/jew speċifikazzjonijiet għal netwerks u servizzi tal-komunikazzjoni elettronika, u faċilitajiet u servizzi assoċjati.

Għandha tissostitwixxi l-verżjonijiet preċedenti tal-Lista ta' l-Istandards ippubblikata fil-31 ta' Diċembru 2002 u fit-23 ta' Marzu 2006.

Din il-pubblikazzjoni qiegħda ssir addizzjonalment għal-lista ta' standards għas-sett minimu ta' linji mikrija ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea tal-25 ta' Lulju 2003.

2.   Il-Lista ta' Standards, kif stipulata fl-Anness, għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 2

Id-Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 11 ta' Diċembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Viviane REDING

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33.

(2)  ĠU L 331, 31.12.2002, p. 32.

(3)  ĠU L 192, 24.7.1990, p. 1. Id-Direttiva revokata mid-Direttiva 2002/21/KE.

(4)  ĠU C 71, 23.3.2006, p. 9.


ANNESS

Lista ta' standards u/jew speċifikazzjonijiet għal netwerks u servizzi tal-komunikazzjoni elettronika, u faċilitajiet u servizzi assoċjati

NOTA TA' SPJEGAZZJONI DWAR IL-LISTA TA' STANDARDS U/JEW SPEĊIFIKAZZJONIJIET GĦAL NETWERKS U SERVIZZI TAL-KOMUNIKAZZJONI ELETTRONIKA, U FAĊILITAJIET U SERVIZZI ASSOĊJATI

Skond l-Artikolu 17(1) tad-Direttiva ta' Qafas (2002/21/KE), il-Kummissjoni għandha tħejji u tippubblika fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej lista ta' l-istandards u/jew speċifikazzjonijiet biex iservu bħala bażi biex jinkoraġġixxu l-provvista armonizzata ta' netwerks tal-komunikazzjoni elettronika, servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet jew servizzi assoċjati, biex tiġi assigurata interoperabilità ta' servizzi u biex tittejjeb il-libertà ta' l-għażla għall-utenti.

Din il-pubblikazzjoni tieħu post il-Lista ta' Standards interim preċedenti (2002/C 331/04) li kienet tirreferi kemm għall-qafas regolatorju “antik” (i.e. l-Artikolu 5 tad-Direttiva 90/387/KEE kif emendat mid-Direttiva 97/51/KE) u l-qafas regolatorju kurrenti (i.e. l-Artikolu 17 tad-Direttiva ta' Qafas 2002/21/KE). Din il-pubblikazzjoni tieħu wkoll post l-emenda tat-“televixin diġitali interattiv” għal-Lista ta' l-Istandards (2006/C 71/04) tat-23 ta' Marzu 2006 (1). Is-sett minimu ta' linji mikrija b'karatteristiċi armonizzati u standards assoċjati msemmi fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 2002/22/KE (id-Direttiva Servizz Universali), ippublikata fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2003/548/KE) ta' l-24 ta' Lulju 2003 (2) mhijiex affettwata mill-pubblikazzjoni ta' din il-Lista ta' Standards.

Skond l-Artikolu 17(2) tad-Direttiva Kwadru, fin-nuqqas ta' standards u/jew speċifikazzjonijiet f'din il-lista, l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-implimentazzjoni ta' standards u/jew speċifikazzjonijiet adottati mill-organizzazzjonijiet Ewropej ta' l-istandards u, fin-nuqqas ta' dawk l-istandards u/jew speċifikazzjonijiet, l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-implimentazzjoni ta' standards internazzjonali jew rakkomandazzjonijiet adottati mill-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni (ITU), l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO) jew il-Kummissjoni Internazzjonali Elettroteknika (IEC).

Din il-pubblikazzjoni hija lista selettiva ta' standards u/jew speċifikazzjonijiet fl-oqsma kkonċernati. Meta mqabbla mal-lista interim ta' standards (2002/C 331/04), ġew inklużi inqas standards u/jew speċifikazzjonijiet, fl-għarfien li l-Artikolu 17(2) tad-Direttiva ta' Qafas diġà jesiġi li l-Istati Membri jinkoraġġixxu l-użu ta' standards jew speċifikazzjonijiet adottati mill-Organizzazzjonijiet Ewropea għall-Istandardizzazzjoni għajr dawk ipubblikati fil-Lista ta' l-Istandards.

Il-lista ta' l-istandards ġiet prodotta billi tqiesu l-kriterji li ġejjin. Dawn il-kriterji tfasslu b'kooperazzjoni ma' l-Istati Membri fil-Kumitat tal-Komunikazzjoni u sussegwentament ġew ivvalidati permezz ta' konsultazzjoni pubblika.

Il-lista riveduta għandha tinkludi standards u/jew speċifikazzjonijiet:

Għall-interkonnessjoni ta' netwerks tal-komunikazzjoni elettronika jew l-aċċess għalihom, u/jew l-interoperabilità tas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika, safejn strettament meħtieġ sabiex tiġi żgurata l-interoperabilità u l-libertà ta' l-għażla għall-utenti;

Li l-implimentazzjoni tagħhom ma tirrapreżentax spiża bla bżonn meta mqabbla mal-benefiċċji mistennija (i.e. proporzjonalità);

u li jissodisfaw kriterju wieħed jew aktar milli ġejjin:

Standards u/jew speċifikazzjonijiet għal interfaces ewlenin li jirrappreżentaw il-fruntieri bejn sistemi ta' partijiet differenti u operati minnhom, inklużi aspetti li jinvolvu aktar minn pajjiż wieħed, partikolarment standards u/jew speċifikazzjonijiet li jsolvu każi severi u probabbli ta' nuqqas ta' interoperabilità jew ta' libertà ta' l-għażla;

Standards u/jew speċifikazzjonijiet li huma rilevanti għas-suq illum, li għadhom jevolvu u għandhom ċertu żmien ta' ħajja fil-ġejjieni.

Il-lista riveduta ma għandhiex tinkludi:

Standards u/jew speċifikazzjonijiet għal networks u servizzi stabbiliti sew li ma għadhomx soġġetti għall-evoluzzjoni;

Standards u/jew speċifikazzjonijiet għal networks u servizzi li bħalissa għadhom f'fażi bikrija ta' l-iżvilupp tagħhom;

B'implikazzjoni mill-paragrafu (1)(c), standards u/jew speċifikazzjonijiet fejn l-ilħiq ta' l-interoperabilità u l-libertà ta' l-għażla tista' titħalla f'idejn is-suq għaliex se tkun assigurata mit-talba tal-konsumatur jew l-interess ta' l-industrija.

Minkejja l-kriterji f'(1) u (2) fuq, għandha tingħata attenzjoni speċjali lil:

Standards u/jew speċifikazzjonijiet li bħalissa qed jintużaw fuq livell nazzjonali jew Ewropew, fejn l-ewwel għandu jiġi vvalutat l-impatt tat-tneħħija tagħhom.

Standards u/jew speċifikazzjonijiet meħtieġa biex jipprovdu obbligi speċifiċi ta' interess pubbliku, skond il-liġi nazzjonali jew Komunitarja, li l-operaturi ma għandhomx inċentiv kummerċjali biex jimplimentawhom.

DAĦLA

Ġenerali

L-istandards u/jew l-ispeċifikazzjonijiet imniżżla hawn taħt jikkostitwixxu l-“Lista ta’ Standards u/jew speċifikazzjonijiet” imsemmija fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni K(2006) 6364 ta' 11/XII/2006.

Skond l-Artikolu 17(1) tad-Direttiva ta' Qafas (2002/21/KE), il-Kummissjoni għandha tħejji u tippubblika fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej lista ta' l-istandards u/jew speċifikazzjonijiet biex iservu bħala bażi biex jinkoraġġixxu l-provvista armonizzata ta' netwerks u servizzi tal-komunikazzjoni elettronika, u faċilitajiet u servizzi assoċjati.

Jekk l-istandards u/jew speċifikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ma jkunux ġew adegwatament implimentati b'tali mod li l-interoperabilità ta' servizzi fi Stat Membru wieħed jew aktar ma tkunx tista' tiġi assigurata, l-implimentazzjoni ta' dawk l-istandards u/jew speċifikazzjonijiet tista' ssir obbligatorja taħt il-proċedura preskritta fl-Artikolu 17(4), sal-limitu strettament meħtieġ biex tiġi assigurata dik l-interoperabilità u biex tittejjeb il-libertà ta' l-għażla għall-utenti.

Il-Listat ta' Standards se tiġi riveduta fuq bażi regolari sabiex jitqiesu l-ħtiġijiet li jirriżultaw minn teknoloġiji ġodda u bidliet fis-suq. Il-partijiet interessati huma mħeġġa jikkumentaw dwar din il-kwistjoni.

Il-Kumitat tal-Komunikazzjonijiet (3) ġie kkonsultat minħabba li l-lista għandha x'taqsam ma' l-Artikolu 17 tad-Direttiva ta' Qafas.

L-istandards maqbula skond id-Direttiva dwar it-tagħmir tar-radju u tagħmir terminali ta' telekomunikazzjonijiet (1999/5/KE) u ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea huma barra mill-ambitu ta'dan id-dokument.

L-istruttura tal-lista ta' l-istandards

Kapitolu I: Standards u/jew speċifikazzjonijiet obbligatorji

Kapitolu II: Kapaċità ta' trażmissjoni trasparenti

Kapitolu III: Interfaces għall-utent offerti pubblikament

Kapitolu IV: Interkonnessjoni u aċċess

Kapitolu V: Servizzi u karatteristiċi

Kapitolu VI: Numerazzjoni u indirizzar

Kapitolu VII: Kwalità tas-servizz

Kapitolu VIII: Servizzi tax-Xandir

L-istatus ta' l-istandards u/jew speċifikazzjonijiet fil-lista

L-istatus ta' l-istandards u/jew speċifikazzjonijiet hija differenti minn dik għall-istandards u/jew speċifikazzjonijiet fil-Kapitolu 1 u kapitoli oħra tad-dokument.

Standards u/jew speċifikazzjonijiet imniżżla fil-Kapitolu 1 huma obbligatorji għall-użu. Standards u/jew speċifikazzjonijiet jistgħu jsiru obbligatorji billi tiġi segwita l-proċedura stipulata fl-Artikolu 17(4) tad-Direttiva ta' Qafas Skond l-Artikolu 17(4) tad-Direttiva ta' Qafas, “Fejn il-Kummissjoni jkollha l-ħsieb li tagħmel l-implimentazzjoni ta' ċerti standards u/jew speċifikazzjonijiet obbligatorja, għandha tippubblika avviż fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u tistieden kummenti pubbliċi mill-partijiet kollha konċernati”. Il-Kummissjoni, filwaqt li taġixxi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 22(3), għandha tagħmel l-implimentazzjoni ta' l-istandards relevanti obbligatorji billi tagħmel referenza għalihom bħala standards obbligatorji fil-lista ta' l-istandards u/jew speċifikazzjonijiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-użu ta' l-istandards u/jew speċifikazzjonijiet imniżlla fil-kapitoli II sa VII huwa inkoraġġit, iżda mhemm l-ebda obbligu ġuridiku biex jiġu implimentati. Skond l-Artikolu 17(2) tad-Direttiva ta' Qafas “L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-użu ta' l-istandards u/jew speċifikazzjonijiet imsemmija (. . .) għall-provvista ta' servizzi, interfaces tekniċi, u/jew funzjonijiet tan-networks, sal-limitu strettament meħtieġ biex tiġi assigurata interoperabilità ta' servizzi u biex tittejjeb il-libertà ta' l-għażla għall-utenti.” F'dan il-kuntest, il-lista ta' standards u/jew speċifikazzjonijiet rakkomandati għandha tinftiehem bħala kandidati biex isiru standards u/jew speċifikazzjonijiet hekk kif l-awtoritajiet jindividwaw effetti ta' distorsjoni tas-suq, marbuta ma' konformità insuffiċjenti ma' l-standards u/jew speċifikazzjonijiet rakkomandati.

Skond l-Artikolu 17 tad-Direttiva ta' Qafas, l-għan tal-lista huwa li sservi bħala “bażi biex jinkoraġġixxu l-provvista armonizzata ta' networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati jew servizzi” (l-ewwel paragrafu), “biex tiġi assigurata interoperabilità ta' servizzi u biex tittejjeb il-libertà ta' l-għażla għall-utenti.” (it-tieni paragrafu). Dan għandu jitqies meta jkunu qed jiġu implimentati standards u/jew speċifikazzjonijiet li fihom alternattivi jew klawżoli fakultattivi.

Skond l-Artikolu 17(5) u (6) tad-Direttiva ta' Qafas “Fejn il-Kummissjoni tqis li l-istandards u/jew speċifikazzjonijiet (. . .) ma jikkontribwixxux aktar għall-provvista ta' servizzi armonizzati ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, jew li ma jkunux aktar jilħqu l-ħtiġiet tal-konsumatur jew qed ifixklu l-iżvilupp teknoloġiku, għandha (. . .) tneħħihom mil-lista ta' standards u/jew speċifikazzjonijiet (. . .).”.

Minbarra l-istandards u/jew l-ispeċifikazzjonijiet imsemmija fil-Kapitolu 1 tal-lista, miżuri leġiżlazttivi oħra fi ħdan il-qafas regolatorju għan-netwerks u s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronka jistgħu jirriżultaw fl-użu ta' ċerti standards u/jew speċifikazzjonijiet li jsiru obbligatorji għal xi impriżi.

Verżjoni ta' l-istandards u/jew speċifikazzjonijiet

Meta ma jiġi kkwotat l-ebda numru tal-verżjoni ta' l-istandard u/jew l-ispeċifikazzjoni, il-verżjoni msemmija fil-lista hija l-verżjoni valida fiż-żmien meta l-lista tiġi ppublikata.

F'xi każi, meta speċifikat b'mod ċar, ċerti partijiet biss mill-istandrad u/jew speċifikazzjoni huma inklużi fil-lista. F'xi każi, meta speċifikat biċ-ċar, ċerti partijiet biss mill-istandrad u/jew speċifikazzjoni huma inklużi fil-lista.

Standards u/jew speċifikazzjonijiet tekniċi

Bosta mill-istandards jew speċifikazzjonijiet imsemmija fil-lista huma prodotti ta' l-ETSI taħt in-nomenklatura preċedenti u kurrenti ta' l-ETSI. It-tifsiriet tat-tipi differenti ta' prodotti ta' l-ETSI jistgħu jinsabu taħt id-“Direttivi ETSI” disponibbli fuq: http://portal.etsi.org/directives/

L-aktar rilevanti minn dawn il-prodotti huma:

Prodotti taħt in-nomenklatura kurrenti ta' l-ETSI:

Speċifikazzjoni Teknika, TS, fih prinċiplament dispożizzjonijiet normattivi, approvati minn Korp Tekniku.

Rapport Tekniku, TR, fih prinċiplament elementi informattivi approvati minn Korp Tekniku.

Standard, ES, fih prinċiplament dispożizzjonijiet normattivi, approvati mill-membri ta' l-ETSI.

Gwida, EG, fih prinċiplament elementi informattivi, approvati mill-membri ta' l-ETSI.

Rapport Speċjali, SR, fih informazzjoni li tkun saret pubblikament disponibbli għal finijiet ta' referenza.

Standard Ewropew (serje tat-telekomunikazzjoni), EN, fih dispożizzjonijiet normattivi, approvati mill-Organizzazzjonijiet Nazzjonali ta' l-Istandards u/jew Delegazzjonijiet nazzjonali b'implikazzjonijiet li jikkonċernaw l-istatus quo u t-traspożizzjoni nazzjonali.

Standard Armonizzat, EN (serje tat-telekomunikazzjoni) li t-tfassil tiegħu ġie fdat lill-ETSI permezz ta' mandat mill-Kummissjoni Ewropea skond id-Direttivi Ewropej 98/34/KE u 98/48/KE u ġie abbozzat billi tqiesu r-rekwiżiti essenzjali applikabbli tad-Direttiva “Approċċ Ġdid” u li r-referenza tagħha ġiet sussegwentement imħabbra fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Prodotti taħt in-nomenklatura preċedenti ta' l-ETSI li ssir referenza għalihom fil-lista:

Standard Ewropew tat-Telekomunikazzjoni, ETS, fih dispożizzjonijiet normattivi, approvati mill-Organizzazzjonijiet Nazzjonali ta' l-Istandards u/jew Delegazzjonijiet nazzjonali b'implikazzjonijiet li jikkonċernaw l-istatus quo u t-traspożizzjoni nazzjonali

Rapport Tekniku ta' l-ETSI, ETR, fih prinċiplament elementi informattivi approvati minn Korp Tekniku.

L-indirizzi minn fejn jistgħu jinkisbu d-dokumenti rreferenzjati

Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet ta' l-ETSI

Indirizz postali:

ETSI

650 Route des Lucioles

F-06921 Sophia Antipolis Cedex

Franza

telefown: + 33 -4- 92 94 42 41

fax. + 33 -4- 93 95 81 33

posta elettronika: publications@etsi.fr

websajt:

http://www.etsi.org/services_products/freestandard/home.htm

Il-prodotti ta' l-ETSI jistgħu jitniżżlu direttament minn fuq: http://pda.etsi.org/pda/queryform.asp

Is-servizz tal-bejgħ u l-marketing ta' l-ITU (għal dokumenti ITU-T)

Indirizz postali: ITU

Place des Nations

CH-1211 Geneva 20

L-Iżvizzera

telefown:

+41 -22- 730 61 41 (bl-Ingliż)

+41 -22- 730 61 42 (bil-Franċiż)

+41 -22- 730 61 43 (bl-Ispanjol)

fax: + 41 -22- 730 51 94

posta elettronika: sales@itu.int

websajt: http://www.itu.int

Referenzi għal-leġislazzjoni ta' l-UE

Il-lista tirreferi għad-dokumenti leġiżlattivi li ġejjin li jistgħu jinkisbu minn fuq http://europa.eu.int/information_society/topics/telecoms/regulatory/index_en.htm

Id-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva ta' Qafas) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi, Ġ.U. L 108, 24.4.2002, p. 33).

Id-Direttiva 2002/19/KE (Direttiva ta' Aċċess) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta', networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 7).

Id-Direttiva 2002/22/KE (Direttiva Servizz Universali) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  dwar servizz universali u d-drittijiet ta' l-utenti li jirrelataw ma' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 51).

Id-Direttiva 2002/58/KE (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) tal-Parlament u tal-Kunsill  dwar l-ipproċessar ta' data personali u l-ħarsien tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 27).

Id-Direttiva 2002/20/KE (Direttiva ta' Awtorizzazzjoni) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-awtorizzazzjoni ta' netwerks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 21).

Ir-Rakkomandazzjoni 2000/417/KE tal-Kummissjoni dwar aċċess unbundled għal-loop lokali (ĠU L 156, 29.06.2000, p. 44).

Ir-Regolament KE/2887/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar aċċess disassoċjat għal-linja lokali (ĠU L 336, 30.12.2000, p. 4).

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (2005/57/KE) tal-21 ta' Jannar 2005 dwar l-għoti ta' linji mikrija fl-Unjoni Ewropea (Parti 1 – Kundizzjonijiet ewlenin għall-provvista ta' linji mikrija bl-ingrossa) (innotifikata bid-dokument numru C(2005) 103) (ĠU L 24, 27.1.2005, p. 27)

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (2005/268/KE) tad-29 ta' Marzu 2005 dwar l-għoti ta' linji mikrija fl-Unjoni Ewropea – Parti 2 – aspetti ta' l-ipprezzar ta' linji mikrija bl-ingrossa parti ċirkwiti (innotifikata bid-dokument numru C (2005) 951). (ĠU L 083, 1.4.2005 p. 52)

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (2003/558/KE) tal-25 ta' Lulju 2003 dwar l-ipproċessar ta' l-informazzjoni dwar minn fejn tkun qiegħda ssir is-sejħa f'newterks ta' komunikazzjoni elettronika għall-għanijiet ta' servizzi ta' sejħiet ta' emerġenza. (ĠU L 189, 29.7.2003, p. 49)

Id-Direttiva 1999/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 1999 dwar it-tagħmir tar-radju u tagħmir terminali ta' telekomunikazzjonijiet u r-rikonoxximent reċiproku tal-konformità. (Direttiva R&TTE) (ĠU L 91, 7.4.1999, p. 10)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2001/792/KE tat-23 ta' Ottubru 2001 li tistabbilixxi mekkaniżmu Komunitarju li jiffaċilita l-kooperazzjoni msaħħa fl-interventi ta' assistenza fil-protezzjoni ċivili (ĠU L 297, 15.11.2001, p. 7)

Id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar qafas regolatorju għall-politika dwar l-ispettru tar-radju fil-Komunità Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Ispettri tar-Radju) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 1)

Id-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta' informazzjoni fil-qasam ta' l-istandards u tar-Regolamenti Tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-soċjetà ta' l-informazzjoni, kif immodifikata mid-Direttiva 98/48/KE. (ĠU L 204, 21.7.98 p. 37)

COM(2004)541 “Communication from the Commission to the Council, the European Parliament, the European Economic and Social Committee and the Committee of the Regions on interoperability of digital interactive television services” [mhux disponibbli bil-Malti] tat-30 ta' Lulju 2004.

COM(2006)37 “Communication from the Commission to the Council, the European Parliament, the European Economic and Social Committee and the Committee of the Regions on reviewing the interoperability of digital interactive television services” [mhux disponibbli bil-Malti] tat-2 ta' Frar 2006, in segwitu għall-komunikazzjoni COM(2004)541 tat-30 ta' Lulju 2004.

Tifsiriet u taqsiriet

Tifsiriet

It-tifsiriet fil-leġiżlazzjoni rilevanti ta' l-UE imniżżla fit-taqsima 7 japplikaw.

Taqsiriet

Għall-għanijiet ta' dan id-dokument, għandhom japplikaw dawn it-taqsiriet:

3GPP

3rd Generation Partnership Project

API

Application Program Interface

DAB

Digital Audio Broadcasting

DVB

Digital Video Broadcasting

ETSI

European Telecommunication Standards Institute

GSM

Global System for Mobile communications

ISDN

Integrated Service Digital Network

IP

Internet Protocol

IPAT

Internet Protocol Access Terminal

ITU

International Telecommunications Union

MHEG

Multimedia and Hypermedia Experts Group

MHP

Multimedia Home Platform

NGN

Next Generation Networks

NTP

Network Termination Point

OSA

Opens Service Access

PoI

Point of Interconnection

PSTN

Public Switched Telephone Network

QoS

Quality of Service

ULL

Unbundled Local Loop

UMTS

Universal Mobile Telecommunications System

WML

Wireless Mark-up Language

WTVML

Wireless TeleVision Mark-up Language, also designated WTML

LISTA TA' STANDARDS U/JEW SPEĊIFIKAZZJONIJIET GĦAL NETWERKS U SERVIZZI TAL-KOMUNIKAZZJONI ELETTRONIKA, U FAĊILITAJIET U SERVIZZI ASSOĊJATI

L-għan tal-pubblikazzjoni ta' l-istandards u/jew speċifikazzjonijiet fil-lista huwa li jinkoraġġixxi l-provvista ta' servizzi armonizzati ta' komunikazzjoni elettronika għall-benefiċċju ta' l-utenti fil-Komunità, li tiġi assigurata l-interoperabilità u li tiġi appoġġata l-implimentazzjoni tal-qafas regolatorju. Il-prinċipju ewlieni ta' gwida fl-inklużjoni ta' l-istandards u/jew speċifikazzjonijiet huwa l-iffukar fuq standards u/jew speċifikazzjonijiet marbuta mad-dipsożizzjonijiet fid-Direttivi. Il-kriterji użati sabiex jiġu inklużi fil-lista standards u/jew speċifikazzjonijiet ġew imfissra fin-nota ta' spjegazzjoni.

KAPITOLU I

1.   Standards obbligatorji

Ma hemm l-ebda standard obbligatorju f'dan id-dokument.

L-istandards jistgħu jsiru obbligatorji billi tiġi segwita l-proċedura stipulata fl-Artikolu 17(4) tad-Direttiva ta' Qafas. Fejn il-Kummissjoni jkollha l-ħsieb li tagħmel l-implimentazzjoni ta' ċerti standards u/jew speċifikazzjonijiet obbligatorja, għandha tippubblika avviż fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u tistieden kummenti pubbliċi mill-partijiet kollha konċernati.

KAPITOLU II

2.   Kapaċità ta' trażmissjoni trasparenti

2.1.   Aċċess għal-linja lokali (local loop) minn partijiet terzi

Interfaces tekniċi u/jew karatteristiċi tas-servizz

Referenza

Noti

Ġestjoni spettrali fuq netwerks ta' aċċess , metalliku; Parti: Definizzjonijiet u librerija tas-sinjali

ETSI TR 101 830-1 (V.1.1.1)

 

KAPITOLU III

3.   Interfaces għall-utenti offerti pubblikament (NTP)

Skond ċerti kundizzjonijiet tas-suq (4) Awtorità Regolatorja Nazzjonali tista' timponi obbligi fuq l-operaturi biex iwettqu talbiet reġonevoli għall-aċess għal, u l-użu ta', elementi spċeifiċi ta'netwerk u faċiltajiet assoċjati.

L-ebda standard u/jew speċifikazzjoni ma hija inkluża f'din il-Lista ta' Standards, minħabba li l-ebda minnhom ma tqiesu li jissodisfaw il-kriterji stipulati fin-nota ta' spjegazzjoni.

KAPITOLU IV

4.   Intekonnessjoni u aċċess

Skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva ta' Aċċess, il-fornituri ta' Netwerks u Servizzi tal-Komunikazzjoni Elettronika jistgħu jkollhom obbligi partikolari għall-interkonnessjoni u/jew l-aċċess.

Standards u/jew speċifikazzjonijiet ULL u bitstream huma inklużi fil-Kapitolu II.

4.1.   Interfaces ta' l-Applikazzjonijiet (Application Program Interfaces)

Interfaces tekniċi u/jew karatteristiċi tas-servizz

Referenza

Noti

Open Service Access (OSA); Application Programming Interface (API/Parlay 3)

Serje ETSI ES 201 915

 

Open Service Access (OSA); Application Programming Interface (API/Parlay 4)

Serje ETSI ES 202 915

 

Open Service Access (OSA); Application Programming Interface (API/Parlay 5)

Serje ETSI ES 203 915

 

UMTS Customized Applications for Mobile network Enhanced Logic (CAMEL) Phase 3; CAMEL Application Part (CAP) specification

ETSI TS 129 078

 

UMTS Open Service Access (OSA); Application Programming Interface (API); Parti 1: Overview

ETSI TS 129 198-1

 

UMTS Open Services Architecture Application Programming Interface – Parti 2

ETSI TR 129 998

 

4.2.   Aċċess għal faċilitajiet u servizzi tan-netwerk

L-ebda standard u/jew speċifikazzjoni ma hija inkluża f'din il-Lista ta' Standards, minħabba li l-ebda minnhom ma tqiesu li jissodisfaw il-kriterji stipulati fin-nota ta' spjegazzjoni.

4.3.   Interkonnessjoni.

Interfaces tekniċi u/jew karatteristiċi tas-servizz

Referenza

Noti

IPCablecom; Part 12: Internet Signalling Transport Protocol (ISTP)

ETSI TS 101 909-12

jiddefinixxi l-interface SS7 għas-Signalling Gateway ta' netwerk IPCablecom

IPCablecom; Part 23: Internet Protocol Access Terminal – Line Control Signalling (IPAT – LCS)

ETSI TS 101 909-23

jidentifika l-interface tas-sinjalizzazzjoni V5.2 għall-IPAT ta' netwerk IPCablecom

KAPITOLU V

5.   Servizzi u karatteristiċi

5.1.   Il-post fejn tkun qiegħda ssir it-telefonata

Interfaces tekniċi u/jew karatteristiċi tas-servizz

Referenza

Noti

Emergency location protocols (Protokolli li jindivdwaw il-post tas-sejħa waqt emerġenza)

ETSI TS 102 164

 

Location Services (LCS); Functional description; Stage 2 (UMTS)

ETSI TS 123 171

 

5.2.   Aspetti tax-xandir

Standards u/jew speċifikazzjonijiet tax-xandir li nstabu rilevanti huma inklużi fil-Kapitolu VIII.

5.3.   Avviż dwar it-Tariffa (Advice of charge, AoC)

L-ebda standard u/jew speċifikazzjoni ma hija inkluża f'din il-Lista ta' Standards, minħabba li l-ebda minnhom ma tqiesu li jissodisfaw il-kriterji stipulati fin-nota ta' spjegazzjoni.

5.4.   Servizzi ta' Tagħrif dwar id-Direttorju

Interfaces tekniċi u/jew karatteristiċi tas-servizz

Referenza

Noti

Assistenza kkompjuterizzata dwar id-direttorju

Rakkomandazzjoni ITU-E.115 (02/95)

Użata bħalissa biex timplimenta servizzi pubbliċi internazzjonali tad-direttorju

Servizzi pubbliċi internazzjonali tad-direttorju

Rakkomandazzjoni ITU-T F.510

Tajjeb ukoll għall-interkonnessjoni ta' databases tad-direttorji nazzjonali

Speċifikazzjoni Unifikata tad-Direttorju

Rakkomandazzjoni ITU-T F.515

 

5.5.   Rifjut tat-telefonati anonimi (Anonymous Call Rejected, ACR)

Minkejja l-ACR ġie standardizzat għan-netwerks PSTN/ISDN, huma xi ftit biss mill-implimentazzjonijiet kurrenti li jikkonformaw parzjalment ma' l-istandards u/jew l-ispeċifikazzjonijiet, u l-ACR ma ġiex standardizzati għan-netwerks GSM.

L-ebda standard u/jew speċifikazzjoni ma hija inkluża f'din il-Lista ta' Standards, minħabba li l-ebda minnhom ma tqiesu li jissodisfaw il-kriterji stipulati fin-nota ta' spjegazzjoni.

KAPITOLU VI

6.   Numerazzjoni u indirizzar

6.1.   Għażla u preselezzjoni tal-fornitur mobbli

L-ebda standard u/jew speċifikazzjoni ma hija inkluża f'din il-Lista ta' Standards, minħabba li l-ebda minnhom ma tqiesu bħala jissodisfaw il-kriterji stipulati fin-nota ta' spjegazzjoni.

6.2.   Portabilità tan-numru

L-ebda standard u/jew speċifikazzjoni ma hija inkluża f'din il-Lista ta' Standards, minħabba li l-ebda minnhom ma tqiesu li jissodisfaw il-kriterji stipulati fin-nota ta' spjegazzjoni.

KAPITOLU VII

7.   Kwalità tas-servizz (QoS)

Interfaces tekniċi u/jew karatteristiċi tas-servizz

Referenza

Noti

Definizzjonijiet ta' parametriu parametri tal-QoS relatati ma' l-utent measurements

Serje ETSI EG 202 057

(partijiet 1 sa 4)

 

Kwalità tas-servizzi tat-telekom

Serje ETSI EG 202 009

(partijiet 1 sa 3)

Parametri rilevanti għall-utenti

Definizzjonijiet tal-parametri tal-prestazzjonijiet għall- kwalità ta' applikazzjonijiet għat-trażmissjoni tat-taħdit li jużaw netwerks ta' l-IP.

Rakkomandazzjoni ITU-T G.1020 (Inkluż l-anness A)

 

Nota. Skond l-Artikoli 11 u 22 tad-Direttiva Servizz Universali, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, f'ċirkostanzi speċifikati, jistgħu jirrikjedu l-użu ta' ċerti standards u/jew speċifikazzjonijiet għal parametri tat-tul ta' żmien tal-forniment u tal-kwalità ta' servizz, definizzjonijiet u metodi ta' kejl. Dawn l-istandards u/jew speċifikazzjonijiet huma elenkati fl-Anness III tad-Direttiva.

7.1.   Grad tas-servizz

Interfaces tekniċi u/jew karatteristiċi tas-servizz

Referenza

Noti

Kategoriji multimedjali tal-QoS għall-utent aħħari

Rakkomandazzjoni ITU-T G.1010 (11/01)

 

7.2.   Miri tal-prestazzjoni tan-netwerk

Din il-Lista ta' Standards tinkludi biss standards u/jew speċifikazzjonijiet rilevanti għal servizzi bbażati fuq l-IP.

Interfaces tekniċi u/jew karatteristiċi tas-servizz

Referenza

Noti

Miri tal-prestazzjoni tan-netwerk għal servizzi bbażati fuq l-IP services

Rakkomandazzjoni ITU-T Y.1541 (inklużi l-Appendiċi X u l-Emendi 1 u 2)

Xi teknoloġiji jistgħu jkun jeħtieġu trattament speċjali għat-tolleranzi.

Kunċett u arkitettura tal-kwalità tas-servizz (QoS) architecture

ETSI TS 123 107

(3GPP TS 23.107)

Korrispondenza bejn ir-Rakkomandazzjoni ITU-T Y.1541 u l-Klassijiet TS 123 107 QoS

KAPITOLU VIII

8.   Servizzi tax-Xandir

8.1.   Interfaces ta' l-Applikazzjonijiet (Application Program Interfaces)

Interfaces tekniċi u/jew karatteristiċi tas-servizz

Referenza

Noti

Digital Video Broadcasting (DVB); Multimedia Home Platform (MHP) Specification 1.1.1

ETSI TS 102 812

verżjoni 1.2.1

Digital Video Broadcasting (DVB); Multimedia Home Platform (MHP) Specification 1.0.3

ETSI ES 201 812

verżjoni 1.1.1

preċedentement TS 101 812 v. 1.3.1

MHEG-5 Broadcast Profile

ETSI ES 202 184

verżjoni 1.1.1

8.2.   Standards u/jew speċifikazzjonijiet għall-ħolqien ta' kontenut interattiv tat-televixin

Interfaces tekniċi u/jew karatteristiċi tas-servizz

Referenza

Noti

WTVML, Speċifikazzjoni għal Microbrowser ħafif għal applikazzjonijiet interattivi tat-televixin, ibbażata fuq id-WML u kompatibbli miegħu

ETSI TS 102 322

verżjoni 1.1.1

8.3.   Xandir Diġitali

Interfaces tekniċi u/jew karatteristiċi tas-servizz

Referenza

Noti

Xandir Diġitali awjo (Digital Audio Broadcasting, DAB);

A Virtual Machine: DAB Java Specification

ETSI TS 101 993

 


(1)  ĠU C 71, 23.3.2006, p. 9.

(2)  ĠU L 186, 25.7.2003, p. 43.

(3)  Stabbilit skond l-Artikolu 22 tad-Direttiva Kwadru

(4)  Ara Artikolu 8.2 tad-Direttiva ta' Aċċess


Top