This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007D0011
Commission Decision of 20 December 2006 amending Commission Decision 2005/362/EC of 2 May 2005 approving the plan for the eradication of African swine fever in feral pigs in Sardinia, Italy (notified under document number C(2006) 6718)
Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l- 20 ta' Diċembru 2006 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/362/KE tat- 2 ta' Mejju 2005 li tapprova l-pjan għal qerda tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fi ħnieżer slavaġ f'Sardenja, l-Italja (notifikat bid-dokument numru C(2006) 6718)
Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l- 20 ta' Diċembru 2006 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/362/KE tat- 2 ta' Mejju 2005 li tapprova l-pjan għal qerda tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fi ħnieżer slavaġ f'Sardenja, l-Italja (notifikat bid-dokument numru C(2006) 6718)
ĠU L 7, 12.1.2007, p. 19–20
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 7, 12.1.2007, p. 17–17
(BG, RO)
ĠU L 219M, 24.8.2007, p. 5–6
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 06/02/2009
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32005D0362 | Sostituzzjoni | anness 1 | 20/12/2006 |
24.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
5 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
ta' l-20 ta' Diċembru 2006
li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/362/KE tat-2 ta' Mejju 2005 li tapprova l-pjan għal qerda tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fi ħnieżer slavaġ f'Sardenja, l-Italja
(notifikat bid-dokument numru C(2006) 6718)
(It-test bit-Taljan biss huwa awtentiku)
(2007/11/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE tas-27 ta' Ġunju 2002 li tistipula l-miżuri speċifiċi għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-ħnieżer u li temenda d-Direttiva 92/119/KEE fir-rigward tal-marda Teschen u d-deni Afrikan tal-ħnieżer (1) u b'mod partikulari l-Artikolu 16(1) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/362/KE tat-2 ta' Mejju 2005 li tapprova l-pjan għal qerda tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fi ħnieżer slavaġ f'Sardenja, l-Italja (2) tapprova l-pjan għall-qerda tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fi ħnieżer slavaġ fir-reġjun ta' Sardenja. |
(2) |
L-Italja infurmat lill-Kummissjoni dwar ir-riżultati ta' dan il-pjan u l-evoluzzjoni favorevoli ta' dik il-marda fit-territorju ta' Sardenja. |
(3) |
Għalhekk huwa adegwat li jiġu ddefiniti mill-ġdid ż-żoni differenti u b'mod partikulari ż-żona ta' riskju għoli fejn il-pjan ta' qerda se jkun implimentat fir-reġjun ta' Sardenja. |
(4) |
Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness I ta' din id-Deċiżjoni 2005/362/KE huwa mibdul bit-test fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Taljana.
Magħmul fi Brussell, 20 ta' Diċembru 2006.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 192, 20.7.2002, p. 27.
(2) ĠU L 118, 5.5.2005, p. 37.
ANNESS
“ANNESS I
Żoni fejn il-pjan ta' qerda se jiġi implimentat fir-reġjun ta' Sardenja, l-Italja
A. Żona infettata
It-territorju taż-żona msejħa Montarbu fil-provinċja ta' Nuoro li tinsab fuq parti mit-territorju tal-muniċipalitajiet ta' Arzana, Gairo, Osini, Seui u Ussassai.
B. Żona ta' riskju għoli
(a) |
Fil-provinċja ta' Nuoro: it-territorju tal-muniċipalitajiet ta' Aritzo, Arzana, Atzara, Austis, Bari Sardo, Baunei, Belvi, Bitti, Cardedu, Desulo, Dorgali, Elini, Fonni, Gadoni, Gairo, Galtelli, Girasole, Ilbono, Irgoli, Jerzu, Lanusei, Loceri, Loculi, Lotzorai, Lula, Meana Sardo, Onani, Onifai, Orgosolo, Orosei, Osidda, Osini, Ovodda, Seui, Sorgono, Talana, Tertenia, Teti, Tiana, Tonara, Tortoli, Triei, Ulassai, Uzulei, Ussassai u Villagrande Strisaili; |
(b) |
Fil-provinċja ta' Sassari: it-territorju tal-muniċipalitajiet ta' Ala' dei Sardi, Anela, Budduso', Bultei, Nughedu di San Nicolo' u Pattada. |
C. Żona ta' sorveljanza
It-territorju tar-reġjun ta' Sardenja minbarra ż-żoni kif imsemmija fil-punti A u B.”