This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006R1914
Commission Regulation (EC) No 1914/2006 of 20 December 2006 laying down detailed rules for applying Council Regulation (EC) No 1405/2006 laying down specific measures for agriculture in favour of the smaller Aegean islands
1914/2006/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1914/2006 tal- 20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 1405/2006 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer Eġej iżgħar
1914/2006/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1914/2006 tal- 20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 1405/2006 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer Eġej iżgħar
ĠU L 365, 21.12.2006, p. 64–75
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
ĠU L 312M, 22.11.2008, p. 234–245
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 06/03/2014; Imħassar b' 32014R0178
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repeal | 31993R2837 | ||||
Repeal | 31993R2958 | ||||
Repeal | 31993R3063 | ||||
Implicit repeal | 31994R2813 | 01/01/2007 | |||
Repeal | 31994R3175 | ||||
Implicit repeal | 31995R1961 | 01/01/2007 | |||
Implicit repeal | 31998R2782 | 01/01/2007 | |||
Implicit repeal | 32002R0780 | 01/01/2007 | |||
Implicit repeal | 32002R1020 | 01/01/2007 | |||
Repeal | 32002R1517 | ||||
Repeal | 32002R1999 | ||||
Implicit repeal | 32004R0205 | 01/01/2007 | |||
Repeal | 32004R2084 | ||||
Implicit repeal | 32005R2119 | 01/01/2007 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modified by | 32007R1273 | Emenda | artikolu 4.2 | 02/11/2007 | |
Modified by | 32007R1273 | Tlestija | artikolu 35 | 02/11/2007 | |
Modified by | 32007R1273 | Tlestija | artikolu 4.1 | 02/11/2007 | |
Modified by | 32007R1273 | Sostituzzjoni | artikolu 34 | 02/11/2007 | |
Modified by | 32007R1273 | Emenda | artikolu 4.1 | 02/11/2007 | |
Modified by | 32009R0318 | Sostituzzjoni | artikolu 34 | 21/04/2009 | |
Addition | 32012R0666 | artikolu 32 P.3 | 16/08/2012 | ||
Repealed by | 32014R0178 |
22.11.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
234 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1914/2006
tal-20 ta' Diċembru 2006
li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 1405/2006 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer Eġej iżgħar
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1405/2006 tat-18 ta’ Settembru 2006 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer Eġej iżgħar u jemenda Regolament (KE) 1782/2003 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,
Billi:
(1) |
B’rigward għat-tibdiliet introdotti permezz tar-Regolament (KE) 1405/2006 u l-esperjenza miksuba, u fl-interessi tat-tħaffif leġiżlattiv, ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2837/93 tat-18 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2019/93dwar il-manutenzjoni ta’ boski żgħar tas-siġar taż-żebbuġ f’żoni tradizjonalment iddedikati għat-tkabbir taż-żebbuġ (2), (KEE) Nru 2958/93 tas-27 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2019/93 dwar l-arranġamenti speċifiċi għall-provvista ta’ ċerti prodotti agrikoli (3), (KE) Nru 3063/93 tal-5 ta’ Novembru 1993 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2019/93 dwar l-iskema ta’ għajnuna għall-produzzjoni ta’ għasel ta’ kwalità speċifika (4), (KE) Nru 3175/94 tal-21 ta’ Diċembru 1994 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-arranġamenti speċifiċi għall-provvista ta’ prodotti taċ-ċereali lill-gżejjer Eġej iżgħar u li jistabbilixxi l-bilanċ imbassar tal-provvista (5), (KE) Nru 1517/2002 tat-23 ta’ Awwissu 2002 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2019/93 li jintroduċi miżuri speċifiċi għall-gżejjer Eġej iżgħar, dwar il-koltivazzjoni ta’ ċerti prodotti agrikoli, patata għall-konsum min-nies u patata taż-żerriegħa (6), (KE) Nru 1999/2002 tat-8 ta’ Novembru li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2019/93 dwar l-arranġamenti speċifiċi għall-assistenza għall-gżejjer Eġej iżgħar fir-rigward tal-vinji (7), u (KE) Nru 2084/2004tas-6 ta’ Diċembru 2004 li jidderoga mir-Regolament (KEE) Nru 2837/93 dwar il-perjodu għall-ħlas tal-assistenza għall-manutenzjoni ta’ boski tas-siġar taż-żebbuġ ġo żoni tradizjonalment iddedikati għall-koltivazzjoni taż-żebbuġ fil-gżejjer Eġej iżgħar (8), għandhom jiġu rrevokati u mibdula b’Regolament uniku li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1405/2006. |
(2) |
Regoli dettaljati għall-implimentazzjoni għandhom jiġu stabbiliti għall-arranġamenti speċifiċi dwar il-provvista u l-miżuri biex tingħata assistenza lill-prodotti agrikoli lokali, it-tnejn ipprovduti fir-Regolament (KE) Nru 1405/2006. |
(3) |
Regoli dettaljati għandhom jiġu stabbiliti għall-iffissar tal-ammont tal-assistenza għall-provvista ta’ prodotti taħt l-arranġamenti speċifiċi għall-provvista. Tali regoli għandhom jikkunsidraw l-ispejjeż addizzjonali tal-provvista għall-gżejjer Eġej iżgħar minħabba n-natura mbiegħda u insulari tagħhom, li tikkostitwixxi piż li jiżvantaġġahom bl-aħrax. |
(4) |
L-iskema tal-assistenza għall-provvista ta’ prodotti taħt l-arranġamenti speċifiċi għall-provvista għandha tiġi mmexxija permezz ta’ ċertifikat, imsejjaħ “ċertifikat tal-assistenza”, permezz tal-użu tal-liċenzja tal-importazzjoni. |
(5) |
Tmexxija tal-arranġamenti speċifiċi għall-provvista titlob l-introduzzjoni ta’ regoli dettaljati dwar il-ħruġ taċ-ċertifikat tal-assistenza li jidderogaw mir-regoli normali applikabbli għal liċenzji tal-importazzjoni taħt ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 tad-9 ta’ Ġunju 2000 li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u ċertifikati stabbiliti minn qabel għal prodotti agrikoli (9). |
(6) |
Tmexxija tal-arranġamenti speċifiċi għall-provvista għandha tippermetti li jiġu segwiti żewġ għanijiet. L-ewwel, għandha tippromwovi l-ħruġ ta’ malajr ta’ ċertifikati, b’mod partikolari billi ma titlobx aktar li titħalla garanzija bil-quddiem f’kull każ, u l-ħlas ta’ malajr tal-assistenza għall-provvisti ta’ prodotti. It-tieni, għandha tiggarantixxi l-kontroll u l-monitoraġġ tal-attivitajiet u tipprovdi lill-awtoritajiet amministrattivi l-istrumenti li jeħtieġu biex jaċċertaw li l-għanijiet tal-iskema qed jintlaħqu, dawn ikunu li tiġi żgurata provvista regolari ta’ ċerti prodotti agrikoli u li jiġu kkumpensati l-effetti tal-pożizzjoni ġeografika tal-ġżejjer Eġej iżgħar peress li jiġi żgurat li l-vantaġġi tal-iskema fil-fatt jingħataw fl-istadju fejn il-prodtti maħsuba għall-utenti finali jitqiegħdu fuq is-suq. |
(7) |
Wieħed minn dawk l-istrumenti jikkonsisti mir-reġistrazzjoni ta’ operaturi li jagħmlu attività ekonomika taħt l-arranġamenti speċifiċi għall-provvista. Operaturi rreġistrati huma intitolati għall-benefiċċju mill-arranġamenti, sakemm jissodisfaw l-obbligazzjonijiet stabbiliti mir-regoli tal-Komunità u dawk nazzjonali. L-applikanti għandhom ikunu intitolati għar-reġistrazzjoni sakemm jissodisfaw ċertu numru ta’ ħtiġijiet oġġettivi maħsuba biex jiffaċilitaw l-amministrazzjoni tal-iskema. |
(8) |
Ir-regoli dettaljati għall-amministrazzjoni tal-arranġamenti speċifiċi għall-provvista għandhom jiżguraw li, fil-qafas tal-kwantitajiet stabbiliti fil-bilanċi mbassra tal-provvista, operaturi reġistrati jiksbu ċertifikat għall-prodotti u l-kwantitajiet involuti fit-tranżazzjonijiet kummerċjali li jwettqu f’isimhom stess, fuq preżentazzjoni ta’ dokumenti li jiċċertifikaw li l-attività hi ġenwina u li l-applikazzjoni għal ċertifikat hu skont il-proċedura. |
(9) |
Monitoraġġ ta’ attivitajiet li jikkwalifikaw taħt l-arranġamenti speċifiċi għall-provvista jeħtieġ, inter alia, li tingħata prova li l-attività ta’ provvista koperta miċ-ċertifikat saret fi żmien qasir, u t-trasferiment tad-drittijiet u l-obbligi li jaqgħu fuq il-possessur taċ-ċertifikat inkwistjoni għandu jiġi pprojbit. |
(10) |
Il-benefiċċji mogħtija forma ta’ assistenza mill-Komunità għandhom jgħaddu lil oħrajn biex jiġu riflessi fl-ispejjeż tal-produzzjoni u fil-prezzijiet imħallsa mill-utenti finali. Għaldaqstant hemm bżonn ta' kontrolli biex jiġi żgurat li l-benefiċċji fil-fatt jgħaddu lil oħrajn. |
(11) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1405/2006 jistabbilixxi li prodotti koperti mill-arranġamenti speċifiċi għall-provvista jistgħu jiġu esportati lil pajjiżi terzi jew mibgħuta lill-kumplament tal-Komunità biss taħt ċerti kundizzjonijiet li għad iridu jiġu stabbiliti. Għalhekk għandhom jiġu stabbiliti regoli dettaljati. B’mod partikolari, jaqbel li jiġu stabbiliti l-kwantitajiet massimi ta’ prodotti pproċessati li jistgħu jkunu soġġetti għal esportazzjonijiet jew kunsinji tradizzjonali. |
(12) |
Biex jiġu protetti l-konsumaturi u l-interessi kummerċjali tal-operaturi, prodotti li mhumiex ta’ kwalità xierqa u tajba għall-bejgħ, fl-ambitu tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/1999 tal-15 ta’ April 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli (10), għandhom jiġu esklużi mill-arranġamenti speċifiċi għall-provvista mhux aktar tard miż-żmien meta jiġu mqiegħda fis-suq għall-ewwel darba u għandhom jittieħdu passi xierqa fejn ma tintlaħaqx din il-kundizzjoni. |
(13) |
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu r-regoli amministrattivi dettaljati meħtieġa biex jiġu żgurati t-tmexxija u l-monitoraġġ tal-arranġamenti speċifiċi għall-provvista. Barra minn hekk, biex jiġi żgurat li l-arranaġamenti jiġu kkontrollati sew, jinħtieġu regoli għall-ispeċifikazzjoni tal-kontrolli li għandhom jitwettqu. Għaldaqstant għandhom jiġu speċifikati penali amministrattivi biex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tal-mekkaniżmi implimentati. |
(14) |
Biex ikun jista’ jiġi stmat kif qegħdin jiġu implimentati l-arranġamenti, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jintalbu li jirrappurtaw lill-Kummissjoni regolarment. |
(15) |
Il-kontroll tal-applikazzjonijiet għall-assistenza u d-dokumenti li għandhom jiġu mehmuża biex tiġi stmata l-ġustifikazzjoni tagħhom għandu jiġi speċifikat għal kull skema għall-assistenza mmirata lejn il-produzzjoni lokali. |
(16) |
Għandu jkun possibbli li f’kull ħin jiġu emendati applikazzjonijiet għall-assistenza li fihom żbalji evidenti. |
(17) |
Id-dati tal-għeluq biex jiġu sottomessi u emendati applikazzjonijiet għall-assistenza għandhom jinżammu sabiex l-awtoritajiet nazzjonali jkunu jistgħu jipprogrammaw u sussegwentement jagħmlu kontrolli effettivi dwar il-korrettezza ta’ applikazzjonijiet għall-assistenza tal-produzzjoni lokali. Allura għandhom jiġu stabbiliti dati tal-għeluq li warajhom ma jistgħux jintlaqgħu aktar sottomissjonijiet. Barra minn dan, għandu jiġi applikat skont biex il-benefiċjarji jiġu inkoraġġiti jirrispettaw id-dati tal-għeluq. |
(18) |
Il-benefiċjarji għandhom jitħallew jirtiraw l-applikazzjonijiet tagħhom għall-assistenza tal-produzzjoni lokali jew partijiet minnhom f’kull ħin sakemm l-awtorità kompetenti tkun għadha ma infurmatx lill-koltivatur benefiċjarju dwar xi żbalji fl-applikazzjoni għall-assistenza jew ħabbret kontroll fuq il-post li juri żbalji fil-parti kkonċernata permezz tal-irtirar. |
(19) |
Konformità mar-regoli dwar skemi għall-assistenza mmexxija taħt is-sistema integrata tal-amministrazzjoni u tal-kontroll għandha tiġi monitorjata effettivament. Għal dan il-għan, il-kriterji u l-proċeduri tekniċi għaż-żamma ta’ kontrolli amministrattivi u fuq il-post għandhom jiġu spjegati fid-dettall. Fejn jixraq, il-Greċja għandha tisħaq li tikkombina d-diversi kontrolli taħt dan ir-Regolament ma’ dawk maħsuba taħt dispożizzjonijiet oħra Komunitarji. |
(20) |
In-numru minimu ta’ benefiċjarji li għandhom isirulhom kontrolli fuq il-post għandu jiġi ddeterminat.. |
(21) |
Il-kampjun għar-rata minima ta’ kontrolli fuq il-post għandu jintgħażel parzjalment fuq il-bażi ta’ analiżi tar-riskju u parzjalment bix-xorti. Il-fatturi prinċipali li għandhom jiġu kkunsidrati għall-analiżi tar-riskju għandhom jiġu speċifikati. |
(22) |
Fejn jinsabu irregolaritajiet sinifikattivi, ir-rata ta’ kontrolli fuq il-post għandha tiżdied waqt is-sena kurrenti u ta’ wara sabiex jintlaħaq livell aċċettabbli ta’ assigurazzjoni li l-applikazzjonijiet għall-assistenza kkonċernati huma korretti. |
(23) |
Biex kontrolli fuq il-post ikunu effettivi huwa importanti li l-ispetturi jiġu infurmati dwar ir-raġunijiet għaliex il-benefiċjarji kkonċernati ntgħażlu għal prova fuq il-post. Il-Greċja għandha żżomm dokumenti dwar din l-informazzjoni. |
(24) |
Sabiex l-awtoritajiet nazzjonali u kwalunkwe awtorità Komunitarja kompetenti jitħallew isegwu l-kontrolli esegwiti fuq il-post, id-dettalli dwar il-kontrolli għandhom jiġu rreġistrati ġo rapport dwar l-ispezzjoni. Il-benefiċjarji jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom jingħataw l-opportunità li jiffirmaw ir-rapport. Madankollu, fil-każ ta’ provi permezz ta’ sensing mill-bogħod, il-Greċja għandha titħalla tipprovdi għal dan id-dritt biss f’każi fejn il-prova tikxef irregolaritajiet. Barra minn hekk, mingħajr kas għat-tip ta’ prova fuq il-post li tinżamm, il-benefiċjarju għandu jirċievi kopja tar-rapport jekk jinsabu irregolaritajiet. |
(25) |
Biex l-interessi finanzjarji tal-Komunità jiġu mħarsa effettivament, għandhom jiġu adottati miżuri adegwati biex jikkumbattu l-irregolaritajiet u l-frodi. |
(26) |
Riduzzjonijiet u esklużjonijiet għandhom jiġu ddeterminati skont il-prinċipju ta’ proporzjonalità u l-problemi speċjali li jinqalgħu f’każi ta’ force majeure, ċirkostanzi eċċezzjonali u diżastri naturali. Tali riduzzjonijiet u esklużjonijiet għandhom jiġu ggradati skont is-serjetà tal-irregolarità kommessa u għandhom jaslu sal-esklużjoni totali minn skema waħda jew bosta skemi għall-assistenza tal-produzzjoni lokali għal perjodu speċifikat. |
(27) |
Bħala regola ġenerali, riduzzjonijiet u esklużjonijiet ma għandhomx jiġu applikati fejn il-benefiċjarji ssottomettew informazzjoni fattwalment korretta jew jistgħu juru b’mod ieħor li ma għandhomx tort. |
(28) |
Il-benefiċjarji li jinnotifikaw l-awtoritajiet kompetenti f’kull ħin dwar applikazzjonijiet għall-assistenza inkorretti ma għandhomx ikunu soġġetti għal riduzzjonijiet jew esklużjonijiet, bla kas għar-raġuni tal-inkorrettezza, ġaladarba l-koltivatur benefiċjarju kkonċernat ma ġiex infurmat bl-intenzjoni tal-awtorità kompetenti li jwettaq kontroll fuq il-post u sakemm l-awtorità mhux diġà infurmat lill-benefiċjarju dwar kwalunkwe irregolarità fl-applikazzjoni. |
(29) |
Riduzzjonijiet u esklużjonijiet stipulati f'dan ir-Regolament għandhom jiġu applikati bla ħsara għal penali addizzjonali taħt kwalunkwe dispożizzjonijiet oħra tal-liġi nazzjonali. |
(30) |
Il-benefiċjarji li ma jistgħux jissodisfaw l-obbligi stipulati taħt ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-programmi b’konsegwenza ta’ force majeure jew ċirkostanzi eċċezzjonali ma għandhomx jitilfu d-dritt tagħhom għall-assistenza. |
(31) |
Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-prinċipju ta’ bona fide fost il-Komunità, fejn jiġu rkuprati ammonti mħallsa meta mhux meħtieġ, il-kundizzjonijiet li taħthom dak il-prinċipju jista’ jiġi invokat għandu jiġi stabbilit bla ħsara għat-trattament tal-infiq ikkonċernat fil-kuntest tal-ikklerjar ta’ kontijiet |
(32) |
Bħala regola ġenerali, il-Greċja għandha tieħu kwalunkwe miżuri addizzjonali meħtieġa biex jiġi żgurat li dan ir-Regolament jiġi implimentat kif suppost. |
(33) |
Fejn xieraq, il-Kummissjoni għandha tiġi infurmata bi kwalunkwe miżuri meħuda mill-Greċja biex jiġu implimentati l-iskemi tal-assistenza stipulati f’dan ir-Regolament. Sabiex tgħin lill-Kummissjoni timmonitorizza effettivament, il-Greċja għandha tibagħtilha regolarment ċerti statistiċi dwar l-iskemi tal-assistenza. |
(34) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija għall-Ħlasijiet Diretti |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
TITOLU I
AMBITU U DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 1
Ambitu
Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1405/2006, b’mod partikolari fir-rigward tal-programm relatat ma’ arranġamenti speċifiċi dwar il-provvista għall-gżejjer Eġej iżgħar kif stipulat fil-Kapitolu II ta’ dak ir-Regolament u miżuri biex jingħata appoġġ lill-produzzjoni lokali ġo dawk il-gżejjer kif stipulat fil-Kapitolu III ta’ dak ir-Regolament.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:
(a) |
“gżejjer iżgħar” tfisser kwalunkwe gżejjer fil-Baħar Eġew minbarra l-gżejjer ta’ Kreta u Evia; |
(b) |
“awtoritajiet kompetenti” tfisser l-awtoritajiet appuntati mill-Greċja biex jiġi implimentat dan ir-Regolament; |
(c) |
“programm” tfisser il-programm ta’ appoġġ imsemmi fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1405/2006. |
TITOLU II
ARRANĠAMENTI SPEĊIFIĊI GĦALL-PROVVISTA
KAPITOLU 1
Bilanċ imbassar tal-provvista
Artikolu 3
Stabbiliment u għoti ta’ assistenza
1. Biex jiġi applikat l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1405/2006, il-Greċja għandha tiddetermina fil-kuntest tal-programm l-ammont ta’ assistenza li għandha tingħata bħala kumpens għad-distanza, l-insularità u l-lok imbiegħed, b’kunsiderazzjoni għal:
(a) |
il-ħtiġijiet speċifiċi tal-gżejjer iżgħar u l-ħtiġijiet preċiżi tal-kwalità; |
(b) |
il-flussi tradizzjonali tal-kummerċ ma’ portijiet fl-art prinċipali tal-Greċja u bejn il-gżejjer fil-Baħar Eġew; |
(c) |
l-aspett ekonomiku tal-assistenza proposta; |
(d) |
fejn applikabbli, il-ħtieġa li ma jiġix imifxkel l-iżvilupp ta’ prodotti lokali. |
(e) |
fir-rigward ta’ spejjeż speċifiċi addizzjonali tat-trasport, l-ispejjeż intermedjarji għat-tagħbija mill-ġdid involuti fil-provvista ta’ oġġetti lill-gżejjer iżgħar; |
(f) |
fir-rigward tal-ispejjeż speċifiċi addizzjonali involuti fl-ipproċessar lokali, id-daqs żgħir tas-suq u l-ħtieġa li tiġi ggarantita s-sigurtà tal-provvista għal oġġetti fil-gżejjer iżgħar ikkonċernati. |
2. Ma għandha tingħata ebda assistenza għall-provvista ta’ prodotti ġo gżira iżgħar li diġà gawdiet mill-arranġamenti speċifiċi għall-provvista ġo gżira oħra iżgħar.
KAPITOLU II
Ċertifikat tal-assistenza, ħlas, reġistru, utent finali, kwalità u sigurtajiet
Artikolu 4
Ċertifikat tal-assistenza u ħlas
1. L-assistenza stipulata fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) 1405/2006 għandha titħallas mal-preżentazzjoni ta’ ċertifikat, li minn issa jissejjaħ “ċertifikat tal-assistenza”, li għandu jintuża kompletament u għandu jkun akkumpanjat mill-fattura tax-xiri u l-oriġinal jew kopja ċċertifikata tal-polza ta' kargu jew polza tal-ajru.
Il-preżentazzjoni ta’ ċertifikat tal-assistenza lill-awtoritajiet kompetenti tkun ekwivalenti għall-applikazzjoni tal-assistenza. Ħlief f’każi ta’ force majeure jew aberrazzjonijiet klimatiċi, iċ-ċertifikati għandhom jiġu ppreżentati mhux aktar tard minn 30 ġurnata mid-data li fiha jitħallsu. Meta tinqabeż dik id-data tal-għeluq, l-assistenza titnaqqas b’5 % għal kull ġurnata ta' dewmien.
L-assistenza għandha titħallas mill-awtoritajiet kompetenti mhux aktar tard minn 90 ġurnata wara d-data li fiha jiġi ddepożitat iċ-ċertifikat tal-assistenza użat, ħlief f’wieħed minn dawn il-każi:
(a) |
force majeure jew aberrazzjoni klimatika; |
(b) |
meta tkun infetħet inkjesta amministrattiva dwar id-dritt għall-assistenza; f’tali każi, il-ħlas għandu jsir biss wara li jiġi rikonoxxut id-dritt. |
2. Ċertifikati tal-assistenza għandhom jinkitbu fuq bażi tal-kampjun tal-liċenzja tal-importazzjoni deskritt fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000.
L-Artikoli 8(5), 13, 15, 17, 18, 21, 23, 26, 27, 29 sa 33 u 36 sa 41 tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000 għandhom japplikaw, mutatis mutandis, bla ħsara għal dan ir-Regolament.
3. Iċ-“ċertifikat tal-assistenza” inizjali għandu jiġi stampat jew ittimbrat fil-kaxxa 20 (dettalji speċjali) taċ-ċertifikat.
4. Il-kaxex 7 u 8 taċ-ċertifikat għandhom jiġu ingassati.
5. Il-kaxxa 12 taċ-ċertifikati tal-assistenza għandhom juru l-aħħar ġurnata tal-validità.
6. L-ammont tal-assistenza applikabbli għandha tkun dik fis-seħħ fil-ġurnata li fiha ntefgħet l-applikazzjoni għaċ-ċertifikat tal-assistenza.
7. L-awtorità kompetenti għandha toħroġ ċertifikati tal-assistenza fuq talba tal-partijiet ikkonċernati, soġġetti għal-limiti tal-bilanċi mbassra tal-provvista.
Artikolu 5
Għoti tal-vantaġġ lill-utent finali
1. Għall-fini tal-applikazzjoni ta’ dan it-Titlu:
(a) |
il-“vantaġġ” imsemmi fl-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1405/2006 ifisser l-għoti ta’ assistenza Komunitarja stipulata f’dak ir-Regolament; |
(b) |
“utent finali” jfisser
|
2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu l-passi xierqa kollha biex jivverifikaw li l-vantaġġ jgħaddi verament għand l-utent finali. Biex jagħmlu dan jistgħu jivvalutaw il-marġini tan-negozju u l-prezzijiet applikati mid-diversi operaturi kkonċernati.
Il-miżuri msemmija fl-ewwel sottoparagrafu, u b’mod partikolari l-punti tal-kontroll użati biex jiġi ddeterminat jekk l-assistenza ġietx trasferita, u xi emendi li jsiru, għandhom jiġu notifikati lill-Kummissjoni fil-kuntest tar-rapport stipulat fl-Artikolu 33.
Artikolu 6
Reġistru ta’ operaturi
1. Ċertifikati tal-assistenza għandhom jinħarġu biss lil operaturi mniżżla ġo reġistru li jinżamm mill-awtoritajiet kompetenti (minn issa msejjaħ “ir-reġistru”).
2. Kwalunkwe operatur stabbilit fil-Komunità jista’ japplika biex jitniżżel fir-reġistru..
Dħul fir-reġistru għandu jkun soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
l-operaturi għandu jkollhom il-mezzi, l-istrutturi u l-awtorizzazzjonijiet legali meħtieġa biex jagħmlu l-attivitajiet tagħhom u għandhom, b’mod partikolari, ikunu konformi mal-obbligi tagħhom rigward il-kontabilità kummerċjali kif jixraq u t-tassazzjoni; |
(b) |
l-operaturi jridu jkunu jistgħu jiggarantixxu li l-attivitajiet tagħhom jitwettqu fil-gżejjer iżgħar. |
(c) |
fil-kuntest tal-arranġamenti speċifiċi tal-provvista għall-gżejjer iżgħar, u b’konformità mal-għanjiet ta’ dawk l-arranġamenti, l-operaturi għandhom jimpenjaw ruħhom li:
|
3. L-operaturi li għandhom il-ħsieb li jibagħtu lill-kumplament tal-Komunità jew li jesportaw lil pajjiżi terzi prodotti pproċessati jew mhux ipproċessati taħt il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 13 għandhom, meta japplikaw għad-dħul fir-reġistru jew wara, jiddikjaraw l-intenzjoni tagħhom li jsegwu din l-attività u jindikaw is-sit tal-impjant tal-imballaġġ fejn applikabbli.
4. Il-proċessuri li għandhom il-ħsieb li jesportaw lil pajjiżi terzi jew jibagħtu lill- Komunità prodotti pproċessati jew mhux ipproċessati taħt il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 13 jew 14 għandhom, meta japplikaw għad-dħul fir-reġistru jew wara, jiddikjaraw l-intenzjoni tagħhom li jsegwu din l-attività, jindikaw is-sit tal-impjant tal-ipproċessar u, fejn applikabbli, jipprovdu listi analitiċi tal-prodotti pproċessati.
Artikolu 7
Dokumenti li għandhom jiġu ppreżentati mill-operaturi u validità ta’ ċertifikati tal-assistenza
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jaċċettaw l-applikazzjoni għal ċertifikat tal-assistenza ppreżentata mill-operaturi għal kull kunsinna, sakemm ikunu akkumpanjati mill-fattura oriġinali jew kopja ċċertifikata.
Il-fattura, il-polza ta' kargu jew il-polza tal-ajru għandha tinħareġ f’isem l-applikant.
2. Il-perjodu tal-validità taċ-ċertifikati għandu jkun 45 ġurrnata. Il-perjodu tal-validità jista’ jiġi estiż mill-awtorità kompetenti f’każi speċjali fejn diffikultajiet serji u mhux previsti jaffettwaw iż-żmien għat-trasport, imma ma jistax jaqbeż ix-xahrejn mid-data li fiha nħareġ iċ-ċertifikat.
Artikolu 8
Preżentazzjoni ta’ ċertifikati u prodotti; nuqqas ta’ trasferibilità ta’ ċertifikati
1. Għall-merkanzija koperta mill-arranġamenti speċifiċi għall-provvista għandhom jiġu ppreżentati ċertifikati tal-provvista lill-awtoritajiet appuntati mhux aktar tard minn 15-il ġurnata ta’ xogħol mid-data li tinħatt il-merkanzija. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jnaqqsu dan iż-żmien massimu.
2. Il-merkanzija għandha tiġi ppreżentata bl-ingrossa jew f’lottijiet separati li jikkorrispondu għaċ-ċertifikat ippreżentat.
3. Ċertifikati tal-assistenza ma għandhomx ikunu trasferibbli
Artikolu 9
Kwalità tal-prodotti
Prodotti ta’ kwalità tajba u li jinbiegħu pjuttost faċilment biss, taħt it-tifsira tal-Artikolu 21(1) tar-Regolament (KE) Nru 800/1999, jistgħu jikkwalifikaw għall-arranġamenti speċifiċi għall-provvista.
Il-konformità tal-prodotti mal-ħtiġijiet stabbiliti fl-ewwel paragrafu għandha tiġi eżaminata mhux aktar tard mill-istadju tal-ewwel tqegħid fis-suq, b’konformità mal-istandards jew il-prattiċi fis-seħħ fil-Komunità.
Fejn prodott jiġi kkunsidrat li ma jissodisfax il-ħtiġijiet stabbiliti fl-ewwel paragrafu, id-dritt taħt l-arranġamenti speċifiċi għall-provvista għandu jitneħħa u l-kwantità korrispondenti għandha terġa’ tiġi attribwita lill-bilanċ imbassar tal-provvista. Fejn ingħatat l-assistenza b’konformità mal-Artikolu 4, l-assistenza għandha tiġi mħallsa lura.
Artikolu 10
Depożitu ta’ garanzija
Ebda garanzija ma għandha tintalab meta ssir applikazzjoni għal ċertifikati tal-assistenza.
Madankollu, f’każijiet speċjali u sal-punt meħtieġ biex tiġi żgurata l-applikazzjoni xierqa ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu li titpoġġa garanzija ekwivalenti għall-vantaġġ mogħti. F’tali każijiet, għandhom japplikaw l-Artikolu 35(1) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000.
Artikolu 11
Żidiet sinifikattivi fl-applikazzjonijiet għal ċertifikati tal-assistenza
1. Jekk l-istat tal-eżekuzzjoni ta’ bilanċ imbassar tal-provvista jindika żieda sinifikattiva fl-applikazzjonijiet għal ċertifikati tal-assistenza għal prodott speċifikat li tista’ tipperikola l-ksib ta’ wieħed jew aktar mill-għanijiet tal-arranġamenti speċifiċi għall-provvista, il-Greċja għandha tieħu l-passi kollha meħtieġa biex tiżgura li l-gżejjer iżgħar ikunu fornuti bi prodotti essenzjali, meta wieħed jikkunsidra l-provvista u l-ħtiġijiet tas-setturi prijoritarji.
2. Fil-każ ta’ restrizzjonijiet fuq il-ħruġ ta’ ċertifikati, l-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw fuq l-applikazzjonijiet kollha pendenti persentaġġ ta’ tnaqqis uniformi.
Artikolu 12
L-iffissar ta’ kwantità massima għal kull applikazzjoni għal ċertifikat
Sakemm ikun strettament meħtieġ biex jiġi evitat ċaqliq fis-suq fil-gżejjer iżgħar, jew l-insegwiment ta’ azzjonijiet spekulattivi li kapaċi jkunu preġudizzjali għall-funzjonament tajjeb tal-arranġamenti speċifiċi għall-provvista, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu kwantità massima għal kull applikazzjoni għal ċertifikat.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni immedjatament bid-drabi meta dan l-Artikolu jiġi applikat.
KAPITOLU III
Esportazzjoni lil pajjiżi terzi u kunsinna lill-kumplament tal-komunità
Artikolu 13
Kundizzjonijiet tal-esportazzjoni jew tal-kunsinna
1. L-esportazzjoni u l-kunsinna ta’ prodotti mhux ipproċessati li bbenefikaw mill-arranġamenti speċifiċi għall-provvista, jew prodotti imballati jew ipproċessati li fihom prodotti li bbenefikaw mill-arranġamenti speċifiċi għall-provvista, għandhom ikunu soġġetti għall-ħtiġijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 3.
2. Kwantitajiet ta’ prodotti li bbenefikaw mill-assistenza u jiġu esportati jew ikkunsinnati għandhom jerġgħu jiġu attribwiti għall-bilanċ imbassar tal-provvista u l-assistenza mogħtija għandha tiġi mħallsa lura mill-esportatur jew il-kunsinnatur mhux aktar tard minn meta dawn jiġu esportati jew ikkunsinnati.
Dawk il-prodotti ma jistgħux jiġu kkunsinnati jew esportati sakemm isir il-ħlas lura msemmi fl-ewwel sottoparagrafu.
Fejn ikun impossibbli li jiġi stabbilit l-ammont ta’ assistenza mogħtija, il-prodotti għandhom jiġu meqjusa li rċevew l-ogħla rata ta’ assistenza stabbilita mill-Komunità għal tali prodotti waqt il-perjodu ta’ sitt xhur qabel is-sottomissjoni tal-applikazzjoni għall-esportazzjoni jew kunsinna.
Tali prodotti jistgħu jibbenefikaw minn rifużjoni, ġaladarba jintlaħqu l-kriterji għall-għoti ta’ tali rifużjoni.
3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jawtorizzaw l-esportazzjoni jew il-kunsinna ta’ kwantitajiet ta’ prodotti pproċessati minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 2 u fl-Artikolu 14 biss fejn il-proċessur jew l-esportatur jiċċertifika li l-prodotti kkonċernati ma fihomx materji primi introdotti taħt l-arranġamenti speċifiċi għall-provvista.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jawtorizzaw l-esportazzjoni mill-ġdid jew il-kunsinna mill-ġdid ta’ prodotti mhux ipproċessati jew prodotti imballati minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 2 biss fejn il-kunsinnatur jiċċertifika li dawk il-prodotti ma bbenefikawx minn arranġamenti speċifiċi għall-provvista.
L-awtoritajiet għandhom iwettqu l-kontrolli meħtieġa biex jiżguraw l-eżattezza taċ-ċertifikati msemmija fl-ewwel u t-tieni sottoparagrafi u għandhom, jekk meħtieġ, jirkupraw il-vantaġġ.
Artikolu 14
Esportazzjonijiet tradizzjonali u kunsinni tradizzjonali ta’ prodotti pproċessati
1. Proċessuri li ddikjaraw, b’konformità mal-Artikolu 6(4), li għandhom l-intenzjoni jesportaw fil-kuntest ta’ flussi kummerċjali tradizzjonali jew li jikkunsinnaw fil-kuntest ta’ flussi kummerċjali tradizzjonali, imsemmija fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1405/2006, prodotti pproċessati li fihom materji primi li bbenefikaw minn arranġamenti speċifiċi għall-provvista jistgħu jagħmlu dan fil-limiti tal-kwantitajiet annwali indikati fil-programm approvat u ppreżentat b’konformità mal-kampjun stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu l-awtorizzazzjonijiet meħtieġa f’tali mod li jiżguraw li t-tranżazzjonijiet ma jeċċedux dawk il-kwantitajiet annwali.
2. L-esportazzjoni ta’ prodotti msemmija f’dan l-Artikolu ma għandhiex tkun soġġetta għall-preżentazzjoni ta’ liċenzja tal-esportazzjoni.
KAPITOLU IV
Kontrolli u penali
Artikolu 15
Provi
1. Il-kontrolli amministrattivi mwettqa mad-dħul, l-esportazzjoni u l-kunsinna ta’ prodotti agrikoli għandhom ikunu eżawrjenti u għandhom jinvolvu kontrolli tal-eżattezza mad-dokumenti msemmija fl-Artikolu 7(1).
2. Il-kontrolli fiżiċi mwettqa fil-gżejjer iżgħar mad-dħul, l-esportazzjoni u l-kunsinna ta’ prodotti agrikoli għandhom jinvolvu kampjun rappreżentattiv li jammonta għal mill-anqas 5 % taċ-ċertifikati ppreżentati b’konformità mal-Artikolu 8.
Kontrolli fiżiċi għandhom jitwettqu, mutatis mutandis, b’konformità mal-proċeduri stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 386/90 (11).
F’każi speċjali l-Kummissjoni tista’ titlob li kontrolli fiżiċi jkopru persentaġġi differenti.
Artikolu 16
Penali
1. Minbarra f’każi ta’ force majeure jew aberrazzjonijiet klimatiċi, jekk operatur ifalli li jikkonforma mal-ħtiġijiet tal-Artikolu 6, u bla ħsara għal kwalunkwe penali applikabbli taħt il-liġi nazzjonali, l-awtoritajiet kompetenti għandhom:
(a) |
jirkupraw il-vantaġġ mogħti mingħand il-possessur taċ-ċertifikat tal-assistenza; |
(b) |
temporanjament jissospendu jew jirrevokaw ir-reġistrazzjoni tal-operatur, skont is-serjetà tal-ksur ta’ liġi. |
Il-vantaġġ imsemmi fil-punt (a) għandu jkun ugwali għall-ammont tal-assistenza ddeterminata b’konformità mal-Artikolu 13(2).
2. Minbarra f’każi ta’ force majeure jew aberrazzjonijiet klimatiċi, fejn possessuri ta’ ċertifikat ma jwettqux id-dħul ippjanat, id-dritt tagħhom biex japplikaw għal ċertifikati għandu jiġi sospiż għal perjodu ta’ 60 ġurnata wara l-iskadenza ta’ dak iċ-ċertifikat. Wara l-perjodu ta’ sospenzjoni, il-ħruġ ta’ ċertifikati sussegwenti għandu jkun soġġett għad-depożitu ta’ garanzija ugwali għall-ammont tal-vantaġġ li għandu jingħata waqt perjodu li għandu jiġi ddeterminat mill-awtoritajiet kompetenti.
3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa biex jerġgħu jużaw kwalunkwe kwantitajiet ta’ prodotti li jsiru disponibbli bħala riżultat tan-noneżekuzzjoni, l-eżekuzzjoni parzjali jew it-tħassir taċ-ċertifikati maħruġa jew l-irkuprar tal-vantaġġ.
KAPITOLU V
Dispożizzjonijiet nazzjonali
Artikolu 17
Regoli nazzjonali tat-tmexxija u tal-monitoraġġ
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jadottaw ir-regoli addizzjonali meħtieġa biex imexxu u jimmonitorizzaw l-arranġamenti speċifiċi għall-provvista f’ħin attwali.
Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe miżuri li biħsiebhom jimplimentaw konformi mal-ewwel paragrafu, qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dawk il-miżuri.
TITOLU III
MIŻURI GĦALL-ASSISTENZA TA’ PRODOTTI LOKALI
KAPITOLU I
Għajnuna għall-assistenza ta’ prodotti lokali
Artikolu 18
Ammont ta’ assistenza
1. L-ammont ta’ assistenza mogħti taħt il-miżuri għall-assistenza tal-produzzjoni lokali kif stipulat fil-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 1405/2006 għandu jkun fil-limiti massimi stabbiliti fl-Artikolu 12 ta' dak ir-Regolament.
2. Il-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ assistenza, il-linji tal-produzzjoni agrikola u l-ammonti kkonċernati għandhom jiġu speċifikati fil-programm approvat b’konformità mal-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1405/2006.
KAPITOLU II
Applikazzjonijiet għall-assistenza u ħlas tal-assistenza
Artikolu 19
Sottomissjoni ta’ applikazzjonijiet
Applikazzjonijiet għall-assistenza ta’ sena għandhom jiġu sottomessi fl-uffiċċju speċifikat mill-awtoritajiet kompetenti tal-Greċja b’konformità mal-kampjuni stabbiliti minn dawn tal-aħħar u fil-perjodu li jkunu stabbilew. Dawk il-perjodi għandhom jiġu stabbiliti biex iħallu żmien għall-kontrolli meħtieġa fuq il-post u ma għandhomx jaqbżu t-28 ta’ Frar tas-sena ta’ wara.
Artikolu 20
Korrezzjoni ta’ żbalji evidenti
Applikazzjoni għall-assistenza tista’ tiġi rrettifikata fi kwalunkwe ħin wara s-sottomissjoni tagħha fejn jiġi identifikat żball evidenti mill-awtorità kompetenti.
Artikolu 21
Sottomissjoni ta’ applikazzjonijiet tard
Ħlief f’każi ta’ force majeure u ċirkostanzi eċċezzjonali, sottomissjoni ta’ applikazzjoni għall-assistenza wara ż-żmien limitu stabbilit b’konformità mal-Artikolu 19 għandha twassal għal tnaqqis ta’ 1 % kull ġurnata xogħol fl-ammonti li għalih il-benefiċjarju kien ikun intitolat jekk l-applikazzjoni għall-assistenza ġiet mitfugħa fiż-żmien limitu. Jekk id-dewmien jammonta għal aktar minn 25 ġurnata, l-applikazzjoni għandha tiġi kkunsidrata inammissibbli.
Artikolu 22
Irtirar ta’ applikazzjonijiet għall-assistenza
1. Applikazzjoni għall-assistenza tista’ tiġi rtirata totalment jew parzjalment fi kwalunkwe ħin.
Madankollu, fejn l-awtorità kompetenti tkun diġà infurmat lill-benefiċjarju dwar irregolaritajiet fl-applikazzjoni għall-assistenza jew tkun avżat lill-benefiċjarju dwar l-intenzjoni tagħha li twettaq kontroll fuq il-post u dan il-kontroll juri irregolaritajiet, l-irtirar ma għandux jiġi awtorizzat għall-partijiet tal-applikazzjoni għall-assistenza affettwati minn dawk l-irregolaritajiet.
2. Irtirar taħt il-paragrafu 1 għandu jitfa’ l-applikant lura fis-sitwazzjoni ta’ qabel is-sottomissjoni tal-applikazzjoni għall-assistenza jew parti tal-applikazzjoni għall-assistenza inkwistjoni.
3. Mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu ta’ kull sena għandha ssir analiżi tal-applikazzjonijiet għall-assistenza rtirati għas-sena ta’ qabel biex jiġu identifikati l-kawżi prinċipali u tendenzi potenzjali fuq livell lokali.
Artikolu 23
Ħlas ta’ assistenza
Wara li jivverifikaw l-applikazzjonijiet għall-assistenza u d-dokumenti sostenituri rilevanti, u li jikkalkulaw l-ammonti li għandhom jingħataw taħt il-miżuri ta' appoġġ stipulati fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1405/2006, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iħallsu l-assistenza għal sena waqt il-perjodu:
— |
f’każ ta’ pagamenti diretti, b’konformità mal-Artikolu 28 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 (12), u |
— |
f’każ ta’ pagamenti oħra, waqt il-perjodu li jibda fis-16 ta’ Ottubru tas-sena kurrenti u jispiċċa fit-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara. |
KAPITOLU III
Kontrolli
Artikolu 24
Prinċipji ġenerali
Il-verifika għandha ssir permezz ta’ kontrolli amministrattivi u fuq il-post.
Kontrolli amministrattivi għandhom ikunu eżawrjenti u għandhom jinkludu kontrolli eżatti ma’, inter alia, data mis-sistema integrata tal-amministrazzjoni u tal-kontroll stipulata fil-Kapitolu 4 tat-Titolu II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 (13).
Fuq il-bażi ta’ analiżi tar-riskju b’konformità mal-Artikolu 26(1), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu kontrolli fuq il-post permezz tat-teħid ta’ kampjuni ta’ mill-anqas 5 % tal-applikazzjonijiet għall-assistenza. Il-kampjun għandu wkoll jirrappreżenta mill-anqas 5 % tal-ammonti koperti mill-assistenza.
Fil-każijiet kollha xierqa, il-Greċja għandha tagħmel użu mis-sistema integrata tal-amministrazzjoni u tal-kontroll.
Artikolu 25
Kontrolli fuq il-post
1. Kontrolli fuq il-post ma għandhomx jiġu mħabbra. Madankollu, sakemm l-għan tal-kontroll ma jiġix kompromess, jista’ jingħata avviż bil-quddiem limitat għall-minimu meħtieġ. Tali avviż ma għandux jaqbeż it-48 siegħa, minbarra f’każijiet ġustifikati b’mod korrett.
2. Fejn applikabbli, il-kontrolli fuq il-post stipulati f’dan il-Kapitolu għandhom isiru f’konġunzjoni ma’ kwalunkwe kontrolli oħra stipulati fil-leġiżlazzjoni Komunitarja.
3. L-applikazzjoni jew applikazzjonijiet għall-assistenza kkonċernati għandhom jiġu rifjutati jekk il-benefiċjarji jew ir-rappreżentanti tagħhom jimpedixxu li jsir kontroll fuq il-post.
Artikolu 26
Għażla ta’ benefiċjarji li għandhom jiġu soġġetti għal kontrolli fuq il-post
1. Il-benefiċjarji għandhom jintgħażlu biex isirulhom kontrolli fuq il-post mill-awtorità kompetenti fuq il-bażi ta’ analiżi tar-riskju u r-rappreżentattività tal-applikazzjonijiet għall-assistenza sottomessi. L-analiżi tar-riskju għandu, kif jixraq, jikkunsidra:
(a) |
l-ammont ta’ assistenza; |
(b) |
in-numru ta’ pakketti agrikoli u s-superfiċje kopert mill-applikazzjoni għall-assistenza, jew il-kwantità prodotta, trasportata, ipproċessata jew mibjugħa; |
(c) |
tibdiliet mis-sena ta’ qabel; |
(d) |
is-sejbiet minn kontrolli li saru fis-snin preċedenti; |
(e) |
parametri oħra li għandhom jiġu definiti mill-Greċja. |
Biex jiġi pprovdut l-element ta’ rappreżentattività, il-Greċja għandha tagħżel bix-xorti bejn 20 % u 25 % tan-numru minimu ta’ benefiċjarji li għandhom ikunu soġġetti għal kontrolli fuq il-post.
2. L-awtorità kompetenti għandha żżomm dokumenti dwar ir-raġunijiet għaliex benefiċjarji speċifiċi intgħażlu għal kontrolli fuq il-post. L-ispettur li jwettaq il-kontroll fuq il-post għandu jiġi infurmat b’dawk ir-raġunijiet qabel ma jibda l-kontroll.
Artikolu 27
Rapport dwar l-ispezzjoni
1. Kull kontroll fuq il-post għandu jiġi soġġett għal rapport dwar l-ispezzjoni li jagħti d-dettalji dwar il-kontrolli li jkunu twettqu. Ir-rapporti għandhom jindikaw b’mod partikolari:
(a) |
l-iskemi u l-applikazzjonijiet għall-għajnuna kkontrollati; |
(b) |
il-persuni preżenti; |
(c) |
il-pakketti agrikoli kkontrollati, il-pakketti agrikoli mkejla, ir-riżultati tal-qisien kull pakkett imkejjel u l-metodi tal-kejl użati; |
(d) |
il-kwantitajiet prodotti, trasportati, ipproċessati jew mibjugħa li huma koperti mill-kontroll; |
(e) |
jekk ingħatax avviż bil-quddiem lill-benefiċjarju dwar iż-żjara u, jekk iva, kemm; |
(f) |
kwalunkwe miżuri tal-kontroll addizzjonali mwettqa. |
2. Il-benefiċjarji jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom jingħataw l-opportunità li jiffirmaw ir-rapport biex juru l-preżenza tagħhom waqt il-kontroll u biex iżidu l-osservazzjonijiet. Fejn jinsabu irregolaritajiet il-benefiċjarju għandu jirċievi rapport dwar l-ispezzjoni.
Fejn isir kontroll fuq il-post permezz ta’ sensing mill-bogħod, il-Greċja tista’ tiddeċiedi li ma tagħtix lill-benefiċjarji jew lir-rappreżentanti tagħhom l-opportunità li jiffirmaw ir-rapport dwar l-ispezzjoni jekk ma jinkixfu l-ebda irregolaritajiet waqt il-kontroll permezz ta’ sensing mill-bogħod.
KAPITOLU IV
Tnaqqis u esklużjonijiet, u ħlas mhux dovut
Artikolu 28
Tnaqqis u esklużjonijiet
F’każ ta’ diskrepanza bejn l-informazzjoni ddikjarata fil-kuntest ta’ applikazzjonijiet għall-assistenza u s-sejbiet tal-ispezzjonijiet imsemmija fil-Kapitolu III, il-Greċja għandha tapplika tnaqqis u esklużjonijiet fuq l-assistenza. Dawn it-tnaqqis u l-esklużjonijiet għandhom ikunu effettivi u proporzjonali u għandhom ikunu ta’ deterrent.
Artikolu 29
Eċċezzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ tnaqqis u esklużjonijiet
1. It-tnaqqis u l-esklużjonijiet stipulati fl-Artikolu 28 ma għandhomx japplikaw fejn il-benefiċjarju jkun issottometta informazzjoni fattwalment korretta jew jista’ juri li ma għandux tort.
2. It-tnaqqis u l-esklużjonijiet ma għandhomx japplikaw fir-rigward ta’ dawk il-partijiet tal-applikazzjoni għall-assistenza li l-benefiċjarju jinforma lill-awtorità kompetenti huma skorretti jew saru skorretti minn meta ġiet mitfugħa, ġaladarba l-awtorità kompetenti ma tkunx diġà infurmat lill-benfiċjarju bl-intenzjoni tagħha li twettaq kontroll fuq il-post jew dwar xi irregolarità fl-applikazzjoni.
Fuq il-bażi tal-informazzjoni mogħtija mill-benefiċjarju kif imsemmi fl-ewwel sottoparagrafu, l-applikazzjoni għall-assistenza għandha tiġi rettifikata biex tirrifletti s-sitwazzjoni attwali.
Artikolu 30
Irkuprar ta’ pagamenti u penali mhux dovuti
1. F’każ ta’ pagament mhux dovut, l-Artikolu 73 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 796/2004 (14) għandu japplika mutatis mutandis.
2. Fejn il-pagament mhux dovut sar b’riżultat ta’ dikjarazzjoni falza, dokumenti foloz jew negliġenza serja mill-parti tal-benefiċjarju, għandha tiġi imposta penali ugwali għall-ammont imħallas bla bżonn, bl-interessi kkalkulati b’konformità mal-Artikolu 73(3) tar-Regolament (KE) Nru 796/2004.
Artikolu 31
Force majeure u ċirkostanzi eċċezzjonali
Każijiet ta’ force majeure jew ċirkostanzi eċċezzjonali fis-sens tal-Artikolu 40(4) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandhom jiġu notifikati lill-awtorità kompetenti b’konformità mal-Artikolu 72 tar-Regolament (KE) Nru 796/2004.
TITOLU IV
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI
Artikolu 32
Komunikazzjonijiet
1. Rigward l-arranġamenti speċifiċi għall-provvista, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni, mhux aktar tard mill-15 tax-xahar wara l-aħħar ta’ kull perjodu ta’ tliet xhur, id-data li ġejja relatata max-xhur preċedenti tas-sena ta' referenza, skont il-prodott u l-kodiċi NM u, fejn applikabbli, skont id-destinazzjoni individwali:
(a) |
il-kwantitajiet maqsuma skont jekk intbagħtux mill-art prinċipali tal-Greċja jew gżejjer oħra; |
(b) |
l-ammont ta’ assistenza u l-infiq attwalment imħallas skont il-prodott; |
(c) |
il-kwantitajiet li għalihom ma ntużawx ċertifikati tal-assistenza; |
(d) |
kwalunkwe kwantitajiet esportati lil pajjiżi terzi jew mibgħuta lill-kumplament tal-Komunità wara l-ipproċessar b’konformità mal-Artikolu 13; |
(e) |
trasferimenti fost kwantità totali għal kategorija ta’ prodotti u emendi fil-bilanċ imbassar tal-provvista waqt il-perjodu; |
(f) |
il-bilanċ disponibbli u r-rata tal-użu. |
Id-data stipulata fl-ewwel sottoparagrafu għandha tiġi pprovduta fuq il-bażi taċ-ċertifikati użati.
2. Rigward l-appoġġ għall-produzzjoni lokali, il-Greċja għandha tinnotifika lill-Kummissjoni:
(a) |
mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu ta’ kull sena, bl-applikazzjonijiet għall-assistenza li tirċievi u l-ammonti involuti għas-sena ta’ qabel; |
(b) |
mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju ta’ kull sena, dwar l-applikazzjonijiet għall-assistenza definittivament eliġibbli u l-ammonti involuti għas-sena ta’ qabel. |
Artikolu 33
Rapport
1. Ir-rapport stipulat fl-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 1405/2006 għandu jkun fih inter alia;
(a) |
kwalunkwe tibdiliet sinifikattivi fl-ambjent soċjoekonomiku u agrikolu; |
(b) |
sommarju tad-data fiżika u finanzjarja disponibbli dwar l-implimentazzjoni ta’ kull miżura, segwita minn analiżi tad-data u, fejn meħtieġ, preżentazzjoni u analiżi tas-settur li miegħu hi konnessa l-miżura; |
(c) |
il-progress tal-miżuri u prijoritajiet b’konnessjoni mal-għanijiet speċifiċi u ġenerali fid-data tal-preżentazzjoni tar-rapport, bl-użu ta’ indikaturi kwantifikati; |
(d) |
rakkont fil-qasir ta’ kwalunkwe problemi kbar iffaċċjati fit-tmexxija u l-implimentazzjoni tal-miżuri inklużi l-konklużjonijiet tal-analiżi msemmija taħt l-Artikolu 22.3; |
(e) |
eżami tar-riżultati tal-miżuri kollha, b’kunsiderazzjoni tal-konnessjonijiet reċiproċi tagħhom; |
(f) |
għall-arranġamenti speċifiċi għall-provvista:
|
(g) |
indikazzjoni, ibbażata fuq indikaturi oġġettivi, tal-punt sa fejn intlaħqu l-għanijiet assenjati lil kull waħda mill-miżuri li jinsabu fil-programm; |
(h) |
data dwar il-bilanċ annwali tal-provvista tal-gżejjer iżgħar f’termini ta’, inter alia, konsum, żviluppi headage, produzzjoni u negozju; |
(i) |
data dwar l-ammonti attwalment mogħtija għall-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ programmi fuq il-bażi tal-kriterja definita mill-Greċja, bħan-numru ta’ produtturi eliġibbli, is-superfiċje eliġibbli jew in-numru ta’ artijiet ikkonċernati; |
(j) |
informazzjoni dwar l-implimentazzjoni finanzjarja ta’ kull miżura taħt il-programm; |
(k) |
statistiċi dwar il-kontrolli mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti u kwalunkwe penali applikati; |
(l) |
il-kummenti tal-Greċja dwar l-implimentazzjoni tal-programm. |
2. Għall-2007 ir-rapport għandu jkun fih stima tal-impatt fuq it-trobbija tal-annimali u fuq l-ekonomija agrikola fil-gżejjer iżgħar, dwar il-programm tal-assistenza għal attivitajiet tradizzjonali relatati mal-produzzjoni taċ-ċanga u tal-vitella, il-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoż.
Artikolu 34
Emendi għall-programmi
1. Emendi għall-programmi approvati taħt l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1405/2006 għandhom jiġu sottomessi lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni.
Madankollu, tali approvazzjoni ma għandhiex tkun meħtieġa għall-emendi li ġejjin:
(a) |
fil-każ ta’ bilanċi tal-provvista mbassra, il-Greċja tista’ temenda l-livell ta’ assistenza u l-kwantitajiet ta’ prodotti li jistgħu jiġu koperti mill-arranġamenti għall-provvista; |
(b) |
fil-każ ta’ programmi Komunitarji għall-appoġġ tal-produzzjoni lokali, il-Greċja tista’ taġġusta b’sa 20 % l-allokazzjoni finanzjarja għal kull miżura u l-ammont ta’ assistenza kull unità ‘l fuq mill-ammonti fis-seħħ fiż-żmien li tkun ġiet ippreżentata t-talba għall-emenda jew taħthom. |
2. Il-Greċja għandha tinnotifika lill-Kummissjoni darba fis-sena dwar l-emendi ppjanati. Madankollu, il-Greċja tista’ tinnotifika dwar emendi fi kwalunkwe żmien f’każijiet ta’ force majeure jew ċirkostanzi eċċezzjonali. Jekk il-Kummissjoni ma jkollhiex oġġezzjonijiet għall-emendi ppjanati, dawn għandhom japplikaw mill-ewwel ġurnata tat-tieni xahar wara dak li fih ikunu ġew notifikati.
Artikolu 35
Finanzjament ta’ studji, proġetti ta’ wiri, taħriġ jew miżuri ta’ assistenza teknika
L-ammont meħtieġ biex jiġu ffinanzjati studji, proġetti ta’ wiri, taħriġ u miżuri ta’ assistenza teknika stipulati fi programm approvat taħt l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1405/2006 għall-għanijiet tal-implimentazzjoni ta’ dak il-programm ma għandhomx jaqbżu l-1 % tal-ammont totali tal-finanzjament tal-programm.
Artikolu 36
Mizuri nazzjonali addizzjonali
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri addizzjonali kollha meħtieġa biex jiġi applikat dan ir-Regolament.
Artikolu 37
Tnaqqis ta’ ħlas
Bla ħsara għar-regoli ġenerali dwar id-dixxiplina fil-baġit, fejn l-informazzjoni trażmessa mill-Greċja lill-Kummissjoni taħt l-Artikoli 32 u 33 tkun inkompleta jew ma nżammx iż-żmien limitu għat-trażmissjoni ta’ dik l-informazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tnaqqas il-ħlas mad-dħul fil-kotba ta’ nfiq agrikolu fuq bażi temporanja u b’rata fissa..
Artikolu 38
Abrogazzjoni
Regolamenti (KEE) Nru 2837/93, (KEE) Nru 2958/93, (KE) Nru 3063/93, (KE) Nru 3175/94, (KE) Nru 1517/2002, (KE) Nru 1999/2002, u (KE) Nru 2084/2004, huma abrogati b’effett mill-1 ta’ Jannar 2007.
Artikolu 39
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2007.
Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fit-totalità tiegħu u applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 20 ta' Diċembru 2006.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 265, 26.9.2006, p. 1.
(2) ĠU L 260, 19.10.1993, p. 5. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 2384/2002 (ĠU L 358, 31.12.2002, p. 124).
(3) ĠU L 267, 28.10.1993, p. 4. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1820/2002 (ĠU L 276, 12.10.2002, p. 22).
(4) ĠU L 274, 6.11.1993, p. 5. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 780/2002 (ĠU L 123, 9.5.2002, p. 32).
(5) ĠU L 335, 23.12.1994, p. 54. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 2119/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 20).
(6) ĠU L 228, 24.8.2002, p. 12.
(7) ĠU L 308, 9.11.2002, p. 11.
(8) ĠU L 360, 7.12.2004, p. 19.
(9) ĠU L 152, 24.6.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 410/2006 (ĠU L 71, 10.3.2006, p. 7).
(10) ĠU L 102, 17.4.1999, p. 11. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 671/2004 (ĠU L 105, 14.4.2004, p. 5).
(11) ĠU L 42, 16.2.1990, p. 6.
(12) ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1.
(13) ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1156/2006 (ĠU L 208, 29.7.2006, p. 3).
(14) ĠU L 141, 30.4.2004, p. 18.
ANNESS
Kwantitajiet massimi ta’ prodotti pproċessati li jistgħu jiġu esportati jew mibgħuta annwalment mill-gżejjer iżgħar fil-kuntest ta’ kunsinni tradizzjonali
[Kwantità f’kilogrammi (jew litri)] |
||
Kodiċi NM |
Lill-Komunità |
Lil pajjiżi terzi |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|